Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja It-Tielet Edizzjoni - Franza 1938 It-tielet edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ntlagħbet fi Franza, taħt is-sħab tat-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-qagħda, ġabet inċertezzi kbar, tant li ħafna nazzjonijiet żammew lura milli jipparteċipaw. Il-FIFA kellha għażla iebsa x'tagħmel, iżda finalment għażlet li din l-edizzjoni terġa' ssir fl-Ewropa. L-Awstrija ma kinitx għadha teżisti. Fit-12 ta' Marzu truppi Ġermaniżi invadew il-pajjiż, biex issa l-Awstrija kienet taħt il- kmand tad-dittatur Nażista Adolf Hitler, u parti mill- Ġermanja. Xahar wara, il-Federazzjoni tal-Futbol Awstrijaka ħarġet komunikat fejn qalet li minn dak il-mument kienet waqfet il-funzjoni tagħha. L-aħjar plejers Awstrijaċi, disgħa b'kollox, kienu mġiegħla jilagħbu għall-Ġermanja taħt il-bandiera Nażista. Minħabba l-irtirar tal- Awstrija, in-numru ta' pajjiżi fil-fażi finali waqa' għal 15. Il-FIFA jidher li ħatfet l-okkażjoni sabiex tipprova tagħmel paċi mal-Ingilterra u talbitha tingħaqad lura magħha u tieħu post l-Awstrija. Iżda l-Ingilterra rrifjutat. Peress li l-poloz kienu ġa magħrufa, l-Iżvezja għaddew għat-tieni fażi awtomatikament minħabba li kienu telgħu biex jilagħbu mal-Awstrija. Bħala organizzaturi, Franza addottaw l-istess sistema ta' knock-out, li kienet intużat fl-edizzjoni ta' qabel mill-Italja. Il-logħob kollu ntlagħab fi grawnds differenti mxerrda mal-pajjiż kollu. Bħala livell ta' logħob, ma kienx hemm dubju li ta' din l-edizzjoni kellu jkun ferm aħjar. Ħamsa mis-7 logħbiet tal-ewwel rawnd kienu viċini u kkumbattuti ferm, tant li spiċċaw kollha bil-ħin barrani u f 'żewġ każi kien hemm bżonn ta' repetizzjoni tal-logħba. Waħda minn dawn kienet il-logħba tal-ftuħ bejn l-Iżvizzeri u l-Ġermaniżi f 'Parc de Princes f 'Pariġi. Dakinhar quddiem folla ta' 27,000 ruħ il-Ġermaniżi, b'ħames Awstrijaċi fit-tim, ġew f 'parità biex imbagħad meta reġgħet saret il-logħba, l-Iżvizzera rebħu 4-2. It-Taljani, kienu għoddhom sfaw eliminati fi stadju bikri tal-kompetizzjoni. F'Marsilja, l-'azzurri' ltaqgħu kontra l-qawwa tan-Norveġja. It- Taljani kellhom bidu mill- aqwa fejn saħansitra kienu gowl minn fuq wara biss żewġ minuti b'gowl ta' Pietro Ferraris II. Iżda sa tmiem l-ewwel taqsima n-Norveġiżi kienu diġà laqtu l-mimduda tliet darbiet! L-isforzi tagħhom taw il-frott ftit wara l-mistrieħ. Kien Brustad li daħal għan-nofs wara ġirja fuq il-linja, bidel il-ballun ma' Brynildsen, qabeż lil Monzeglio, u għeleb lil Olivieri. Brustad saħansitra reġa' skorja ftit wara, iżda l-gowl tiegħu ġie mħassar biex ftit minuti wara, kellu jkun save kbir ta' Olivieri fuq xutt qawwi ta' Brynildsen, li żamm lit-Taljani fil-logħba. L-iskor baqa' ma nbidilx, biex il-logħba għaddiet għall-ħin barrani. Bħal ħafna drabi oħra fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni, il-fortuna daħqet lit-Taljani, li għalkemm kienu qegħdin jiġu assedjati, huma xorta rnexxielhom jirbħu kontra x-xejra tal-logħob, b'gowl ta' Piola. Waħda