Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 29 SPORTSillum Meta l-Juventus kisru r-rekord tal-100 punt s-Serie A (2009/10 u 2010/11) wara investimenti li jeċċedu l-€100 miljun. Madankollu, l-għaqal u l-bravura ta' nies bħal Beppe Marotta, Fabio Paratici u Pavel Nedved sarrfu f 'investimenti ffukati li attiraw lejn Turin plejers esperti bħal Andrea Pirlo u Carlos Tevez, kif ukoll plejers emerġenti bħal Arturo Vidal u Paul Pogba. Dan kollu mingħajr ma saru investimenti faraoniċi li l-klabb dejjem għaraf li ma jaffordjax jagħmel. Biżżejjed wieħed jagħraf li Pirlo, Pogba u l-attakkant Spanjol Fernando Llorente ġew akkwistati mingħajr ma ntefaq ċenteżmu. Bosta jsostnu li l-iskwadra Juventina tal-lum hija waħda mill-aktar b'saħħithom li qatt eżistew fl-istorja ta' dan il-klabb. Jekk jinżamm dan ir-ritmu, il-futur għal Conte u l-plejers għandu jkun wieħed sabiħ fejn minbarra bosta sodisfazzjonijiet personali u rekords ġodda miksuba, għandhom jagħtu lill- partitarji Juventini, li jsegwu din il-logħba daqshekk mill- viċin, mumenti mill-isbaħ. "Ir-rebħ ta' Arsenal jista' jfisser bidu ġdid" – Arsene Wenger City. Iżda matul dawn is-snin, 'il-Professur', kif issejħu lil Wenger il-mezzi tax-xandir Ingliżi, żamm it-tim tiegħu kompetittiv u sena wara l-oħra rnexxielu jżomm lil Arsenal fil-UEFA Champions League, waqt li l-klabb bena stadium fi żmien ta' inqas minn tliet snin li sewa 470 miljun lira sterlina, ċentru tat-taħriġ li sewa 30 miljun lira sterlina u żamm il-pagi tal-plejers fuq livell mal- klabbs il-kbar. Issa jidher li ż-żmien li Wenger ibiegħ il-plejers kbar spiċċa u żgur li l-akkwisti mil- lum 'il quddiem sejrin ikunu ta' livell bħalma kien l-aħħar akkwist ta' Ozil. Il-futur ta' Arsenal jidher li huwa wieħed sabiħ u s-segwaċi tagħhom, żgur li għandhom lejn xiex iħarsu. Id-dejn fuq l-istadium spiċċa waqt li mil-lat kummerċjali, wara l-wasla tal-Kap Eżekuttiv Ivan Gazidis, il-klabb jinsab miexi 'l quddiem u l-kuntratti mal- isponsors sejrin jagħtu l-frott biex iżommu lill-Gunners fis-snin li ġejjin fil-quċċata mal-aqwa timijiet (l-elite) tal- Ewropa. Birkirkara rebbieħa tal-badminton Żewġ rekords nazzjonali miksura fl-atletika BIRKIRKARA Smart Office Supplies saru champions tal-Mixed Teams League għall- istaġun 2013/14 meta, fil-logħba diretta, għelbu lill-eqreb rivali tagħhom Paola BC 4-1. Dan ifisser li Birkirkara għandhom 4 punti aktar minn Paola BC u 6 punti aktar minn Birkirkara Go & Fun, u ma jistgħux jiġu milħuqa. Din kienet il-ħames rebħa minn ħames logħbiet, bil-logħba li jonqos tkun kontra t-tim l-ieħor tal-klabb: Birkirkara Go & Fun. L-istampa xejn ma kienet tajba għal Birkirkara qabel il-logħba minħabba l-kundizzjoni fiżika ta' wħud mill-plejers. Infatti Samuel Cali ma setax jilgħab minħabba ksur fil-polz, filwaqt li Aldo Polidano u Stephen Ferrante ma kinux f 'sikkithom mija fil-mija. Min-naħa l-oħra Paola BC kellhom lil Jacqueline Grech Licari imweġġgħa. Smart