Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 33 SPORTSillum Suċċess bil-muturi Enduro mistenni jkompli jsuq fil- Kampjonat FMI f 'Settembru li ġej flimkien ma' xi membri Maltin oħrajn. Fi tmiem din il-ġimgħa wkoll żewġ membri oħra tal-ASMK Shawn Buttigieg u Luke Farrugia se jsuqu muturi Suzuki Hyabusa 1300cc fid-Drag Racing. Dawn huma liċenzjati mill-ASMK biex isuqu fil-Kampjonat 'FIM-Europe Super Street Bike Cup'. Din it-tiġrija saret gewwa Santa Pod fl-Ingilterra. Dawn iż-żewġ riders Maltin tejbu l-pożizzjoni tagħhom fuq l-ewwel tiġrija li saret f 'April. L-aħjar ħin ta' Shawn huwa 7.2769 sekonda fuq distanza ta' kwart ta' mil u rebaħ it-tielet post fuq il- Podium f 'Santa Pod. Luke li rebaħ fil-ħames post overall irreġistra ħin ta' 7.3710 sekondi fuq l-istess distanza ta' kwart ta' mil. Dawn it- timijiet Maltin ta' Shawn u Luke mistennija jikkompetu t-tiġrija li jmiss tal-kampjonat mit-3 sas-6 ta' Lulju ta' din is-sena. Din it-tiġrija se ssir fil-korsa Alastaro fil-Fillandja. L-ASMK tawgura aktar suċċessi lis-sewwieqa Maltin kollha speċjalment lil dawk li qed jagħmlu isem tajjeb għall- Motorsport Malti. tal-MFA, li organizza din il- laqgħa mas-Sur Paul Fenech biex Zanetti jinġieb l-MFA. "Għalija xi ħaġa kbira li tinsab lid-dilettanti kollha tal-futbol matul il-karriera brillanti li kellek. U l-aktar importanti hu li għamilt dan b'mod pulit u onest," qal Dr Bonett. Iż-żjara ntemmet bi preżentazzjoni ta' diversi tifkiriet tal-MFA minn għand Bjorn Vassallo lil Javier Zanetti. Aktar kmieni, Zanetti sab ukoll iċ-ċnas biex iżur iċ-Ċentru Tekniku tal- MFA fejn iltaqa' ma' diversi kowċis rispettivi tat-timijiet nazzjonali ta' Malta. L-MFA tirringrazzja lis-Sur Paul Fenech talli għamel din iż-żjara waħda possibbli u tawgura suċċess kemm lilu u lil Javier Zanetti fil-proġetti futuri tagħhom. IRRANKING tat- timijiet Taljani fil- kompetizzjonijiet Ewropej ilu sejjer lura numru ta' snin u dan jirrifletti l-problemi li għaddej minnhom il- futbol fl-Italja. Biżżejjed naraw l-andament tat-timijiet Taljani fl- Ewropa u fejn fis-snin l-imgħoddija dawn kienu jaslu sal-fażijiet finali ta' kull kompetizzjoni Ewropea fosthom il- UEFA Champions League, issa bil-kemm qed jirnexxielhom jgħaddu minn rawnd għall-ieħor. Hekk pereżempju matul dan l-istaġun kienu biss AC Milan li bi tqanżiħ irnexxielhom jgħaddu għal mal-aħħar 16 fil- UEFA Champions League waqt li sorprendentament timijiet ta' ċertu kalibru u storja bħalma huma Juventus u Napaoli sfaw eliminati saħansitra fl-ewwel rawnd ta' din il-kompetizzjoni ferm prestiġjuża. Biex tkompli żżid Juventus sfaw eliminati mis-semi-finali tal-UEFA Europa League kontra t-tim Portugiż inferjuri għalihom, Benfica. Jekk wieħed isegwi mill-viċin il-kampjonat Ingliż jista' faċilment josserva d-differenza enormi fil-mentalità u fil-finanzjament tal- klabbs, mhux biss dawk kbar ta' statura