Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 Wara karriera politka fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, fejn anke kont Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kura tal-anzjani, fl-20 ta' Mejju 2010 int ġejt appuntanta Kummissarju tat-Tfal. Kif tħares lejn dawn l-erba' snin li għaddew? Il-passat tiegħi laqqani u ħdimt mat-tfal. Kienet ħidma ntensiva flimkien mat-tim enużjast li għandi. Sibna ħafna appoġġ minn diversi entitajiet kif ukoll minn Ministeri u entitajiet privati. Kull fejn hemm it-tfal jew jidħlu t-tfal dejjem ħdimna fl-aħjar interess tagħhom. Ħdimna fuq suġġetti differenti bħall- edukazzjoni, is-saħħa, l-isports, il- ħin liberu, sigurtà fit-toroq, l-użu tal- internet, id-drittijiet tat-tfal, tfassil ta' standards, għamilna studji fuq it- tfulija u ħafna u ħafna affarijiet oħra. Naturlment ikollna ħafna laqgħat ma' tfal u ġenituri sabiex nisimgħu dak kollu li jkun fl-interess tat-tfal. Fl-ewwel diskors tiegħek wara l-ħatra bħala Kummisarju, inti tkellimt dwar erba' pilastri importanti bħala l-linji gwida tiegħek. L-ewwel, il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal. X'ġara matul dawn l-erba' snin f 'dan ir-rigward? Jien nista' ngħid li komplejt il- ħidma tal-predeċċestriċi ta' qabli biex nippromovu d-drittijiet tat- tfal. Komplejna f 'dak li nemmu, jiġifieri li l-ewwel champions għat- tfal għandhom ikunu l-ġenituri, magħhom jiżdiedu l-għalliema u dawk kollha li jaħdmu mat-tfal kif ukoll il-leġislatur biex jagħmel it-tibdiliet li hemm bżonn fl- interess tat-tfal. Għamilna numru t'attivitajiet bħalma huma korsijiet magħrufa bħala Rights for You li saru kemm Malta kif ukoll f 'Għawdex u li għalihom kien hemm parteċipazzjoni qawwija ħafna. Ħriġna wkoll il-konvenzjoni tad- drittijiet tat-tfal b'mod stampat li hu attraenti u li jinftiehem mit-tfal. Il-Konvenzjoni hija għall-adulti u allura bilfors ridna li nippreżentawha b'mod li tasal għand it-tfal u li jifhmuha. Ipparteċipajna fit-tfassil tal-ewwel Draft Children's Policy li kienet ħarġet għall-konsultazzjoni fl-2011/12. Erġajna wkoll ipparteċipajna dan l-aħħar meta kien qed isir proċess ieħor dwar din il- policy. Il-lista ma tispiċċax. It-tieni pilastru gwida kien il- prevenzjoni tal-abbuż tat-tfal. Fejn wasalt fuq dan il-punt? Nibda billi nsemmi l-Kiko u l-Id. Din hija kampanja maħruġa mill- Kunsill tal-Ewropa dwar l-abbuż sesswali fuq it-tfal. Sentejn ilu ħadna l-inizjattiva li naqilbu għall-Malti l-istorja ta' Kiko u l-Id u konna id-9 lingwa li għamilna dan. L-istorja fiha wkoll gwida għall-ġenituri dwar kif għandhom jitkellmu fuq dan is-suġġett mat-tfal tagħhom. Sentejn ilu qassamnih lit-tfal kollha li kienu kinder 2 u year 1 u din is-sena erġajna għamilna print out oħra. Saru wkoll numru ta' videos kontra l-abbuż fuq it-tfal, positive parenting u l- . Ħafna mix-xogħol sar b'kollaborazzjoni mal-istudenti tal-Art & Design ta l-MCAST li kif tista' tara għamlu xogħol fenomenali u m'għandix kliem biex nirringrazzjahom. Għamilna wkoll l-Internet Safety u Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Helen D'Amato Profil: Età: 58 sena. Status: Miżżewġa u għandha tliet ulied. Professjoni: Għalliema. Karriera: Kienet membru parlamentari fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u serviet ukoll bħala Segretarju Parlamentari. Helen D'Amato ġiet appuntata bħala Kummisarju tat-Tfal f'Mejju 2010 għall- perjodu ta' tliet snin. Dan il-perjodu skada sena ilu iżda kienet ġiet mitluba biex tibqa' f'din il-kariga sakemm tkun avżata mod ieħor. Mistoqsija jekk hijiex interessata li żżomm il-kariga f'każ li din tkun oruta lilha formalment, Helen D'Amato wieġbet li iva, jekk tkun oruta l-possibiltà, hi lesta taċċetta terminu ieħor. Ritratt: Ray Attard Fl-aħjar interess tat-tfal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014