Office Supplies marru fuq quddiem meta Aldo Polidano / Fiorella Sadowski ftit sabu diffikulta jirbħu l-Mixed Doubles meta għelbu lil Kenneth Vella / Joanne Cassar 21-10 21-12. Iżda Owen Grech ġab parità għall-Pawlisti meta rebaħ is-Singles tal-Irġiel. Huwa għeleb lit-tfajjel promettenti Matthew Galea 21-8 21-4. Fis-Singles tan-Nisa wkoll kien hemm rebħa faċli għal Marica Micallef fuq Sandra Spiteri meta rebħet bl-iskor ta' 21-8 21-9 biex tat il- vantaġġ għat-tim Karkariż. Bl-iskor 2-1 favur Birkirkara, Paola ħteġilhom jirbħu ż-żewġ logħbiet li kien fadal biex jirbħu l-logħba u jidħlu biċ-ċans għat-titlu. L-ewwel sett tad-Doubles tal-Irġiel kien bilanċjat, biż-żewġ koppji jitilgħu ras imb ras. Fl-aħħar Aldo Polidano / Stephen Ferrante rebħuh 21-19. Il-koppja ta' Paola ffurmata minn Henrik Thomsen / Kenneth Vella għamlet reazzjoni u rebħet it-tieni sett 21-13. It-tielet sett offra logħob bilanċjat u eċitanti miż-żewġ koppji iżda Polidano / Ferrante rebħu 21-15 biex għamlu żgur mir-rebħ tal-punti u tat-titlu għat-tim tagħhom. Bir-rebħa finali magħrufa, id-Doubles tan-Nisa kienet biss formalità. Sadowski / Micallef għelbu lil Cassar / Spiteri, 21-7 21-12 faċilment biex għamlu l-iskor finali 4-1 favur Birkirkara Smart Office Supplies. B'hekk Birkirkara reġgħu ġew inkurunati Champions. Dan huwa l-ħames titlu konsekuttiv għall-klabb Karkariż u d-disa' wieħed fl-istorja tal-klabb. Joe Salomone, Segretarju ta' Birkirkara Badminton Club, taha mertu lill-plejers u l-kowċ Martin Farrugia li stinkaw l-istaġun kollu, minkejja s-sagrifiċċji li kellhom jagħmlu. Fi stqarrija wara l-logħba Salomone qal, "Kull titlu huwa speċjali. Din is-sena konna nafu li biex nerġgħu nikkonfermaw ruħna kienet se tkun diffiċli, għaliex għandna xi plejers importanti li sofrew injuries twal u għaliex l-avversarji tagħna għandhom numru ta' plejers telgħin ta' livell tajjeb. Minkejja dan, li rbaħna dan it-titlu logħba qabel naħseb li urejna lil kulħadd is-saħħa tat-tim tagħna. Ma ninsewx li t-tim l-ieħor tagħna għadu biċ-ċans li jispiċċa fit-tieni post!" NHAR is-Sibt 17 ta' Mejju matul l-Athletics Challenge 5 Meeting fit-Trakka Matthew Micallef St John, ġew miksura żewġ rekords nazzjonali fit-3,000 metru Steeplechase tal-Irġiel u tan-Nisa. Mark Herrera kiser ir- rekord nazzjonali tal-irġiel fit-3,000 metru Steeplechase f 'ħin ta' 9 minuti u 40.79 sekondi waqt li Mona Lisa Camilleri kisret ir-rekord nazzjonali tan-nisa fl-istess kategorija f 'ħin ta' 11-il minuta u 53.43 sekonda. Mark Herrera huwa sponsorjat minn Nyoo Destination Wellness u Kristal Water waqt li jibbenefika mill-iskema Governattiva tal-iSport 20/20. It-tim ta' Birkirkara Smart Oce Supplies rebbieħ tal-Kampjonat lokali tal-Badminton Ritratti - Wally Galea Mona Lisa Camilleri -azzjoni waqt it-3000 metru Steeplechase tan-Nisa Mark Herrera -azzjoni waqt it-3000 metru Steeplechase tal-Irġiel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014