mondjali bħal Chelsea u Arsenal, iżda wkoll dawk iżgħar bħal Fulham. Id-differenzi huma kbar, u jekk fl-Italja mhux se jseħħu riformi radikali, ma jidhirx li hemm tama li nerġgħu naraw is-Serie A kif kienet fis-snin 90. Riżultat ta' din il-kriżi fis-sistema tidher b'mod mill-aktar skjett meta tara plejers ta' fama internazzjonali fosthom Ibrahimovic, Thiago, Silva, Cavani u oħrajn jerħulha lejn pajjiżi bħall-Ingilterra, Spanja, il-Ġermanja u saħansitra Franza biex isibu fortuna aħjar hemmhekk. Il-kriżi fil-futbol Taljan hija riflessa wkoll fl- istadia fl-Italja li kulma jmur dejjem qed jiżvujtaw mill-partitarji. Fattur għal dan jista' jkun l-inkwiet ekonomiku li kkaratterizza lil dan il-pajjiż f 'dawn l-aħħar snin. Iżda mhux biss. Wieħed isaqsi jekk il-problema kbira tal- korruzzjoni li bil-mod il-mod qed tifni l-futbol mondjali hux qed tnaqqas mill-kredibbilità tal-futbol inġenerali. U anki l-fatt li ħafna logħob jiġu mxandra b'mod dirett fuq it- televixin jista' jkun li mhux qed iħeġġeġ daqstant lin- nies biex iħallu djarhom u jsegwu l-logħob fl-istadia. Però jekk nieħdu l-eżempju ta' pajjiżna jidher li hekk kif il-loghob bdew ikunu mxandra fuq it-televixin b'mod dirett ftit tas-snin ilu, dan m'affettwax fin- negattiv lill-attendenza tal-futbol Malti. Nerġgħu mmorru għall- pajjiż ġar tal-Italja fejn bosta stadia huma antiki b'ħafna minnhom fosthom l-iStadio Olimpico ta' Ruma nbnew apposta għat-Tazza tad-Dinja tal- 1990 jiġifieri xejn inqas minn 24 sena ilu. Fl-aħħar 19–il sena fl-Italja nbnew biss tliet stadia ġodda – b'dawn ikunu l-iStadio Giglio fir-Reggio Emiglia fl-1995, Stadio San Filippo f 'Messina fi Sqallija fl- 2004 u l-Juventus Stadium f 'Settembru 2011. Dan b'kuntrast ma' pajjiżi kbar bħal mhuma l-Ġermanja u Spanja fejn fil-Ġermanja, mill-1990 'l hawn infetħu 12-il grawnd ġdid b'erbgħa minnhom fl-edizzjoni tat- Tazza tad-Dinja tal-2006, waqt li fi Spanja f 'dawn l-aħħar għaxar snin infetħu għaxar grawnds ġodda. Għall-fini ta' statistika, fl-Italja l-attendenza totali tul il-kampjonat kollu tkun ta' madwar 9,483,660, fil-Ġermanja tlaħħaq it-12,790,000, waqt li fl- Ingilterra kien hemm snin meta l-attendenza totali matul is-sena, ġieli telgħet sa 13,527,703. Partitarji Taljani mbikkma - simbolu tak-kriżi li qed jaronta l-futbol Taljan bħalissa Kriżi fil-futbol Taljan 20-27 July PORTUGAL & NORTH SPAIN PORTUGAL & NORTH SPAIN NORTH SPAIN NORTH SPAIN ¢569 FROM 20-27 July PORTUGAL & NORTH SPAIN Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain BSL Britannia Tours … your holiday starts here! Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). Groups from July till September COSTA BRAVA, BARCELONA 20-27 July PORTUGAL & NORTH SPAIN All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). COSTA BRAVA, ¢299 FROM Britannia Tours Britannia Tours

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014