mill-isbaħ logħbiet tal-edizzjoni kollha kienet bejn il-Brażil u l-Polonja, ukoll mill-ewwel rawnd, li ntemmet 6-5. Il-Brażiljani kellhom tim b'saħħtu u sa tmiem l-ewwel taqsima kienu diġà 3-1 minn fuq, b'Leônidas jiskorja hat-trick. Iżda reazzjoni kbira mill- Pollakki, wasslet biex iġibu l-iskor indaqs u jisforzaw il-ħin barrani. Hawnhekk il- Brażil skorjaw b'Wilimowski jwieġeb għall-Pollakki. Leônidas u Wilimowski skorjaw erba' gowls kull wieħed f 'din il-logħba. F'Toulouse deher għall- ewwel darba tim minn Kuba li ltaqa' kontra r-Rumanija f 'logħba mill-isbaħ u sforzaw replay wara parità ta' 3-3. Folla miżera ta' 6,000 ruħ assistiet għal din il-logħba u kien hemm inqas fir-replay, li spiċċat b'rebħa ta' 2-1 favur il-Kubani. Logħba oħra mill-ewwel rawnd li marret fil-ħin barrani kienet dik bejn l-Olanda u ċ-Ċekoslovakkja. F'Le Havre, l-Olanda rnexxielha żżomm sod ħafna kontra l-qawwa Ċeka għal 90 minuta, iżda ċediet f 'daqqa fil-ħin barrani. L-Olandiżi ħassew in-nuqqas tal-aqwa skorer tagħhom Bep Bakhuys li ma lagħabx. Sitt minuti mill-bidu tal-ħin barrani, Košt'álek poġġa liċ-Ċeki minn fuq b'xutt mill-bogħod, b'Zeman iżid ieħor ftit wara. Nejedlý aċċerta r-rebħa għaċ- Ċekoslovakkja bit-tielet gowl fl-aħħar minuta. Fl-istess ġurnata l-Ungerija warrbet l-isfida tad-debuttanti Dutch East Indies bl-inqas sforz. Sal-ewwel taqsima l-Ungeriżi kienu diġà 4-0. L-aħħar logħba mill-ewwel rawnd kienet bejn Franza u l-Belġju fi Stade Colombes f 'Pariġi. Franza rebħu 3-1. Iżda ċ-ċelebrazzjonijiet Franċiżi ma tantx kellhom idumu. Sebat ijiem wara, fil-logħba kontra l-Italja, il-Franċiżi ħarġu telliefa 3-1. Differenti mill-edizzjonijiet ta' qabel, issa kien ċert li l-pajjiż organizzatur ma kienx se jkun ir-rebbieħ. L-Iżvediżi deher li kien se jkollhom l-iktar logħba delikata tat-tieni rawnd meta telgħu biex jilagħbu kontra s-sorpriża Kuba – iżda dan ma kellux ikun. L-Iżvediżi kienu 4-0 minn fuq sal-mistrieħ u żiedu erbgħa oħra fit-tieni taqsima. L-eroj tagħhom kien Gustav Wetterström, il-'bumbardier ta' Norrköping' li skorja erbgħa. Sfortunatament il-logħba ta' wara bejn il-Brażil u ċ-Ċekoslovakkja baqgħet meqjusa bħala l-agħar waħda. Din intlagħbet f 'Bordeaux u kienet ikkaratterizzata minn logħob goff ħafna u ġlied kbir bejn il-plejers. Il-bilanċ ta' din il-logħba kien ta' tliet tkeċċijiet u ħames plejers imweġġgħin li minnhom tnejn kellhom jittieħdu b'urġenza l-isptar bi ksur. Il-logħba ntemmet f 'parità ta' 1-1. Il-Brażil rebaħ ir-replay 2-1. Il-Brażil kienet fis-semifinali – iżda sa hemmhekk waslet! Quddiem 35,000 ruħ fil-Veledrome Stadium il-Brażil iltaqa' kontra l-Italja f 'logħba bilanċjata ħafna. Wara li l-ewwel taqsima spiċċat bla gowls, it-Taljani fetħu l-iskor kmieni minn Gino Colaussi. Ħames minuti wara, ir-referì Żvizzeru Hans Wuthrich ta penalti lit-Taljani wara li Piola twaqqa' fil-kaxxa. Il-penalti mogħti minn Giuseppe Meazza kellu jidħol fil-kotba tal-istorja! Jingħad li hekk kif Meazza tbaxxa biex ipoġġi l-ballun f 'postu, il-lakstu tal-qalziet iċċarrat, u