Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 7 Ħarsa mill-qrib lejn l-album mniedi mill-PN Ċertu stickers huma 'duplikati' minn snin oħra… Employment Relations… kariga li ilu jokkupa mill-2000 meta nħatar minn Lawrence Gonzi. Eventwalment hu kien ġie kkonfermat mill-ministri Nazzjonalisti Louis Galea, Dolores Cristina u Chris Said, u minn Helena Dalli fl-2013. B'mod simili jsemmu wkoll lil Victor Carachi, President tal-GWU li hu membru tal- bord tal-OHSA li tikkonċerna s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Iżda l-album lanqas ma jsemmi li huwa bil-liġi li fuq dan il-bord ikun hemm rappreżentanza tal-unjins tal- ħaddiema, u b'hekk il-preżenza ta' Carachi fuq dan il-bord hi ġustifikata. Ċertu membri ta' bord spiċċaw fil-mira tal-kritika Nazzjonalista sempliċiment għax huma qraba ta' esponenti Laburisti, mingħajr ma ħadu inkonsiderazzjoni l-kompetenza tagħhom. F'dan il-kuntest jispikka Philip Sciberras, li fl-album hu deskritt biss bħala missier eks sindku Laburista mingħajr ma jsemmu li Sciberras hu eks-imħallef li kien appuntat mill-eks Ministru Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici. Eżempji oħra jinkludu lil Reneè u Nestor Laiviera, it-tifla u n-neputi tal-eks deputat Nestru Laiviera; Michael Cohen għax jiġi l-kuġin ta' Joe Mizzi; Marc Sant għax hu n-neputi ta' Alfred Sant; Robert Abela għax iben George Abela u Lydia Abela għax il-mara ta' Robert; u Veronique Dalli għax oħt il-kandidat Miriam Dalli fost oħrajn. F'dan l-eżerċizzju ta' propaganda għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-PN inkluda wkoll persuni li jokkupaw karigi ta' fiduċja tal-gvern, minkejja li kif jixhed ir-rwol tagħhom dawn huma pożizzjonijiet sensittivi li jirrikjedu persuni li jemmnu fil-programm tal-gvern biex ikunu huma li jmexxuh. Fuq kollox kif kien jiġri taħt l-amministrazzjonijiet preċedenti, impjegati fis- segretarjat privati tal-ministri jkunu jridu jgawdu l-fiduċja tal-ministri minħabba l-kunfidenzjalità tax-xogħol. Kollox ma' kollox, l-idea tal-album kienet waħda innovattiva u friska iżda mhux kredibbli meta inkludiet persuni li anke taħt il-PN, skont l-argument tal-partit, "kienu jiffangaw għax tal- qalba." Cher Engerer Clyde Caruana Anthony Degiovanni Victor Carachi Philip Sciberras Benny Borg Bonello Renee Laiviera Cyrus Engerer Simon Micallef Stafrace Marlene Mizzi Paul Bonello Mario Salerno Yana Micallef Stafrace Peter Cordina Kenneth Zammit Tabona Charles Azzopardi Marisa Micallef Leyson Michael Parnis Alfred Vella Grace Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014