Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 Malta Enterprise tniedi żewġ programmi ġodda għall-esportazzjoni FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt ILMALTA Enterprise nediet żewġ programmi ġodda għall-esportazzjoni. Permezz ta' dawn il-programmi se jkunu qed jitqassmu €485,000 f 'għajnuna lill- industrija biex tesporta oġġetti manifatturati lokalment. Il-programmi huma mmirati għal industriji li huma ġodda għall-esportazzjoni kif ukoll għal dawk li jridu jespandu s-swieq eżistenti li jesportaw lejhom. Dr Mario Vella, ċermen ta' Malta Enterprise, qal li l-korporazzjoni qed taħdem biex tgħin lill-industrija lokali tikber u tespandi, partikolarment biex tesporta l-prodott tagħha. Huwa sostna li biex tagħmel dan, Malta Enterprise qiegħda tagħmel evalwazzjoni mill- ġdid biex ittejjeb u ssaħħaħ il-programmi u skemi li toffri lin-negozji u l-industrija. Go Global u Go Growth huma żewġ programmi li rriżultaw minn dan il-proċess, filwaqt li oħrajn se jkunu mnedija fiż- żmien li ġej. Il-programm imsejjaħ Go Global, jiffoka fuq kumpaniji li d-dħul tagħhom li huwa ġġenerat mill-esportazzjoni huwa ta' anqas minn 20%. Dan jinkludi analiżi b'xejn ta' kemm il-kumpanija tkun imħejjija għall-esportazzjoni, taħriġ fl-immaniġġjar tal- esportazzjoni kif ukoll assistenza finanzjarja għal stħarriġ tax-xejriet tas-suq kif ukoll għajnuna b'inizjattivi li jippromwovu l-esportazzjoni. Il-kompetizzjoni Global Growth hija kompetizzjoni fejn tnax-il pjan ta' żvilupp jintgħażlu biex jingħataw assistenza biex dan il-pjan ikun implimentat fuq medda ta' tliet snin b'ko-finanzjament ta' 50%. Suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna tista' tlaħħaq sal-massimu ta' €80,000 kull tliet snin. ILLUM tkellem ukoll mal- Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona li meta mistoqsi dwar min se jgawdi minn dawn li skemi saħaq li dawn huma skemi intenzjonati speċifikament biex jagħtu spinta l-aktar lill-kumpaniji żgħar u medji u li għadhom fil-fażi inizjali jew esplorattiva fejn tidħol l-esportazzjoni tal-prodotti u servizzi tagħhom. Il- Ministru Cardona qal ukoll li l-Malta Enterprise qed tistenna li l-kumpaniji li jgawdu minn dawn l-iskemi jkollhom pjanijiet biex jesportaw prodotti u servizzi innovattivi. Cardona qal ukoll li l-Malta Enterprise se tkun qed tipprovdi lil dawn il-kumpaniji bi 15 il-siegħa ta' konsulenza permezz ta' Business Advisors. Xogħol il-Business Advisors se jkun li jgħinu lill-kumpaniji fil-preparazzjoni tagħhom sabiex jidħlu fis-suq tal- esportazzjoni. Il-Ministru esprima t-tama li jkun hemm diversità ta' kumpaniji li japplikaw għal dawn il- programmi. Il-programmi huma mmirati għal industriji li huma ġodda għall-esportazzjoni kif ukoll għal dawk li jridu jespandu s-swieq eżistenti li jesportaw lejhom "B'telfa ta' 24,000 vot inkun kuntent" – Edwin Vassallo JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt LEKS deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li hu jkun kuntent b'telfa ta' 24,000 vot. F'kummenti lil din il-gazzetta, Vassallo sostna li l-Partit Nazzjonalista għadu jbati mill-vot ta' protesta tas-sena li għaddiet u għalhekk diffiċli li l-PN jirnexxielu jegħleb lill- Partit Laburista f 'termini ta' voti. "Jekk ikollna telfa ta' 20-24 elf vot ikun ifisser li nkunu diġà naqqasna d-distakk, ikun ifisser li l-PL tilef 10 elef jew 15-il elf vot. F'dak il-kuntest aktar ikollu mistoqsijiet x'jirrispondi Joseph Muscat milli Simon Busuttil," spjega l-eks Membru Parlamentari. Hu żied jgħid li għal PN ikun riżultat sodisfaċenti jekk jikseb it-tielet siġġu u jnaqqas kemm jista' jkun id-distakk f 'termini ta' voti. Skont Vassallo, tkun disfatta għall-Partit Laburista jekk ma jżommx ir-raba' siġġu u l-35 elf vot maġġoranza. Mhux tal-istess fehma hu l-opinjonist Manuel Micallef, li sostna li r-rebħa tat-tielet siġġu Nazzjonalista għandu jkun biss il-minimu. "Dan ir-riżultat isalva l-pożizzjoni ta' Simon Busuttil fi ħdan il-PN iktar milli jfisser rebħa għall-partit. L-istrateġija Nazzjonalista kienet waħda li tipprova tħammeġ lill- partit fil-gvern kemm jista' jkun waqt li ma tgħollix l-aspettattivi tal-partitarji Nazzjonalisti." Mistoqsi jekk din l-elezzjoni tistax titqies biss bir-rebħa tas-siġġijiet, Micallef sostna li l-għeruq tal-partit Nazzjonalista jistgħu jiġġudikaw ir-riżultat bis-siġġijiet miksuba iżda b'mod ġenerali l-partitarji se jagħtu każ ukoll tad-distakk. "Se jaraw ukoll x'wassal għal dan id-distakk, jekk hux riżultat ta' vot ta' protesta kontra l-gvern jew jekk hux vot 'pro-PN' ta' konvinzjoni favur il-politika u l-pożizzjonijiet li ħa l-Partit waqt il-kampanja elettorali." It-tielet opinjonist li tkellem mal-Illum, Michael Briguglio, ukoll jaqbel li l-kisba tat-tielet siġġu huwa l-minimu aċċettabbli għal riżultat diċenti għall- Oppożizzjoni. "Jekk il-PN ma jġibx tliet siġġijiet, u jekk iġib distakk ta' voti simili għal dak tal- elezzjoni ġenerali, naħseb li din tkun problema għat- tmexxija tal-PN; dan għaliex ikun hemm perċezzjoni li l-PL għadu b'saħħtu anke sena wara elezzjoni ġenerali, minkejja l-kritika tal-PN fuq oqsma varji. Naħseb li hu ġustifikat li wieħed jaħseb li l-PL iġib iktar voti mill-PN, ġaladarba kien hemm distakk daqshekk kbir fl-2013. Iżda biex il- PN juri li qed ikun effettiv fl-oppożizzjoni, irid jibda jnaqqas dan id-distakk minn issa," qal Briguglio. L-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se tkun l-ewwel test elettorali għal Simon Busuttil, sena biss wara li ħa t-tmun tal-Partit Nazzjonalista. X'jistgħu ikunu l-implikazzjonijiet għal Busuttil jekk ifalli dan it-test? "Il-magna tal-PN matul il-kampanja elettorali diġà ħasbet għal din l-eventwalità," jispjega Manuel Micallef. "L-insistenza li f 'sena ma tistax tirkupra 36,000 vot jixhdu li l-PN għadu ma organizzax ruħu biex jilqa' għal kull eventwalità li tista' tinqala' fl-arena politika. Strateġija maħsuba biex ma jinqalax mewġ jew ċaqliq intern fi ħdan il-PN ħalli Simon Busuttil jibqa' fit- tmun, irrispettivament ta' Edwin Vassallo Manuel Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014