Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 15 BeSmartonline fejn kontinwament inżuru l-iskejjel u ċentri fejn jiltaqgħu t-tfal. Filwaqt li aħna nemmnu li l-Internet huwa l-aktar ħaġa sabiħa li qed nesperjenzaw bħalissa aħna konxji wkoll li dan iġib miegħu diversi sfidi. Ħriġna għalhekk tip sheets dwar Facebook u Ask.fm u issa qed nistennew li jiġi pprintjat ieħor fuq Snapchat. Għamilna seminars fosthom dwar positive parenting mal-aġenzija Sedqa u ieħor li kien immirat għall-ġurnalisti. Dakinhar ġibna lill-Ricardo Pires mill-UNICEF dwar kif għandhom jidhru t-tfal fuq il- mezzi tax-xandir. Komplejna nisħqu li s-swat fuq it-tfal għandu jkun għall-kollox abolit u llum bi pjaċir ngħidu li l-kunċett ta' reasonable chastisement ġie abolit mil-liġi tagħna. Rajna l-age of criminal responsibility togħla. Rajna wkoll matul dawn l-erba' snin liġijiet ġodda u oħrajn imsaħħa kontra min jabbuża mit-tfal. Il- ħidma ma tiqafx. It-tielet, il-parteċipazzjoni tat-tfal fis-soċjetà. Dan ukoll huwa qasam li ppruvajna naħdmu ħafna dwaru. Regolarment niltaqgħu mat-tfal u mal-Youth Panel tagħna dwar diversi issues u inizjattivi li nkunu qed nieħdu. Eżempji prattiċi nista' nsemmi li qabel ma sar il-ktieb My Rights, iddiskutejna ma' numru ta' tfal fi skejjel differenti dwar il-kontenut u l-istil tal-ktieb. Regolarment niddiskutu maż-żgħażagħ dwar il-materjal u l-programmi li rridu nsegwu fejn tidħol is-sigurtà fuq l-internet. Bħalissa wkoll għaddejjin bi proċess ta' konsultazzjoni dwar il-Youth Manifesto li qed jiġi mħejji mill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Kummissarju Krooes dwar Better Internet . Jekk wieħed jidħol fil-paġna ta' Malta jara d-diversi kummenti li qed iħallu t-tfal Maltin. Għamilna konsultazzjoni mat- tfal dwar iċ-Children's Policy. Ipparteċipajna u ffaċilitajna biex isir video dwar Children on the Move mill-ENOC fejn ipparteċipaw żewġ minuri mhux akkumpanjati. Qed nagħmluha wkoll possibbli għal numru ta' tfal li jipparteċipaw u jsemmu leħenhom f 'fora barra minn Malta. Għamilna ftit xogħol mhux ħażin. F'dan ix-xogħol kollu li qed tagħmlu kif tinkludu lil-tfal b'diżabilità? Għalina t-tfal b'diżablità huma nklużi ugwalment mat-tfal l-oħra f 'kulma nagħmlu għax nemmnu f 'inklużjoni totali. Għalhekk ma nagħmlu ebda referenza speċifika għal tfal b'dizabiltà għax għalina huma tfal bħall-oħrajn kollha. F'kull kors jew attività li nagħmlu dejjem ikun hemm tfal bi bżonnijiet varji imma għalina hija normali li nagħmlu l-mezzi kollha tagħna possibbli biex kulħadd ikun ittrattat ugwalment. Ir-raba' pilastu tiegħek kien li jkun hemm is-servizzi neċessarji għat-tfal biex anke jkunu evitati problemi. Wasalna? Jiena qatt ma ngħid li wasalt għax il-mument li tgħidha tidba sejra lura. Irridu nkomplu naħdmu biex inkomplu nsaħħu s-servizzi għat-tfal u l-familja. Irridu dejjem inkunu kemm jista' jkun pro-attivi biex nilħqu mal-isfidi tal-lum u ta' għada. Bħalissa qegħdin nipproġettaw li jsiru żewġ studji – wieħed propju dwar il-fostering u l-ieħor dwar x'servizzi hemm bżonn għal dawk it-tfal li jkunu se joħorġu minn out of home care biex ikollhom dawk l-abbiltajiet ta' kuljum li huma neċessarji biex ikampaw fil- komunità, biex isibu u biex iżommu x-xogħol. Inti