Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 3 Min mar Brussell… u min mar il-baħar Ray Bugeja Tmint elef vot fid-debutt elettorali tiegħu… mhux ħażin. Ovvjament kiseb ammont (sostanzjali) minnhom minn dawk li vvutaw għall-Partit Nazzjonalista minn fuq għal isfel. Nistennew u naraw x'se jkun il-pass li jmiss fil-politika ta' Bugeja wara li prova jsir kap tal-partit tnax-il xahar biss ilu. Lino Bianco Għal Bianco l-kampanja elettorali iktar kienet kwistjoni li jassigura ammont ta' voti lejn il-kamp laburista, peress li wara l-elezzjoni kien ġa lest biex jibda fil-kariga ġdida ta' ambaxxatur. Bħal Bugeja, ġab ammont sostanzjali mid- donkey voting. Iżda donkey voting jew le, ġab 7,000 vot tal- ewwel preferenza li jfisser riżultat pożittiv għad-debuttant. Norman Vella Vella kellu l-vantaġġ li għal xi żmien kien preżentatur fuq l-istazzjon nazzjonali, u b'hekk in-nies setgħu jagħrfuh aktar. Fin-nuqqas ta' kandidat li kien qed ikun favorit għat-tielet siġġu Nazzjonalista, Vella seta kiseb riżultat ħafna aktar sodisfaċenti għalih. L-espressjoni tiegħu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ftit wara t-telfa jixhed dan. Charlon Gouder Charlon Gouder qisu n-Norman Vella tal-Laburisti: eks-ġurnalist u militanti, iktar kien jappella għall-għeruq tal-partit. Żgur li kien jaspira li jimxi fuq il-passi ta' Muscat u minn ġurnalist imur Brussell. 6,700 vot għal xi ħadd li ħadem qatigħ fl-aħħar ġimgħat narah diżappunt. Imperium Europa Riżultat pożittiv għall-partit ta' Norman Lowell, riżultat inkwetanti għall-bqija tal-elettorat. 6,700 votant iddeċieda li jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil dan il-partit tal-lemin estrem. Ċert, jew għall-inqas nittama, li dawn il-votanti ma vvutawx għalihom fuq il-prinċipji tal-partit estrem li fost l-oħrajn jemmen f 'abort obbligatorju għal trabi li jitwieldu bi bżonnijiet speċjali. Deborah Schembri Kandidat bħal Deborah Schembri għandha ġġib ħafna aktar minn sitt elef vot. Kif ġara fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, Schembri tidher li tbati mhux ħażin meta tikkontesta elezzjoni. Dan minkejja li l-argumenti u l-politika tagħha dejjem jintlaqgħu b'mod pożittiv anke minn dawk li mhumiex tal-istess twemmin politiku. Arnold Cassola Fuq naħa, wieħed jista jargumenta li l-voti tal-AD żdiedu b'madwar 30% meta kkumparat ma' ħames snin ilu. Iżda min-naħa l-oħra, hemm il-fehma li l-AD setgħat marret aħjar. Probabbli salvat il-futur tal-partit bil-fatt li għall- inqas ikkonfermat il-pożizzjoni tat-tielet partit, u li anke waqt il-wirt Arnold Cassola baqa' iktar 'popolari' mit- theddida ta' Norman Lowell. Stefano Mallia Żgur li l-Partit Nazzjonalista kellu aspettattivi aktar għoljin għal Stefano Mallia, li kien diġà kiseb isem għalih fid-dinja tan-negozju. Il-kandidatura tiegħu kienet parti minn strateġija tal-PN biex turi li l-PN kien qed jiġġedded. B'5,600 vot għal Mallia u telfa elettorali bħal dik għall-Partit Nazzjonalista turi li l-istrateġija ma kinitx konvinċenti. Kevin Cutajar Ħadd ma stenna li Cutajar kien se jġib eluf kbar ta' voti. Iżda Cutajar ma ġiex promoss meta tilef 'il-ġlieda' ma' Clint Camilleri għall-voti tal-Għawdxin. Filwaqt li mit- tlettax-il distrett il-kandidat Laburista ġab 6,600 vot, Kevin Cutajar ġab madwar 3,800. Dan kien kruċjali biex il-Partit Laburista żamm il-maġġoranza ta' voti f 'Għawdex. Helga Ellul Il-kampanja elettorali tagħha qatt ma ħadet ir-ruħ minħabba l-barriera tal-lingwa. L-unika vantaġġ li kellha seta' jkun li attirat numru ta' floaters u negozjanti lejn il-Partit