Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 X'jaħseb il-poplu fuq id-deċiżjoni ta' Simon Busuttil HEKK kif tħabbar ir- riżultat tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u l-konferma li l-Partit Laburista rnexxielu kważi jżomm l-istess distakk mill-Partit Nazzjonalista bħalma ġara fl-elezzjoni ġenerali tas-sena li għaddiet, ħafna kienu dawk li bdew jesprimu l-fehmiet tagħhom fuq il-mezzi tal- media soċjali. Iktar ukoll hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar l-intenzjoni tiegħu li mhux ser jabbanduna l-partit u li se jżomm il-kariga tiegħu bħala Kap. Il-kummenti kienu ħafna u varji, min favur u minn assolutament kontra li Busuttil għandu jibqa' fit-tmexxija. Fiċ-ċirkostanzi tal- ħafna kummenti li kienu qed jingħadu, ILLUM ħa l-kummenti permezz tal- istess media soċjali billi ppreżenta din id-domanda lil numru ta' nies: Il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li mhux se jirriżenja għaliex jekk jagħmel hekk issir iżjed ħsara. Insista li din tkun l-eħfef deċiżjoni imma min għandu l-kuraġġ u jħobb lill-Partit Nazzjonalista minflok għandu jibqa' u jaħdem. X'inhuma l-kummenti tiegħek? Dawn huma wħud mill- kummenti li waslulna. RAY BUTTIGIEG F'każ bħal dan huwa naqra diffiċli biex tasal għal xi tip ta' konklużjoni. Dan peress li fuq naħa għandek il-fatt magħruf li ma tantx għadda żmien mill-aħħar elezzjoni biex wieħed jagħmel verdett ċar fuq il-ħila ta' Simon Busuttil u fuq in-naħa l-oħra hemm is-sentiment popolari li ma tantx jidher li hemm ħafna simpatija lejn il-kariżma ta' Busuttil. Jien naħseb li kif baqa' 4 snin għall-elezzjoni l-aħjar deċiżjoni strateġikament hi li l-PN jibdlu l-kap. JOHANN HILI Naħseb li Simon Busuttil għandu jagħti ċans li xi ħadd ieħor jieħu r-riedni f 'idejh. PAUL GAUCI Fl-opinjoni tiegħi Simon Busuttil mhux qed jirrealizza li din l-elezzjoni kienet telfa personali għalih għax il-PN naqas minn 43.3% ta' sena ilu għal 40.1% din is-sena. JONATHAN SPAGNOL Ovvjament għalissa Simon Busuttil mhux se jirreżenja għax jekk jagħmel hekk, anke l-partit jaqa' għaż-żufjett. Mario de Marco aħjar minnu bħala leader tal-PN u l-biċċa l-kbira tan-Nazzjonalisti hekk jaħsbu. B. PSAILA Naħseb il-Partit Laburista jinsab kuntentissimu bid- deċiżjoni ta' Simon Busuttil għax f 'sena ma' bidel xejn. Oppożizzjoni dgħajfa. Il- Partit Nazzjonalista mhux nies ta' kuraġġ u min iħobbu għandu bżonn iżda nies li huma lesti jerġgħu jafdawh fil-gvern. VANESSA FARRUGIA The sooner he goes the better. PAUL GRECH Jiena naħseb li fiċ- ċirkostanzi l-aħjar ħaġa li jagħmel il-Kap tal- Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil huwa li ma jassumix ir-responsabbiltà kollha waħdu u jlaqqa' l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista biex imur għal vot ta' fiduċja mill-kunsilliera u t-tesserati tal-partit. CHRISTIAN ATTARD Jien fil-fehma tiegħi għandha terġa' ssir elezzjoni oħra interna fil-partit biex jivvutaw għal kap ġdid però jinkludu t-tesserati kollha fil-votazzjoni. IVAN CONSIGLIO Hija sfortuna kbira hawn Malta li s-serjetà u responsabilità ta' bosta li jinbsabu f 'ħatriet jew pożizzjonijiet pubbliċi, u li huma suġġetti għall- iskrutinju tal-poplu m'għandhomx farka ta' etika, kuxjenza, maturità jew moralità li jirriżenjaw meta hemm bżonn, abbażi tal- imġiba sewwa jew nuqqas ta' performance adegwata għal dak li suppost irendu! Li tibqa' marbut ma' pożizzjoni, siegħa jekk ta' poter, influwenza jew oltre, hija diżgustanti u tidħak f 'wiċċ in-nies li kienu juruk l-appoġġ, u anki lil dawk li jridu aktar azzjonijiet ta' ġid wiesa' aktar minn ambizzjonijiet jew piki personali. Wieħed hawn mhux ser issemmi lil xi Nixon, imma nsemmi lil Lord Carrington li tefa' r-riżenja tiegħu Operational Programme II - Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life The Project is part-nanced by the European Union European Social Fund (ESF) Co-nancing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future Project partner: This is a challenge to all Employers who think that they may not be doing sufficient by way of Corporate Social Responsibility. In tandem with other national efforts to create a more Fair Society in Malta, the Employment and Training Corporation is committed to motivate and support vulnerable persons to find and retain employment, such that they increase their own independence and regain a sense of dignity. Any such programme must necessarily include a short, practical employment training period. It is in this context that we are asking Employers to help us break down the inherent barriers to a more inclusive work environment. Employers who feel that they cannot themselves activate early adherence to statutory Quota levels of indefinite employment of persons with disability are invited to discuss with the ETC on a one-to-one basis how they might contribute instead to our Sheltered Employment initiative. Is it not about time that you do something different by way of CSR? There's no time like right now to volunteer to provide employment training opportunities for young persons with disability. Send us an email on set.etc@gov.mt or call us on 22201 701 / 405. CALL FOR SUPPORT FOR NEW SHELTERED EMPLOYMENT TRAINING FOR PERSONS WITH DISABILITY Project partner: fattard@mediatoday.com.mt Frederick Attard Simon Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014