kont għidt ukoll li l-aqwa ħaġa li nistgħu nagħtu lit-tfal hija familja stabbli. Minn dak iż-żmien daħal id-divorzju f 'pajjiżna u komplew jiżdiedu s-separazzjonijiet. Kif qed jintlaqtu t-tfal f 'dawn iċ- ċirkostanzi? Din hija xi ħaġa li aħna nemmnu bis-sħiħ. Dan l-uffiċċju dejjem qal li kemm jekk isir annulament, separazzjoni jew divorzju – dan b'xi mod jew ieħor se jħalli effett fuq it-tfal. L-effetti fuq it-tfal jkunu influwenzati mhux biss minħabba l-bidla kbira li tkun ser isseħħ f 'ħajjithom imma wkoll bil-mod kif il-ġenituri tagħhom se jgħixu din il-bidla. Aħna nappellaw lill-ġenituri li jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi li jwasslu għal din id-deċiżjoni li jkunu qed jieħdu, jridu jiftakru li t-tfal għandhom bżonn tal-ġenituri tagħhom sew jekk joqogħdu taħt saqaf wieħed u sew jekk le. Nappellawlhom li fir-rabja li jista' jkollhom ma jużawx lit-tfal bħala mezz għall-iżvog tar-rabja tagħhom u lanqas jużawhom bħala ballun bejniethom biex iweġġgħu lil xulxin – għax fil-verità ma jkunux biss qed iweġġgħu lil xulxin imma jkunu qed iweġġgħu lil uliedhom stess li suppost qed jipproteġu. Xahrejn ilu daħal ukoll iż-żwieġ ċivili bejn koppji tal-istess sess inkluż id-dritt tal-adozzjoni. Fid-dibattitu li sar fil-ġimgħat ta' qabel daħlet il-liġi, ftit li xejn rajna jew smajna l-veduti tiegħek dwar l-adozzjoni tat-tfal minn dawn il- koppji. Dan l-uffiċċju ta l-veduti tiegħu permezz ta' kummenti lill-istampa. Jiena personalment ipparteċipajt fi programm tar-radju dwar dan is- suġġett. U jien ukoll personalment u fuq inizjattiva tiegħi pparteċipajt waqt is-seduti tal-Kumitat tal- Abbozzi tal-Liġi fejn kien hemm diskussjoni miftuħa qabel ma' dan l-abbozz daħal fis-seħħ. Jien tlabt li nagħti l-veduti ta' dan l-uffiċċju u dawn il-veduti tista' tarahom fid- dokumenti tal-parlament u anke tismagħhom online. Dawn is-seduti kienu wkoll qed jiġu covered mill- istampa. F'Novembru li għadda l-uffiċju tiegħek qassam noti ta' informazzjoni għall-użu responsabbli ta' Facebook u Ask. fm lil kull student/a ta' Malta u Għawdex li j/tinsab fit-3 u fir-4 sena tal-iskola sekondarja. Kif intlaqgħet din l-inizjattiva? Din l-inizjattiva nlaqgħet tajjeb ħafna. It-tfal illum huma Digital Natives u għalhekk l-istudenti sabuhom utli. L-għalliema sabuhom utli wkoll għax anke kien hemm skejjel li talbuna nagħtuhom aktar kopji. Fil-fatt bħalissa qed nistennew li tasal mingħand l-istampatur tip sheet oħra dwar Snapchat u li wkoll eventwalment ser inqassmuha fl- iskejjel kollha. Bħalissa qed nagħmlu xi ħaġa wkoll dwar Cyber Bullying għall-għalliema u dan qed nagħmluh ukoll mal-Unjoni tal-għalliema. Fl-20 ta' Novembru jiġi ċċelebrat madwar id-dinja il-Jum Dinji tat- Tfal. Bdejtu tippjanaw xi ħaġa? Għal dawn l-aħħar erba' snin aħna ċċelebrajna dan il-Jum b'modi diversi. Għal din is-sena diġà bdejna nagħmlu brainstorming intern dwar x'attivitajiet ser nagħmlu biex ninvolvu kemm jista' jkun it-tfal u kif ukoll kif nistgħu ninvolvu wkoll l-adulti li jieħdu ħsiebhom. "Jiena qatt ma ngħid li wasalt għax il-mument li tgħidha tidba sejra lura." Il-kummissarju tat-tfal Helen D'Amato Ritratt: Ray Attard Fl-aħjar interess tat-tfal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014