Meazza spiċċa biex waqagħlu x-shorts! Il-Brażiljani, żewġ gowls minn taħt, għamlu reazzjoni u skorjaw permezz tal-attakkant Romeu, tliet minuti mit-tmiem, iżda t-Taljani rebħu l-logħba 2-1 u żammew it-tamiet tagħhom li jiddefendu t-titlu. Is-semifinali l-oħra bejn l-Iżvezja u l-Ungerija bdiet b'gowl kmieni wara biss 35 sekonda ta' Nyberg li poġġa l-Iżvediżi minn fuq. Iżda l-bqija tal-logħba kellha turi mod ieħor. Titkos u darbtejn Zsengellér, taw vantaġġ komdu lill-Ungerija sal-mistrieħ, biex Sárosi żied ieħor mas-siegħa logħob. Zsengellér għaqqad il-hat- trick personali b'gowl ieħor fis-77 minuta. L-Iżvediżi, bil-moral baxx, iltaqgħu kontra l-Brażil f 'logħba għat-tielet u r-raba' post. Jonasson u Nyberg tawhom vantaġġ doppju f 'Bordeaux iżda Romeu wieġeb għall-Brażil żewġ minuti qabel il-mistrieħ. Fit- tieni taqsima l-istorja kienet differenti. Il-Brażil skorjaw tlieta oħra mingħajr risposta u rebħu l-midalja tal-bronż. Il-finali bejn l-Italja u l-Ungerija ntlagħbet fid-19 ta' Ġunju fi Stade Olimpique de Colombes. Il-logħba kellha bidu spettakolari. Wara biss sitt minuti l-Italja marret gowl minn fuq b'xutt qawwi ta' Colaussi li għeleb lil Szabó. L-Ungerija ma damitx ma ġabet l-iskor indaqs. Żewġ minuti wara, Titkos spara ballun fis-saqaf tax-xibka minn angolu diffiċli. Iżda t-Taljani skorjaw darbtejn oħra qabel il-mistrieħ. Fit- tieni taqsima t-Taljani ħarġu biex jiddefendu l-vantaġġ ta' żewġ gowls li kellhom. L-Ungeriżi xeħtu kollox fuq l-attakk u rnexxielhom jiskorjaw permezz tal-captain Georgy Sárosi. Iżda Piola serraħ ras it-Taljani u skorja r-raba' gowl u l-aħħar wieħed ta' din il-kompetizzjoni li kellha tieqaf biex minflokha n-nazzjonijiet jiġġieldu fit- Tieni Gwerra Dinjija. Ir-Raba' Edizzjoni – Brażil 1950 Wara d-devastazzjoni tat- Tieni Gwerra Dinjija, il-FIFA ħasbet sabiex terġa' tkompli bl-organizzar tat-Tazza tad-Dinja. Il-FIFA ma tantx kellha għażla għaliex il-Brażil kien l-uniku kandidat. Għal din l-edizzjoni, kellhom jagħmlu l-ewwel dehra tagħhom fil-kompetizzjoni mondjali l-Ingilterra. It- total ta' nazzjonijiet li ħadu sehem fir-raba' edizzjoni kien ta' tlettax-il nazzjon biss, bit-timijiet jinqasmu f 'erba' gruppi. Fl-ewwel logħba, il-Brażil għeleb lill-Messiku 4-0 mingħajr wisq sforz. Iżda fit-tieni logħba huma żelqu kontra l-Iżvizzera, li kienu tħajru mit-Taljani u addottaw sistema ta' logħob difensiva It-tieni parti 20-27 July PORTUGAL & NORTH SPAIN PORTUGAL & NORTH SPAIN NORTH SPAIN NORTH SPAIN ¢569 FROM 20-27 July PORTUGAL & NORTH SPAIN Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain BSL Britannia Tours … your holiday starts here! Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). Groups from July till September COSTA BRAVA, BARCELONA 20-27 July PORTUGAL & NORTH SPAIN All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). COSTA BRAVA, ¢299 FROM Britannia Tours Britannia Tours Ferenc Puskas jixxuttja fuq il-ġirja bil-plejer Ġermaniż Liebrich jipprova jim- blokka

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014