Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 33 SPORTSillum Membri tal-ASMK jieħdu sehem tlielaq barra l-pajjiż Intant nagħtu ħarsa lejn iż-żewġ finali li kellna fejn għall-'Autocross Lucas Oil Klassi A' ikkwalifikaw Melo Zammit fuq Ford Escort, Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Ryan Scerri fuq Opel Corsa, Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo u Lennie Cortis fuq Fiat Uno. Mat- tluq ta' din il-finali Galea kellu ħruġ eċċellenti fejn mill-ewwel seraq l-ewwel pożizzjoni segwit minn Martin, Zammit u Scerri b'Johnson kellu jkompli t-tiġrija mill-aħħar post għall-fatt li wara li għadda l-ewwel kantuniera qabad it-tyre barriers fil-ġenb tal- korsa imma mill-ewwel reġa' kompla jsuq fil-korsa. Dan ġibed l-attenzjoni ta' kulħadd fejn beda jissupera karozza wara karozza, qabeż erba' karozzi u spiċċa jsegwi lil- leader Galea. Il-finali spiċċat b'Galea jirbaħ it-tiġrija finali segwit minn Johnson u Martin. Fir-raba' u l-ħames post daħlu Zammit u Scerri. Fl-Autocross 'Lucas Oil Klassi B' ikkwalifikaw Godwin Martin fuq Opel Corsa, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova, Kurt Sammut fuq Ford Ka, Josef Grech fuq Ford Fiesta, Duncan Delia fuq Ford Fiesta u Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Sammut jagħmel ħruġ tajjeb u jieħu mill- ewwel it-tmun tal-finali segwit viċin tiegħu minn Vella u Pisani. Sammut kellu jirtira minħabba ħsara elettrika biex Vella u Pisani avvanzaw posthom. Vella ħa t-tmun segwit viċin minn Pisani u Grech. Ma kellna l-ebda tibdil iktar matul din il-finali b'Martin jirtira wkoll minħabba ħsara teknika biex il-finali spiċċat b'Vella rebbieħ segwit minn Pisani u Grech. Fir-raba' post spiċċa Delia. Fl-Autocross Gozo kellna lil Joseph Vella li rebaħ is-sezzjoni fuq Ford Fiesta. L-Attivitajiet tal-Autocross issa jkomplu nhar is-Sibt 31 ta' Mejju fejn l-ASMK ser tkun qed torganizza l-aħħar attività ta' dan l-istaġun li se ssir ukoll bil-lejl. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Phoenix Sports Club jagħlaq l-istaġun bil-kbir qed jibbaża ħafna fuq tfal u żgħażagħ f 'dan l-isport u bl-għajnuna tal-kowċis barranin li għandu dan il- klabb, huwa jixtieq li jtella' ġenerazzjoni ta' atleti li jgħollu l-livell tal-handball Malti. L-isport li bħal dejjem ġab riżultati pożittivi kien għal-darb'oħra l-Volleyball. Il-Phoenix SC din is-sena ikkompeta f 'kull kategorija femminili fejn spiċċa fl- ewwel post fil-kategoriji ta' taħt l-erbatax u s-sittax-il sena, it-tieni post fit-tieni diviżjoni kif ukoll it-tielet post fil-kategorija ta' taħt it-tmintax-il sena. Phoenix Sports Club se jkompli jinvesti fl-isport tal- Volleyball u għadu kemm ħabbar li se jniedi, għat- tieni sena konsekuttiva, l-iskola tal-Volleyball għax-xhur tas-sajf. Din l-akkademja tal-Volleyball se tkun miftuħa għal tfajliet bejn l-10 u s-16-il sena u minbarra t-taħriġ regolari se jkunu qed jitħejjew attivitajiet fosthom sessjonijiet tal-Beach Volley, l-iSportika Volleyball Cup kif ukoll logħbiet kontra timijiet barranin li se jżuru Malta fix-xhur li ġejjin. Sport ieħor li fih ikkompetew timijiet tal-Phoenix SC kien il- basketball. Ir-riżultat l-aktar prestiġjuż f 'dan l-isport kien ir-rebħ tan-knockout tat-tieni diviżjoni mit-tim tal-irġiel ta' Phoenix. Dan ir-riżultat immarka l-ewwel tazza