Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744
36 illum Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum Samuel Bartolo Champion Nazzjonali tat-Table Football FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie fi tmiemu l-Kampjonat Nazzjonali tat-Table Football, organizzat mill-Għaqda Nazzjonali, MTFSA. Samuel Bartolo, li huwa plejer tal-Valletta Subbuteo Club, rebaħ il-Premier Division, u ġie nkurunat iċ-Champion ta' Malta għat-tielet sena konsekuttiva. Ma kienx staġun faċli għal Bartolo għax kellu jħabbatha ma' żewġ plejers oħra ta' livell mondjali tal-istess klabb tiegħu, Derek Conti u Mark Gauci, imma kif tindika il-klassifika finali Bartolo kien konsistenti u rebaħ 17 mit-22 logħba li lagħab, ġie draw erba' darbiet u tilef darba biss f 'dan l-istaġun. Wara dan l-unur li rebaħ, Bartolo xtaq jirringrazzja lill-plejers sħabu tal-Valletta Subbuteo Club, hu ddedika dan l-unur lil ommu u lit-tfajla tiegħu Anne Marie, tal-inkoraġġiment u l-għajnuna li dejjem sab mingħandhom. Bir-rebħ ta' dan il- kampjonat, Bartolo kiseb id-dritt li jirrapreżenta lil Malta fit-Tazza tad-Dinja, li se tintlagħab fil-Belġju aktar tard din is-sena. Il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, intrebaħ minn plejer ieħor tal-Valletta Subbuteo Club, Jason Pisani, li fl-istaġun kollu, rebaħ 17 minn 18–il partita, ġie draw darba, u ma tilef qatt. B'hekk Pisani, rebaħ id-dritt li l-istaġun li ġej jilgħab fl- ogħla kategorija. Fil-kategorija tal-klabbs, ukoll organizzata mill- MTFSA, il-Valletta Subbuteo Club saru ċ-Champions ta' Malta għall-10 darba fl-istorja tagħhom, u fil-ġimgħat li ġejjin, se jirrapreżentaw lil Malta fil-Major ta' Bologna, u fil- Grand Prix tal-Ingilterra li se jsir f 'Birmingham. Suċċess għal Keith Galea ġewwa Avola fi Sqallija IĊCHAMPION nazzjonali tad-duathlon u t-triathlon Keith Galea, kellu prestazzjoni mill-aqwa f 'Avola ġewwa Sqallija. Nhar il-Ħadd 18 ta' Mejju Galea ħa sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Triathlon 1 Series organizzata mill- Mediterranean Triathlon Federation flimkien mal- European Triathlon Union. Dan ifisser li l-livell li kellu jtellaq Galea fih, kien wieħed għoli għax it-tellieqa attirat lejha ħafna atleti professjonali. It-temp ma kienx wieħed ideali għall-atleti għax kienet ħafna xita u għaldaqstant il-korsa tar-rota ġiet vera perikoluża biż-żlieq minbarra li kienet ukoll waħda teknika. Galea beda t-tellieqa b' għawma vera tajba fejn għamel 1.2km f 'ħin ta' 15-il minuta. Galea tela' mill-ilma fis-seba' post ftit wara l-grupp. Fuq ir-rota, Galea pprova kemm seta' jnaqqas id-distakk imma minħabba ż-żlieq kellu joqgħod lura mill-pass li jżomm is-soltu, iżda xorta waħda lejn l-aħħar tar-rotta rnexxielu jidħol mal-grupp u b'hekk kellu ċans jiġġieled għat-tieni post. Il-grupp ta' atleti kompetituri ta' Keith beda l-ġirja b'pass b'saħħtu ħafna u fetaħ vantaġġ fuq Galea ta' 30 metru. Galea li kien fis- sitt post għamel ħiltu kollha biex inaqqas id-distakk tant li rnexxielu jispiċċa l-ħames post 30 sekonda biss wara t-tieni atleta. Galea spiċċa t-tellieqa f 'ħin ta' siegħa u 12-il minuta u għamel il-ġirja ta' 5km f 'ħin fenomenali ta' 16.56 minuta. Wara t-tellieqa Galea qal li huwa jinsab kuntent bil- prestazzjoni tiegħu. Kieku ma kinitx ix-xita żgur li kien imur aħjar, tant li kieku kien jispiċċa iktar 'il quddiem. Ħassu tajjeb ħafna u vera kuntent bil-ħinijet li għamel fl-għawma u fil-ġirja għax huma l-aqwa ħinjiet li għamel fuq id-distanza u dan huwa l-aqwa riżultat li qatt kiseb f 'tellieqa ta' livell internazzjonali qalb atleti professjonali. Keith Galea li huwa atleta fl-iskema tal KMS 20/20 xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts MALTA, Jaycee Malta, Malta Challenge Marathon u Starbene Shop tal-Mosta, lill-Malta Triathlon Federation u lill-klabb tiegħu, Birkirkara St Joseph. Keith Galea -azzjoni f`Avola Sqallija Samuel Bartolo l-quċċata tat-table football f 'Malta Julian Farrugia jirbaħ l-unur tal-Ġerrej tax-Xahar għal April NHAR il-Ħadd li għadda waqt il-programm ta' tiġrijiet fil-korsa tal-Marsa saret il-preżentazzjoni għall- ġerrej tax-xahar t'April – unur li ntrebaħ mis-sewwieq Għawdxi, Julian Farrugia. Ir-rebħ ta' dan l-unur jiġi deċiż minn votazzjoni li ssir mill-ġurnalisti li jirrappurtaw regolarment it-tiġrijiet lokali kif ukoll mill-membri tal-Kunsill tal- Malta Racing Club. Julian Farrugia għandu 50 sena u huwa mis-Sannat, Għawdex. Ilu jsuq mal-Malta Racing Club għal 25 sena u nistgħu ngħidu kienu snin ta' suċċess f 'dan il-qasam fejn saq aktar minn 3,800 tiġrija u rebaħ aktar minn 570 tiġrija. Huwa minn dejjem stabilixxa ruħu mal-aqwa ġerrejja lokali u mill-istaġun 1998/99 dejjem spiċċa mal- aqwa erbgħa apparti għas- snin 2004 u 2005 meta kien kwazi waqaf isuq għal kollox. F'dan l-istaġun huwa jinsab jokkupa l-ħames post għal dik li hija klassifika tal-aqwa ġerrej b'disa' rebħiet li ħamsa minnhom waslu propju matul April. Farrugia diġà rebaħ dan l-unur darbtejn f 'April 2012 u Lulju 2013. Għal darb'oħra dan l-unur ġie sponsorjat mid-ditta M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd. u għalhekk apparti plakka ta' tifkira, Julian Farrugia rċieva wkoll flixkun whiskey Johnny Walker Red Label. Julian Farrugia -azzjoni