Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

12 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 MINN din il-ġimgħa f 'din il-paġna se nibdew inlaqqgħukom ma' personaġġi li qed iżommu ħaj, xogħol jew snajja' artiġġjanali li għadhom jeżistu f 'din il-gżira ċkejkna fil-Mediterran. Xogħol jew aħjar arti li jiġbed mijiet jekk mhux eluf ta' turisti lejh biex ikunu jistgħu jmissu xogħol li f 'pajjiżhom miet mewta naturali, jew inkella li qatt ma kellhom ix-xorti jiltaqgħu miegħu, jekk mhux f 'xi dokumentarju fuq xi stazzjon televiżiv. Meta wieħed jmur sa' Marsalforn ma jistax ikun li ma jasalx sal-Qbajjar u x-Xwejni fejn hemm is-salini (salt pans). Mort niltaqa' ma' Leli Cini tal-melħ f 'xil-11 ta' filgħodu, spiċċajt nistenna lil għexieren ta' jeeps mimlija turisti, jieħdu ritratti ma' dawn is-salini mdawrin b'xenarju spettakolari u uniku, jixtru l-melħ u l-postcards u bħal nemel telgħin lejn kamra fuq għolja ċkejkna. Fejn wara sirt naf li din il-kamra ċkejkna ma kienet xejn għajr waħda mill-għerien fejn jiġi miżmum il-melħ miġbur. Hawnhekk it-turisti jsibu lix-xwejjaħ Leli jfiehem lil kulħadd dwar il-passjoni kbira ta' ħajtu għal dawn l-aħħar 50 sena. Il-melħ. L-ewwel li laqgħetni kienet bintu, Josephine, li bi tbissima fotokopja ta' missierha qaltli, "xi ġmiel hawn hux! Dak meta niġbru l-melħ ejja fl- 4.30 ta' filgħodu xħin tkun tiela' x-xemx mill-faċċata u tara n-natura fl-aqwa tagħha." Josephine urietni l-kamra ta' missierha u qaltli biex immur ħdejh għax kien qed jistennieni biex ikellimni. Poġġieni madwar mejda tal- plastik imdawwar bl-ixkejjer tal-melħ, lampi tal-pitrolju u xkupi mwaħħlin mal-ħajt, "Xi tgħidli sieħeb" beda biex qalli Leli, "kemm hawn frisk f 'dil- kamra hux. Dak minħabba l-umdità kbira li toħroġ mill-blat." U hawn Leli li llum jgħodd 72 sena mar lura 46 sena meta kien żagħżugħ ta' 26 sena. "Qabel kien jinxtara ħafna melħ biex jippreservaw l-ikel għax dak iż-żmien ma kienx hawn fridges. Fi żmien il-gwerra (li jien ma niftakarhiex) kienu jibdlu l-melħ ma' xi ħobża kienu jgħiduli. Fl-1968 sid dawn is-salini kien marad u wliedu ma dehrux kapaċi għal dan ix-xogħol u ħadthom jien. Bdejt nirranġa l-iskandlori (il-ħawt jew ġwiebel) għax jekk l-iskandlora tkun tnixxi l-ilma ma' tistax issalva melħ. Barra hekk ħdimt fuq speċi ta' gandotti biex twassal l-ilma baħar lejn l-iskandlori. "L-istaġun tal-melħ hu bejn Mejju u Settembru. Iżda kollox jiddependi mit-temp. Ir-riħ mill-Majjistral u mit- Tramuntana jnixxef l-ilma iżda b'riħ mill-punent il-blata tiksaħ u jispiċċa kollox. Għax il-melħ il-blata ssajru. Fil-bidu bdejt nitgħallem bl- iżbalji tiegħi stess u għenitni ħafna l-mara f 'dan ix-xogħol. "Xtrajt landrover u bdejt nippakkja l-melħ u nbiegħu fl-irħula Għawdxin, fi żmien meta kollox kien jinbiegħ bl-imnut u mhux bħala pakketti. Mill-1976 bdejt inbiegħ fis-supermarkets." Fil-fatt hawnhekk urieni l-ewwel xkupa (ritratt) li kien xtraha fl-1976, għax qabel kienu jikinsu l-melħ bil-qasab. "Maż-żmien bdiet il-moda tal-beauticians u bdejt inbiegħlhom ħafna melħ għall-prodotti tagħhom fejn jordnawli bejn 30 u 40 kilo melħ. Anke l-barranin jiġu hawn u jixtru ħafna melħ, għax meta jaraw minfejn eżatt jinġabar ikunu jafu li hu melħ tajjeb u naturali." Leli hu miż-Żebbuġ u għandu żewġ ulied, Raymond li hu għalliem tal-IT u miżżewweġ u jgħix Malta u bintu Josephine li ħadet dan in-negozju f 'idejha biex tkompli żżommu ħaj, "Nixtieq Għawdex: Int djamant John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt BSL Britannia Tours … your holiday starts here! 3-10 August, 17-24 August, 24-31 August, 7-14 September, 14-21 September DUBROVNIK - the pearl of the adriatic All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢399 FROM Tradizzjonijiet Għawdxin: Leli Cini u s-salini tal-melħ Leli Ċini mal-familja Leli u bintu Josephine

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014