għall-Phoenix SC fl-isport tal-basketball u din ġiet wara 3 snin ta' kompetizzjoni f 'dan l-isport. Phoenix SC ħabbar li matul is-sena d-dieħla se jikkompetu f 'inqas kategoriji u dan il-pass se jittieħed biex jikkonsolidaw timijiet li qed juru potenzjal fl-isport tagħhom. Il-pjan hu li l-klabb jikkompeti fit-3 sports prinċipali tiegħu filwaqt li hemm possibbiltà li jiżdied sport ieħor li fih ikun hemm timijiet li jikkompetu f 'isem Phoenix Sports Club. Għal aktar informazzjoni dwar Phoenix SC wieħed jista' jikkuntattjahom fuq l-indirizz elettroniku info@ psc.com.mt jew inkella fuq Facebook billi jfittex Phoenix Sports Club Malta. Thiago Silva jimxi fuq il-passi ta' Kaka Il-Kampjonati Ewropej tal-Pool se jerġgħu jsiru f 'Malta IDDIFENSUR Brażiljan ta' kwalitajiet indiskutibbli Thiago Silva saħaq li jrid jimxi fuq il-passi tal- kompatrijott Brażiljan Kaka u jingħaqad ma' AC Milan matul l-istaġun li ġej. Żgur li AC Milan ħassew bil-bosta n-nuqqas ta' dan id-difensur prolifiku Brażiljan fejn tajjeb ngħidu li fl-istess sajf li telaq Thiago Silva, AC Milan tilfu wkoll is-servizzi tal-attakkant prolifiku Svediż u li żgur li m'għandu bżonn tal- ebda introduzzjoni Zlatan Ibrahimovic. Is-snin ta' wara t-tluq ta' dawn iż-żewġ plejers kienu riflessi fil-wirjiet u r-riżultati tar-Rossoneri b'uħud minnhom ikunu deskritti minn ħafna bħala diżastrużi fis-snin riċenti. Iżda jidher li l-klabb minn Milan baqa' f 'qalb Thiago Silva u għalhekk huwa reġa' wera x-xewqa li jilbes il- flokk tar-Rossoneri hekk kif għandu ċertu nostalġija għal dan il-klabb Taljan bi storja glorjuża. Huwa qatta' erba' snin ma' AC Milan wara li kien ingħaqad mar-Rossoneri mingħand it-tim Brażiljan Fluminense lura fl-2008. F'xi logħbiet lejn l-aħħar taż-żmien tiegħu f 'Milan Thiago Silva kien saħansitra ngħata l-faxxa ta' captain tat-tim tiegħu. Fiż-żmien li qatta' jilgħab bil-flokk aħmar u iswed ta' AC Milan huwa rebaħ il-Kampjonat Taljan Serie A TIM fl-2011 kif ukoll is-Super Coppa Italiana. Il- plejer ta' 29 sena kien inbiegħ lill-ġganti Franċiżi Paris St Germain għas-somma ta' €42 miljun fis-sajf tal-2012, f 'tentattiv meqjus minn AC Milan biex jibbilanċja l-kotba finanzjarji tiegħu li xejn ma kienu tajbin f 'dak iż-żmien u li sa ċertu punt għadhom sa llum ma tranġawx! Nistennew u naraw x'se jkun il-futur ta' Thiago Silva! WARA s-suċċess miksub din is-sena fl-organizzazzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal- Pool li saru propju f 'pajjiżna, il-Malta Pool Association reġgħet ġiet fdata mill- Federazzjoni Ewropea tal-Pool biex torganizza l-Kampjonati Ewropej tal-Pool tal-2015. Din se tkun is-sitt darba li l-akbar Kampjonati Ewropej se jsiru ġewwa pajjiżna. Il-logħob se jintlagħab bejn l-14 u l-20 ta' Frar u se jkun qed jinkludi tmien kategoriji. Wara r-riżultati prestiġjużi miksuba din is-sena, fejn ħames timijiet Maltin spiċċaw fil-finali, l-assoċjazzjoni ħabbret ukoll li għal dawn il-kampjonati Malta se tkun rappreżentata f 'kull kategorija. Għal dawn il- kampjonati huma mistennija li jipparteċipaw l-aqwa plejers professjonali tal-pool li se jkunu qed jirritornaw fi ħdan il-Federazzjoni Ewropea u dik mondjali li l-Malta Pool Association hija membru tagħhom. AC Milan jibqgħu f 'qalb Thiago Silva

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014