Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 SPORTSillum SPORTSillum Real Madrid jirbħu ċ-Champions League għall-10 darba -istorja wara l-ħin barrani Real Madrid...................4 Atlético Madrid..............1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT REAL Madrid rebħu l-10 UEFA Champions League fl-istorja glorjuża tagħhom wara li għelbu lit-tim l-ieħor minn Madrid, Atletico Madrid bl-iskor ta' 4-1 wara l-ħin barrani. Li kieku rebħu Atletico Madrid huma kienu jiktbu l-istorja hekk kif kienu jirbħu l-ewwel UEFA Champions League fl-istorja tagħhom. M'hemmx dubju li l-Merengues kif inhuma iktar magħrufa Real Madrid għalkemm spiċċaw fuq in- naħa rebbieħa ħassew ħafna n-nuqqas tal-plejer ta' nofs il-grawnd formidabbli Xabi Alonso minħabba li kien sospiż. Min-naħa l-oħra Atletico Madrid ħassew ukoll in-nuqqas tal-attakkant prolifiku Spanjol, Diego Costa li weġġa' wara biss disa' minuti logħob b'postu jittieħed minn Adrian Lopez. Tajjeb ngħidu li minħabba l-injury li qed isofri, Diego Costa jista' saħansitra jitlef ukoll it-Tazza tad-Dinja – xi ħaġa li tista' tħalli effett ferm negattiv fuq it-tim nazzjonali Spanjol minħabba l-klassi unika li lkoll nafu li jippossjedi dan il-plejer. Kienu l-Colchon Neros kif inhuma iktar magħrufa Atletico li fetħu l-iskor fis-36 minuta permezz ta' Diego Godin meta dan għeleb lil Sami Khedira fl-arja u permezz ta' daqqa ta' ras tajba qabad lil Iker Casillas barra minn postu u tefa' fix-xibka biex tefa' lill-eluf ta' partitarji ta' Atletico f 'Lisbona f 'dellirju ta' ferħ u lill-partitarji ta' Real Madrid immutati. Baqa' wkoll immutat Iker Casillas li dan il-gowl wasal minħabba l-ħarġa ferm erratika tiegħu. Real Madrid ħolqu diversi okkażjonijiet ta' skor wara dan il-gowl speċjalment permezz ta' 'Mr Hundred Million', Gareth Bale li iżda ma rnexxilux isib ix-xibka. Iżda kellu jkun Sergio Ramos li jġib l-iskor indaqs għal Los Blancos fit-tielet minuta tal-ħin miżjud meta minn korner tal-Kroat Luka Modric, għola tajjeb Sergio Ramos li permezz ta' daqqa ta' ras b'saħħitha għeleb lil Courtois li għalkemm intefa' minn tulu fl-art ma rnexxilux isalva l-ballun li ntemm fir-rokna tax-xibka. U fil-ħin miżjud eżattament fil-110 minuta kellhom ikunu Real Madrid li jsibu x-xibka permezz ta' Gareth Bale li għalkemm kellu wirja deludenti, irnexxielu jkun l-eroj ta' Real Madrid hekk kif skorja l-gowl li tefa' lil Real Madrid fil-vantaġġ meta wara li Courtois wettaq save brillanti fuq Angel Di Maria, il-ballun spiċċa fuq ras Bale li mill-viċin tefa' ġewwa. Real Madrid għamluhom 3 fil-118-il minuta permezz ta' gowl mill-viċin tal-Brażiljan Marcelo. U jidher li Real Madrid ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fil-120 minuta huma rebħu penalty wara li Godin waqqa' lil Ronaldo fil-kaxxa u mill-11-il metru l-fenomenu Portugiż tefa' wara Courtois għar-raba' gowl tagħhom fil-logħba. Lejn tmiem il-logħba tkeċċa minn fuq il-bank, il-kowċ ta' Atletico Madrid, Diego Simeone. Wara l-logħba, il- President tal-UEFA, Michel Platini, ippreżenta t-trofew tar-rebbieħa tal-UEFA Champions League lill- goalkeeper u captain ta' Real Madrid, Iker Casillas. Real Madrid - Casillas, Varane, Ramos, Fábio Coentrão (Marcelo 59'), Carvajal, Khedira (Isco 59'), Bale, Modrić, Di María, Ronaldo, Benzema (Morata 79') Atlético Madrid - Courtois, Godín, Filipe Luís, Juanfran, Miranda, Tiago, Koke, Raúl García (Sosa 66'), Gabi, Villa, Diego Costa (Adrian Lopez 9') Referee - Bjorn Kuipers (OLA)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014