Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 3 Aktar voti mhux miġbura: inqas interess? madwar 41 elf. F'din l-elezzjoni l-kwota tista' tinżel għal 35 elf iżda tista' tkun inqas ukoll jekk jonqos it-turnout, kif tidher li hi t-tendenza. Dan iżid il-probabilità li kandidat ikun elett mal- ewwel għadd, anke jekk kollox jindika li dan ikun massimu ta' żewġ kandidati. Partiti u mexxejja Mill-2004 s'issa, kien hemm biss kandidat wieħed li rnexxielu jiġi elett mal- ewwel għadd iżda din is-sena se jkun nieqes għax qed jokkupa l-kariga ta' kap tal-Oppożizzjoni. Simon Busuttil kien ġab l-ammont massiċċ ta' kważi 59 elf vot tal-ewwel preferenza fl- 2004, u ħames snin wara tejjeb ir-riżultat personali tiegħu b'għaxart elef vot. Il-Prim Ministru attwali Joseph Muscat hu t-tieni l-aktar kandidat li qatt ġab voti wara Busuttil, bi kważi 37 elf vot fid-debutt tiegħu fl-2004. Minkejja li kien ġab il-maġġoranza tal-voti Laburisti, dan ma kienx biżżejjed għal Muscat biex ikun elett mal-ewwel għadd. Iżda l-istess Muscat kien strumentali biex fl-2009, din id-darba bħala mexxej tal-partit u mhux MEP, ġab l-akbar rebħa li partit qatt kiseb f 'dawn l-elezzjonijiet, b'distakk ta' aktar minn 35 elf vot. Dan isegwi r-rebħa b'21 elf vot li l-istess Partit Laburista kien għamel fuq il-Partit Nazzjonalista fl- 2004. In-Nazzjonalisti, li fiż- żewġ elezzjonijiet preċedenti dejjem kienu fil-gvern u b'hekk sofrew il-fattur ta' vot ta' protesta, għadhom iridu jirbħu din l-elezzjoni f 'termini ta' voti. F'termini ta' siġġijiet, l-elezzjoni tal-2014 għandha tkun dik li ġġib parità u bilanċ bejn iż-żewġ partiti. Dan wara li fl-2004 il- Partit Laburista kellu tliet siġġijiet kontra t-tnejn Nazzjonalisti, filwaqt li fl-2009 il-PL kiseb erba' siġġijiet wara li l-PN naqas milli jikseb it-tielet siġġu. Anke jekk jitlef b'distakk sostanzjali, kollox jindika li l-Partit Nazzjonalista jkun f 'pożizzjoni li jirbaħ it-tielet siġġu u jġib il-parità ta' tliet siġġijiet fuq kull naħa jekk il-voti jintirtu minn kandidat għal ieħor. Għall-Alternattiva Demokratika l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew dehru li se jkunu art fertili fl-2004, meta l-Ħodor kisbu l-aqwa riżultat fl-istorja tagħhom bi kważi 23 elf vot tal-ewwel preferenza. Minkejja li kisbu 9.3% tal- vot, dan ma kienx biżżejjed biex Arnold Cassola jirbaħ siġġu fi Brussell għall-ħodor minħabba n-nuqqas ta' wirt ta' voti. Fit-tieni tentattiv tiegħu, iċ-ċermen tal-AD kiseb riżultat diżappuntanti b'2.3% tat-total, bl-ammont ta' voti jlaħħaq il-5,800 vot. Għal Cassola, din l-elezzjoni se tkun it-tielet tentattiv għall-Parlament Ewropew u t-tieni waħda li qed jikkontesta bħala ċermen tal-AD. Fil-fatt, mill-partiti ewlenin issa baqgħu biss tliet kandidati li kkontestaw kull elezzjoni għall- parlament Ewropew mill- 2004 s'issa: Roberta Metsola u David Casa mill-kamp Nazzjonalista, u Arnold Cassola mill-AD. L-elezzjoni għall- Parlament Ewropew lanqas ma taw sodisfazzjon lil partiti żgħar oħra. Alleanza Nazzjonali - esperiment tal-eks deputat Josie Muscat u l-intraprenditur Anġlu Xuereb – fl-2009 kienet kisbet biss 1,600 vot. Dan ir-riżultat kien wassal għax- xoljiment tagħha. L-istess ammont ta' voti kienu nkisbu mill-Imperium Europa fl-2004. Ħames snin wara huma rnexxielhom jkabbru l-ammont ta' voti b'elfejn vot ieħor. Il-każ tal-Imperium Europa jikkonferma li l-partiti żgħar iktar għandhom ċans li jmorru tajjeb f 'elezzjonijiet 'sekondarji'. Fil-fatt, il-partit ta' Imperium Europa kien ittanta xortih fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2008 imma dakinhar kienet ġabret biss 84 vot… minn żewġ distretti. Kandidati Għall-elezzjonijiet tal-lum qed jikkontestaw total ta' 32 kandidat, wieħed inqas minn ħames snin ilu. L-ewwel elezzjoni kienet lanqas waħda kkontestata, b'26 kandidat. Dakinhar, iż-żewġ partiti l-kbar preżentaw tmien kandidati biss. Għal din is-sena, oriġinarjament il-kandidati Laburisti kienu jammontaw għal 13 qabel ma' Cyrus Engerer irtira mit-tellieqa fl-aħħar jiem wara sentenza sospiża mill-Qorti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista prefera li jippreżenta 11-il kandidat. Il-kandidati kollha li kkontestaw matul is-snin kienu ta' nazzjonalità Maltija, ħlief għall- eċċezzjoni waħda. Infatti fl-2004, kien ikkontesta n-Niġerjan Damian Iwueke bħala indipendenti. Hu kien kiseb isem għalih fid-dinja tal- futbol bħala aġent tal-FIFA, meta ġab diversi plejers Niġerjani li għamlu isem f 'Malta fosthom Orosco Anonam, Murphy Akanji u Anthony Evi-Parker. Eventwalment Iwueke kien ġab biss 153 vot. 2004 2009 Siġġijiet 5 5 Voti Eleġibbli 304,283 322,411 Voti mhux miġbura 10,100 15,862 Voti mitfugħa 250,961 254,039 (Turnout) 82.39% 78.79% Voti invalidi 5,239 5,870 Kwota 40,954 41,362 Kandidati 2004 2009 2014 PL 8 12 12 PN 8 10 11 AD 1 2 2 Oħrajn 9 9 7 Total 26 33 32 Riżultat 2004 2009 Partit Laburista 118,983 (48.4%) 135,917 (54.7%) Partit Nazzjonalista 97,688 (39.8%) 100,486 (40.5%) Alternattiva Demokratika 22,938 (9.3%) 5,802 (2.34%) Imperium Europa 1,603 (0.65%) 3,637 (1.47%) Azzjoni Nazzjonali / 1,595 (0.64%) Oħrajn 6,113 (2.5%) 732 (0.3%) Dan hu t-tielet tentattiv għal Arnold Cassola għall-Parlament Ewropew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014