Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 F'April żieda ta' 12.2% fit-Turiżmu FREDERICK AT TARD fattard@mediatoday.com.mt IMĦABBRA żieda ta' 12.2% fl-ammont ta' turisti li żaru Malta f 'April. Din il-figura tammonta għal 150,030 turist. In-nefqa totali tat-turisti f 'April ta' din is-sena kienet tammonta għal €114.7 miljuni, jiġifieri żieda ta' 13% fuq April tas-sena li għaddiet. Din l-informazzjoni ħarġet minn stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li fiha ntqal li mit-turisti li ġew Malta f 'April ta' din is- sena, 122,129 ġew fuq btala filwaqt li 11,103 ġew fuq xogħol. Fil-maġġor parti tagħhom it-turisti kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea filwaqt li l-etajiet tat-turisti kienu l-aktar bejn 45 u 64 sena, segwiti minn dawk ta' bejn 25 u 44 sena. Fil-perjodu bejn Jannar u April 2014, in-numru ta' turisti li ġew Malta kien ta' 382,654, li jfisser żieda ta' 8.9% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dawn it-turisti bejniethom nefqu f 'Malta €291.4 miljuni li ras għal ras tfisser nefqa ta' €765 kull turist. Intant, ILLUM għamel kuntatt mal-Ministru tat- Turiżmu Edward Zammit Lewis fejn staqsejnieh dwar issa li jidher li t-turiżmu qabad ritmu tajjeb, tant li qed naraw żieda xahar wara xahar, x'inhu l-kontribut li qed iwassal għal dawn il-figuri pożittivi u x'qed isir biex ikun żgurat li dawn il-figuri jkunu miżmuma matul ix-xhur tax-xitwa? Fit-tweġiba tiegħu Zammit Lewis qal li huma tlieta l-fatturi li qegħdin iwasslu għal dawn iċ-ċifri straordinarji fis-sena 2014 meta mqabbla mas-snin ta' qabel u partikolarment mas- sena 2013. "L-ewwel fattur hu l-konnettività aħjar ma' diversi destinazzjonijiet rinomati biex ikollna iktar turisti f 'Malta. Permezz t'hekk ikollna aktar flessibbiltà, kumdità u aċċessibbiltà għat-turist li jrid jiġi Malta. Dan jidher ċar mil-linji tal- ajru ġodda, li minn żmien għal żmien qed jitħabbar li se jibdew joperaw minn pajjiżna. Dan hu dovut ukoll għall-marketing aggressiv u ffukat li qed isir f 'ċerti source markets u market segments li huma importanti għal pajjiżna. Fl-aħħar nett dan hu frott ta' relazzjoni kontinwa ma' operaturi barranin fit- turiżmu li jiggarantulna influss konsistenti ta' turisti fostna. Ma jiġi xejn b'kumbinazzjoni iżda b'xogħol li jsir kuljum f 'dan ir-rigward" sostna l-Ministru. Zammit Lewis żied jgħid li m'hemmx dubju li l-isfida importanti li rridu nirbħu hi dik tal-istaġjonalità; jiġifieri fl-istaġun diffiċli tax-xitwa, noħolqu niċeċ ġodda ta' turiżmu. Qal ukoll li qed isiru sforzi biex jiżdied is- settur tal-konferenzi f 'dan iż-żmien, settur magħruf bħala MICE. Kompla jgħid li s-settur tat-turiżmu sportiv u dak kulturali huma niċeċ oħra li l-Gvern, flimkien mal-Awtorità Maltija għat- Turiżmu qed jaħdem fuqha. "Se jsiru wkoll sforzi biex il-kalendarju tal- avvenimenti, li jsiru bejn Ottubru u Marzu jiżdied b'attivitajiet varji u attraenti li jkomplu jgħinu biex inressqu aktar turiżmu lejn pajjiżna f 'dan il-perjodu. Finalment qed tkompli tiżdied il-konnettività bl- ajru minn destinazzjonijiet importanti biex nagħmluha aktar faċli għat-turisti li jiġu Malta f 'dan il-perjodu" temm jgħid il-Ministru. It-tfassil tal-liġi dwar it-tibdil fil-klima ILLIĠI li qed ifassal il- gvern Malti dwar it-tibdil tal-klima hija kkunsidrata bħala pass pożittiv. Dan qalitu Christiana Figueres, l-ogħla uffiċjal tal-Ġnus Magħquda dwar il-klima fi tmiem laqgħa dwar Climate Action li qed torganizza il-Ġnus Magħquda fuq livell Ministerjali bi tħejjija għal- laqgħat għolja li mistennija jsiru fix-xhur li ġejjin. Fiż-żewġ interventi tiegħu, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat qal li l-gassijiet serra f 'pajjiżna mistennija jonqsu b'40% fil-qasam tal-enerġija sas-sena 2020 b'paragun ma' li kienu fis-sena 1990 minħabba li sal-lum l-akbar emissjonijiet dejjem ġew mis-settur tal-enerġija. Brincat saħaq li bil-bidla għall-gas, pajjiżna mistenni jnaqqas in-nefqa fuq il- ġenerazzjoni tal-elettriku filwaqt li jnaqqas ukoll l-impatt ambjentali. Qal ukoll li permezz tal-liġi dwar it-tibdil tal-klima ser jiġu stabbiliti l-istrutturi meħtieġa biex l-għanijiet ta' pajjiżna għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-adattazzjoni jiġu segwita, aġġornati u anke vverifikati. Il-Ministru tenna li billi dan mistenni jkollu effett pożittiv ukoll fuq il-kwalità tal-arja, huwa jemmen li dawn il-miżuri ser itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u Għawdxin. Turisti jżuru il-belt siekta tal-Imdina Leo Brincat flimkien ma' Christiana Figueres

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014