Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 SPORTSillum Membri tal-ASMK jieħdu sehem tlielaq barra l-pajjiż GĦALLASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi dan tmiem il-ġimgħa qed jerġa' jirriżulta bħala wieħed impenjattiv kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Illum l-Assoċjazzjoni se tkun qed taqsam għall-gżira t'Għawdex biex torganizza l-ħames attività Enduro ASMK Pasta Poiatti 2013/14 u appoġġjata minn Dunlop Tyres, KTM, Thomas Smith Insurance u l-Ministeru għal Għawdex. Din id-darba l-Enduro se ssir fil-barriera li tinsab fid-Dwejra tal- Għansar f 'San Lawrenz Għawdex. L-attività tibda fl-10am u l-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lill- Familja Apap li ħadet ħsieb tirranġa għall-post fejn se ssir din l-attività, lis-Sidien Ta' Muħa u Ta' Swiss li taw iċ-ċans biex din l-attività ssir possibbli. Filwaqt li l-Ħadd li għadda żewġ membri tal-ASMK Enduro marru Sqallija għal tiġrija FMI, sfortunatament din ġiet imħassra minħabba x-xita. Madankollu Andrew Cassar u Mathieu Salomon marru f 'lokalità oħra u wettqu taħriġ flimkien ma' Enduristi oħra. F'dan tmiem il-ġimgħa tliet membri tal-Motocross liċenzjati mill-Assoċjazzjoni qed jikkompetu fi Sqallija fil- kampjonat FMI Motocross. Clayton Camilleri u Paul Muscat fuq muturi KTM u Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki qed jikkompetu fi klassijiet separati fit-tieni attività tal-Kampjonat tal- FMI li din id-darba qiegħda ssir f 'Messina fil-Korsa ta' Franca Villa - Valle al Cantara. F'Santa Pod l-Assoċjazzjoni wkoll għandha membri liċenzjati fid-Drag Racing fis-Super Street Bikes. Luke Farrugia u Shawn Buttigieg li jsuqu muturi Suzuki Hyabusa 1300cc se jikkompetu fit-tieni attività mill-Kampjonat FIM-Europe Drag Racing Cup. Wara s-suċċess li kellhom f 'April li għadda l-kontinġent Malti huwa ottimist li jkompli javvanza 'l fuq fil-klassifika. Farrugia u Buttigieg se jkollhom diversi sezzjonijiet ta' sewqan matul il-ġurnata tas- Sibt u jsiru l-Eliminations tal-kompetizzjoni l-Ħadd. L-Assoċjazzjoni tawgura suċċess lill-kompetituri kollha. Intant nhar is-Sibt li għadda l-Assoċjazzjoni organizzat b'suċċess l-ewwel attività taħt id-dawl artifiċjali li għall-għaqda hija tradizzjoni li tagħmel żewġ attivitajiet tard filgħaxija sa bil-lejl. Sfortunatament l-attività kellha tibda fl- 4pm mis-Sezzjoni Muturi Motocross kellha tiġi mħassra minħabba raġuni tas-sigurtà iżda fis-7pm is-Sezzjoni Autocross bdiet l-14-il programm mill- Kampjonat ASMK Pasta Poiatti kif kien ippjanat. F'din it-tiġrija ħadu sehem 31 kompetitur. Karl Micallef fuq Ford Fiesta Phoenix Sports Club jagħlaq l-istaġun bil-kbir GĦALLISTAĠUN 2013- 14 li għadu kif intemm, il-Phoenix Sports Club, kellu 23 tim jikkompeti f '4 sports differenti. Il-klabb tal-Phoenix ikkompeta f 'kategoriji differenti fl-isport tal-handball, volleyball, basketball waqt li kellu wkoll tim ta' għawwiema li kkompeta fit-tlielaq tal-għawm. L-akbar numru ta' atleti għall-klabb kien fl-isport tal-handball li jibqa' wieħed mill-isport għal qalb dan il- klabb. Din is-sena Phoenix bdew kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tas- Swieqi fejn ikkompetew fil-kompetizzjonijiet tal- handball bħala Swieqi Phoenix. Il-kollaborazzjoni kemm mal-kunsill, kif ukoll ma' klabbs oħra li jikkompetu f 'isem il-kunsill, kienet waħda pożittiva ħafna u l-klabb huwa ħerqan biex ikompli jaħdem mal-kunsill u residenti tal-lokalità tas-Swieqi. Waħda mill- inizjattivi tal-Phoenix, flimkien mat-tim tal-futbol tas-Swieqi, Swieqi United FC u t-tim tar-rugby tal-istess lokalità, Swieqi Overseas, hija dik li jiffurmaw għaqda aktar formali tal-isport għar- residenti tal-lokalità tas- Swieqi, l-Ibraġġ, il-Madliena u l-madwar. Aktar dettalji se jinħargu mit-tliet klabbs rispettivi aktar 'il quddiem. Din hija kollaborazzjoi unika fl-isport u wieħed se jkun qed jispera li tgħin biex timmpromwovi ħajja aktar sportiva għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. L-aktar riżultati importanti fil-kamp tal-handball kienu ż-żewġ tieni post li l-klabb irnexxielu jakkwista fil- kategorija ta' taħt is-17 il-sena kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel. Il-klabb It-tim tal-irġiel tal-basketball ta' Phoenix rebbieħ tan-Knockout tat-Tieni Diviżjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014