Nazzjonalista, iżda t-total ta' inqas minn 3,000 vot tal-ewwel preferenza juru li jekk dan kien il-każ, m'attiratx biżżejjed. Jonathan Shaw Ftit sigħat qabel it-tmiem tal-kampanja elettorali, fuq il-paġna ta' Facebook Shaw ammetta li mhux se tkun faċli. Ma setax ikun aktar korrett. Kuntrarju għall-kandidati l-oħra li ġabu numru żgħir ta' voti, Shaw kellu kampanja aktar attiva iżda għal xi raġuni l-kandidatura tiegħu ma ntlaqatx tajjeb, bi ftit aktar minn elfejn vot biss. Ivan Grixti Kienet ċara mill-bidu li ma kienx se jissorprendi fl- ammont ta' voti, minkejja li kien beda jikkampanja fuq facebook diversi xhur qabel ma' tħabbru l-ewwel ismijiet tal-kandidati Laburisti. Esperjenza tajba għalih personali iżda xejn aktar għall-Partit. Mario Farrugia Borg Min-naħa l-oħra Farrugia Borg kien mitlub mill-Prim Ministru biex jikkontesta. Kien mitlub jagħmel dan aktar biex jattira lejn il-partit faxxa partikolari ta' nies jew minoritajiet. Ma nafux jekk l-1,300 vot kienux biżżejjed, iżda minn kull distrett qisu kiseb medja ta' 65 vot bl- eċċezzjoni tas-sitt distrett (fejn joqgħod hu) fejn kiseb ħafna aktar. Carmel Cacopardo 400 vot għall-kandidat tal-Alternattiva Demokratika qatt mhu riżultat ħażin, iżda l-mistoqsija tibqa' jekk kinitx deċiżjoni tajba li l-AD toħroġ żewġ kandidati flok wieħed. Dan b'mod partikolari meta wieħed jista' jqis li l-profil ta' Cacopardo hu simili għal dak ta' Arnold Cassola: kemm fl-età kif ukoll fit-tip ta' politika. Kevin Plumpton Wara li serva bħala president taż-Żgħażagħ Nazzjonalisti għal diversi snin, il-partit ħaseb li jipproponih biex jiġbed lejh iż-żgħażagħ. Għalkemm dan jista' jkun biss il-bidu f 'karriera politika, li tiġi l-aħħar fil-kamp nazzjonalista żgur ma jistax ikun ta' sodisfazzjon għall-ebda kandidat. Tal-Ajkla Ma jistax jitqies bħala partit politiku peress li hu one-man show. U hu propju dan: show biss. Għalhekk nirrifjuta li niġġudika l-performance tal-Ajkla. Is-sena l-oħra niżel tajjeb biex itaffi mit-tensjoni politika tal-Elezzjoni Ġenerali, imma issa naħseb li Żaren għandu jitħalla fil- kwiet. Fl-istess ħin, l-elf u mitejn vot li kiseb juri kemm parti mill-elettorat iddejjaq jisma' dwar politika. Peter Cordina Kien l-unika kandidat li ma kellux preżenza fuq is-siti soċjali u ftit li xejn fuq il-midja. Minkejja dan, l-eks kap tal-Protezzjoni Ċivili xorta rnexxielu jikseb 870 vot tal- ewwel preferenza, li ġġiegħlni nagħżel il-kulur oranġo flok l-aħmar. Wara karriera twila ta' suċċessi, f 'Cordina spikkat l-umiltà, xi ħaġa mhux daqstant komuni fil-politika lokali. Forsi kienet din li attirat 870 vot? Alleanza Bidla Dan kien partit żgħir ġdid li ddebutta f 'din l-elezzjoni. Immexxi min-neputi ta' Dom Mintoff, dan il-partit kiseb ftit aktar minn elf vot tal-ewwel preferenza, u ftit inqas minn tal-Ajkla. Għalkemm id-diskors ewroxettiku tagħhom mhux dejjem kien intlaqà tajjeb, b'kuntrast ma' partiti żgħar oħra l-loġika kienet hemm, għall-inqas. Fleur Vella Każ ieħor li juri li min għamel suċċess fin-negozju mhux bilfors postu fil-politika. Probabbilment kienet l-inqas kandidata magħrufa mit-32 kandidat. Żaren tal-Ajkla ġab id-doppju. Alleanza Liberali John Zammit l-ewwel, Jean Pierre Sammut issa. Li kieku kien partit organizzat u mhux amateur, kien ikun kapaċi jiġbed faxxa ta' persuni li jikkunsidraw lilhom infushom Liberali. Iżda Zammit u Sammut iridu jdaħħlu f 'moħħhom li t-twemmin li Kemmuna issir Ibiza u l-bajjiet tan-nudisti ma jagħmlukx Liberali. Hemm ħafna aktar minn hekk.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014