Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

0.90 01 ta' Ġunju 2014 • Nr 398 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST Analiżi fuq kif marru l-kandidati Tkompli paġna 5 'L-elezzjoni hi żrara żgħira ħdejn il-weġgħat kbar li kelli f 'ħajti' – Simon Busuttil JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt Mhux soltu li l-mexxejja politiċi jitkellmu dwar il- ħajja personali tagħhom. Forsi kien għalhekk li lejn l-aħħar ta' intervista fuq radju RTK ilbieraħ filgħodu, Simon Busuttil inħasad xi ftit meta l-preżentatur staqsieh jekk il-fatt li hu single father tfixklux mill- ħidma ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. "Din mistoqsija personali," kienet l-ewwel reazzjoni ta' Busuttil, qabel ma ħa nifs 'il ġewwa u beda jirrakkonta aspetti li ftit li xejn nisimgħu mill-mexxejja politiċi, fosthom li jrabbi waħdu wieħed miż-żewġt itfal tiegħu. "Forsi m'iniex l-aqwa missier, imma bil- limitazzjonijiet tiegħi nipprova nkun. Għandi l-aqwa tip ta' relazzjoni mat-tifel tiegħi u dak ifisser li bħal kull missier ieħor insajjarlu, naħsillu l-ħwejjeġ, nixtrilu u nagħmillu l-lunch… allaħares le, jien missieru!" jirrakkonta Busuttil dwar wieħed miż-żewġt itfal tiegħu. Il-Kap Nazzjonalista jispjega li l-fatt li jrabbi waħdu fissret żmien iebes għalih iżda li dan ma jfixklux biex jaqdi l-funzjoni ta' mexxej politiku. "Il-fatt li jien single father ifisser li għaddejt minn ħafna f 'ħajti. Nista' nassigurak li l-weġgħa u d-diżappunt tal-elezzjoni li għaddiet hija biss żrara żgħira ħdejn il-weġgħat kbar li diġà għaddejt minnhom f 'ħajti u rnexxieli negħleb," qal Busuttil. "Għalhekk bqajt determinat wara r-riżultat għax diġà rajt ħafna affarijiet f 'ħajti, imma jien kuntent ħafna bil-ħajja personali wara li għaddejt minn ċertu sitwazzjonijiet." Simon Busuttil jissokta jgħid li f 'dan il-kuntest, il-fatt li hu single father ma ttelfux fix-xogħol tiegħu anzi tagħmlu aktar determinat. "Anzi, l-esperjenza personali għallmitni ħafna f 'ħajti," itemm jgħid Busuttil qabel ma' l-programm reġa' dar fuq temi politiċi. Comodini Cachia f 'kumpanija li tippromwovi ċ-ċittadinanza LMEP l-ġdida tal- Partit Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, li riċentament kienet tirrappreżenta kumpanija rivali ta' Henley & Partners, issa tifforma parti minn ditta legali li fil-ġimgħat li għaddew saret aġent għall- programm tal-ogħti taċ- ċittadinanza b'investiment. Comodini Cachia qed tirrappreżenta lill- kumpanija Arton Capital - rivali ta' Henley & Partners – li qed tikkontesta d-deċiżjoni tal-għoti tat- tender lill-istess Henley fil-Qorti. Qabel, Arton Capital kienet rappreżentata wkoll mid-ditta legali ta' Francis Zammit Dimech. Dan filwaqt li l-Partit Nazzjonalista – li kellu lil Comodini Cachia u lil Zammit Dimech bħala tnejn mill-kandidati - kien qed jesiġi li l-gvern jippubblika d-dettalji tal-kuntratt ma' Henley & Partners, il- kumpanija rivali ta' Arton Capital. Issa jirriżulta li Comodini Cachia ngħaqdet ma' Saga Juris, kumpanija legali li qed tippromovi l-bejgħ taċ- ċittadinanza. Therese Comodini Cachia Simon Busuttil flimkien ma' ibnu Tkompli paġna 4 14-il sena ħabs għal raġel ħati li stupra lil bintu TARD ilbieraħ filgħaxija l-ġurati sabu lil raġel ta' 35 sena ħati wara li dan ġie akkużat li stupra lil bintu ta' tmien snin u li żammha illegalment u kontra r-rieda tagħha. Il-ġurati taw il- verdett ta' ħati fuq kull kap ta' akkuża. Huwa ntbagħat 14-il sena ħabs. Il-każ seħħ fl-2006, meta l-Pulizija rċevew rapport mingħand omm li kienet qalet li bintha ġiet stuprata mill-missier. Il-Pulizija tkellmu mat-tifla u magħhom kellmuha wkoll 'social workers'. It-tifla stqarret li f 'diversi okkażjonijiet missierha kien jagħmel atti oxxeni fil-preżenza tagħha fejn kien jagħfas il-parti intima tiegħu ma' tagħha u anke ġieli kellu x 'jaqsam magħha. Peress li t-tifla kienet tipprova twaqqaf lil missierha għax kien iweġġagħha, jidher li hu kien jissodisfa lilu nnifsu billi jagħmel atti abbużivi u sesswali oħra fil-konfront ta' bintu. Dan il-ġuri instema' bil- magħluq quddiem l-Imħallef Michael Mallia.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014