Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 13 Għawdex: Int djamant Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Metsola jew Mezzola Ara vera tal-PBS xi kultant ma nifhimhomx. Hija ċajta magħrufa li Roberta Metsola biex jitnejku biha, jiktbu isimha Mezzola. Ovjament dawk li jiktbu hekk huma lejburisti. Imma mbagħad ma nistenniex li issa fuq il-PBS tidher Roberta Metsola miktuba Mezzola. Ommi ma, każ fejn qed nikxfu il-preġudizzji politiċi tagħna. Għarakuża. Dwardu l-pastaż Mela Edward Demicoli t-tifel ta' Charles Demicoli wara l-bravura tal-PN fl-elezzjonijiet kiteb hekk fuq facebook: "If the PN cannot make headway against this bunch of amateur cunts who are running the country like a criminal organisation then it is obvious that PN have not learnt any lessons." Kliem mirqum miktub minn persuna li ħadem bħala membru tal-kabinett ta' John Dalli (u ma tantx ibrilla) u issa qiegħed fis- Sanco taħt Tonio Borg. Ma rridux ninsew ukoll li missieru l-maħbub verġni u pur, u subgħajh dritt Charles Demicoli, li huwa magħruf l-aktar għall- fatt li qatt ma poġġa l-flus qabel il-prinċipji. Dik il-ħaġa kerha Dik il-ħaġa kerha forma ta' bniedma, sorm daqs xkora patata, wiċċ ta' saħħara qalet li kien hemm ġurnalista tal-MaltaToday li bdiet tibki meta l-labour ma tellgħux ir-raba' siġġu. Issa apparti l-fatt li mhux veru, għax din il-ġurnalista wara kollox ġejja minn dak li bil-Malti ngħidulu pedigree Nazzjonalista, din il-ħaġa kerha miġnuna li ma tafx x'ser tagħmel b' ġisimha (staqsu lil Patrick Spiteri) qed issofri minn dak li huwa magħruf fil-psikoloġija bħala 'projecting.' Ifisser li meta l-lejber ma ħadux ir-raba' siġġu din bdiet taqbeż u togħla, (immaġinaw kemm kisret madum tal-art bil-piż ta' ġisimha) u tifraħ u tgħajjat għax Komodini KaKKia rebħet. U bħalma jgħidu m'hemmx differenza bejn il-ferħ u l -biki Il-parrokki fil-Parlament Ewropew Ħa ngħidilkom jien kuntent għal Fredu Sant, issa jista' jaqsam ftit mill-ferħ tiegħu ma' persuna oħra li jekk ma għandhiex parrokka qisha għandha waħda. Qed ngħid għal David Casa, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista li jibqa' mfakkar għall- imħabba kbira li għandu għal dawk l-affarijiet li jien u int ma tantx nħobbu. Insomma biex naqta' fil-qasir, Casa minkejja li magħruf għall-vomtu li kien jivvomta għal Fredu Sant f 'kumment esklussiv qalilna: "Jien inħossni kommoss li issa għandi xi ħadd li bħali jgħodd ix-xagħar. Naf li flimkien nistgħu nifhmu lil xulxin u niddiskutu 'the ups and down' tas-sitwazzjoni tagħna." Michael il-kaċċatur Żgur li Malta l-uniku pajjiż fid-dinja fejn ikun hemm grupp ta' nies li jiffirmaw petizzjoni biex petizzjoni oħra (skont il-liġi) tiġi injorata. Trid tkun tassew bravu u intelliġenti li tagħmel dan. U għalhekk is-sur Perici Calascione li jħobb jikkaċċja Għawdex u jippoża għat-televixin Taljan qal f 'konferenza stampa li Mikiel Falzon il-kaċċatur tal-lejber u dak responsabbli mill- MEPA ser jippreżenta l-petizzjoni tal-kakkaturi. Tajba, tradizzjonijiet tal-passat ma jmutux f 'daqqa waħda. Niftakar lil Mikiel Falzon u r-reazzjoni tiegħu għar-referendum f 'Malta dwar l-Ewropa f 'Marzu 2003. Ommi ma, kieku ngħidlek kif kien jaħsibha fuq dawk li vvutaw għall-Ewropa. Ole. Tradizzjonijiet Għawdxin: Leli Cini u s-salini tal-melħ nibqa' erbat ijiem oħra hawn għax ma nixtieqx li dan ix-xogħol jispiċċa," qalli Leli li l-imħabba tiegħu għall- melħ hi xi ħaġa li tħossha fi kliemu u tilmaħha f 'għajnejh. "Is-salini jintirtu. Kien fl-1860 li ngħataw l-ewwel darba lil sidien bir-reġistru. Ibni ma kompliex iżda binti minn meta kienet ċkejkna kienet tħobb dan ix-xogħol. Għalkemm bih biss ma tgħix ta." Wara nżilna flimkien fis-salini u beda jfehmni kif jinġabar u jsir il-melħ. "Ikollna speċi ta' bjar u ġibjuni bl-ilma baħar u b'mutur nimlew is-salini. L-ilma baħar fih 3.7% melħ u l-aħjar li s-salini jkunu baxxi ħalli l-ilma jinxef aktar malajr. Wara ġimgħa li nimlew is- salini niġbruh. Iżda meta jkun il-maltemp joħdilna kollox." Leli qalli li s-sena l-oħra ma kinitx sena tajba u kull ma ġabar kien 9 tunellati melħ. Is-sena ta' qabel kien ġabar 25 tunellata melħ. "Iżda ir- rekord tiegħi jibqa' fl-1977 fejn ġbart 30 tunellata melħ." Hawnhekk ġew xi żewġ turisti Ġermaniżi li riedu jaraw il-melħ u jistaqsuh dwar is-salini u filwaqt li skuża ruħu telaqni biex jitkellem magħhom, filwaqt li kompliet miegħi bintu Josephine, "It- turisti jsejħulu l' homme de sel de Gozo jew The Man of Salt u ġieli jiġu għaxar snin wara u jistaqsu għalih. Jien li nista' ngħid dwaru hu li ." Hawn urietni r-ritratti tagħha ta' tifla ta' 8 snin ma' missierha u ommha jiġbru l-melħ. "ma stajtx ma nkomplix b'din il-passjoni ta' qalbu għax hekk jinsab kuntent li xi ħadd qed ikompli dak li tant ħabb għal dawn l-aħħar 50 sena." Qaltli Josephine li anke f 'għajnejha stajt nara l-imħabba li għandha anke hi għall-melħ u għal missierha. Leli reġa' ġie, b'żewġ boroż melħ ta' Xwejni li ġabar hu, qalli li sejjer jiekol dak li lestietlu l-mara għax kien qabeż nofsinhar, sellimli filwaqt li stedinni biex nattendi għall-ġbir tal-melħ waqt li tkun tiela' x-xemx. Leli jispjega' l-proċess tal-melħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014