Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744
Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 37 SPORTSillum Chris Agius jinawgura l-Inspire Kinder Swimathon IKTAR kmieni matul din il-ġimgħa, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius inawgura l-edizzjoni ta' din is-sena tal-Inspire Kinder Swimathon. Din hija maratona fuq sitt ijiem organizzata mill- Fondazzjoni għall-Inklużjoni tal-Inspire. L-għan ewlieni ta' din il-maratona tal- għawm huwa li jinġabru fondi li ser ikunu qed jikkontribwixxu direttament għall-ħajjiet tal-benefiċjarji ta' Inspire; li jikkonsistu f 'elf persuna b'diżabilità li jiddependu fuq Inspire biex jiżviluppaw il-potenzjal kollu tagħhom. Waqt it-tnedija uffiċjali l-Onorevoli Agius tkellem dwar l-importanza ta' inizzjattivi ta' din ix-xorta li jkomplu jgħinu lill- Fondazzjoni Inspire tilħaq aktar miri. Huwa kompla jisħaq kemm il-Gvern qed jagħti importanza lill-isport tal-għawm għaliex jemmen li fi gżira bħal tagħna dan l-isport jista' jġib aktar suċċessi lejn Malta. Il-Kap Eżekuttiv tal-Inspire, Nathan Farrugia ħeġġeġ aktar Maltin biex jingħaqdu f 'din l-inizzjattiva. Saħaq li l-maratona hija miftuħa għal kulħadd, mhux biss għal għawwiema veterani. B'din il-maratona, Inspire qed jilħqu għan doppju: dak li jippromwovu l-għajxien san fost il-komunità lokali permezz ta' attivitajiet sportivi. Il-pubbliku jista' jieħu sehem f 'din il-maratona fuq bazi individwali jew inkella flimkien ma' tim. Il- parteċipanti jistgħu jgħumu tulijiet tal-pixxina b'mod individwali jew ma' ħbieb, fejn jagħmlu ammont ta' laps li jixtiequ huma fil-ħin li jixtiequ, filwaqt li jgawdu d-divertiment u jgħinu biex jinġabru fondi għall-Inspire. Fl-istess ħin timijiet oħra jistgħu jingħaqdu fi gruppi ta' 12-il għawwiem jew anqas, li jgħumu kontra xulxin biex ikopru l-akbar distanza possibbli fi kwalunkwe pixxina. L-Inspire Kinder Swimathon bdiet it-Tnejn 26 ta' Mejju fil- preżenza tal-Onorevoli Agius, il-Kap Eżekuttiv Nathan Farrugia u rappreżentanti mit- tim nazzjonali tal-Waterpolo, u tintemm is-Sibt 31 ta' Mejju. Il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jgħumu fl-Indoor Pool tal-Inspire f 'Wied il-Għajn, il-Pixxina Nazzjonali f 'Tal- Qroqq u l-Pixxina tal-MFA f 'Ta' Qali . Uċjali diversi imkien mal-Onorevoli Chris Agius waqt it-tnedija tal-iswimathon b'risq l-Inspire Illum il-MWA se torganizza l-Kampjonati Open ta' Malta ILLUM, l-Għaqda Maltija tal-Weightlifting (MWA) se tkun qed torganizza l-Kampjonati Open ta` Malta fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Mistiedna speċjali ta' din is-sena se jkunu t-tim nazzjonali tal-iSkozja, li jinsabu fi preparazzjoni sħiħa għal- logħob tal-Commonwealth li jmiss li se jsiru fi Glasgow. Il-kompetizzjoni se tkun maqsuma f 'kategoriji differenti. L-ewwel kompetizzjoni fil-programm hija għal-kadetti u għal atleti ġodda li jibdew fid-8:45. It-tieni kompetizzjoni tkun sezzjoni għal żgħażagħ tal- U-15s u U-17s segwiti mill- Kategorija tan-Nisa. L-aħħar żewġ kompetizzjonijiet huma għall-irġiel ta' anqas min 20 sena kif ukoll il- kategorija għall-kbar. It-tim nazzjonali tal- iSkozja se jkun Malta wkoll għall-kamp ta' taħriġ għal ġimgħa sħiħa, din se tkun opportunità tajba biex l-atleti lokali jitħarrġu ma' dawn l-atleti li huma fil-preparazzjoni finali tagħhom għal-Logħob tal- Commonwealth. L-Għaqda Maltija tal-Weightlifting diġà kisbet post għal dawn il-logħob permezz ta' Jessica Edge. L-atleti Maltin huma ppreparati tajjeb u qed jiffukaw għall-Open ta` Malta peressli din se tkun waħda mill-aħħar opportunitajiet li jistgħu jġibu l-kwalifikazzjoni meħtieġa. L-Għaqda tal- Weightlifting tixtieq tistieden lil kulħadd sabiex jattendi għal din l-isfida ta' piżijiet impressjonanti. Nicole Gatt -azzjoni