Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
8 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 Omiċidju doppju f 'Raħal Ġdid f 'Diċembru 1990 Koppja anzjana tinqatel fgata waqt serqa ILQTIL brutali ta' koppja anzjana minn Raħal Ġdid li seħħ nhar it-Tlieta, 11 ta' Diċembru 1990, ħalla lil ħafna nies mhux biss ixxukjati minħabba l-qtil innifsu, iżda l-mod kif Ġużeppi Briffa ta' 83 sena u martu Annie ta' 82 sena nqatlu bl-aktar mod krudili. Għalkemm l-investigaturi għandhom ħjiel tajjeb ta' min kienu tnejn minn dawk li allegatament kienu involuti f 'dan il-każ, qatt ma kellhom biżżejjed provi biex iressqu lil xi ħadd il-Qorti. Iż-żewġ suspettati llum huma mejtin, anzi nqatlu wkoll. Wieħed minnhom kien inqatel f 'Lulju tal-1999 waqt 'hold-up' f 'Bormla u ieħor fl-aħħar ta' Mejju tas- sena l-oħra fil-Marsa. Ġużeppi Briffa, minkejja l-età avvanzata li kellu, baqa' jżomm ruħu attiv billi kompla bin-negozju żgħir li kellu f 'ħanut tal-ħwejjeġ fi Triq Ħal Tarxien f 'Raħal Ġdid. Il-koppja Briffa, li kienu jgħixu weħidhom, kellhom ir-residenza tagħhom fuq wara tal-ħanut tant li huma kienu jużaw bieb li kien hemm fi Triq it- Tarzna biex jidħlu u joħorġu. Qraba tal-koppja kienu qalu li Briffa kien iżomm dan il-ħanut biex jgħaddi ż-żmien aktar milli biex jaqla' x'jiekol minnu. Minkejja l-età kbira, Briffa kien għadu fuq tiegħu u kien jiflaħ dawk is-sigħat twal fil-ħanut. Dan il-qtil kien seħħ fi żmien meta l-pajjiż kien għaddej minn mewġa ta' serq u 'hold-ups' fuq l-anzjani li ħafna minnhom spiċċaw imsawtin brutalment u għaldaqstant kompla qajjem biża' l-aktar fost l-anzjani. Daħlu biex jisirqu u wettqu omiċidju doppju Il-mottiv wara dan il-qtil brutali fuq il-koppja anzjana kien li l-ħallelin jisirqu eluf ta' liri Maltin. Iżda l-ħallelin spiċċaw qattiela wkoll. Ma kienx delitt ta' bniedem waħdu tant li matul l-investigazzjonijiet kien hemm tliet persuni li l-Pulizija kellhom suspetti kbar fihom, għalkemm qatt ma kien eskluż li setgħu kienu anke erba' persuni involuti f 'dan ir-reat. Il-kriminali daħlu flimkien fil-ħanut meta Briffa kien għadu ma għalaqx. L-anzjan inħasad mill-irġiel fejn tnejn minnhom kaxkruh fid-dar sakemm l-ieħor sakkar il- bieb tal-ħanut. Iżda dawn ħallew id-dawl mixgħul u x-shutter imtella' meta Briffa kien dejjem iniżżel ix-shutter u jitfi d-dawl tal-ħanut meta jagħlaq filgħaxija. X'aktarx li l-qattiela daħlu fuq l-anzjan ftit qabel is-7pm, minuti qabel ma għalaq il-ħanut bl-isem J.M. Briffa, biex ma jkunx hemm klijenti li setgħu jkunu ta' xkiel. Jekk l-anzjan kien għadu b'saħħtu, mhux l-istess seta' jingħad għal martu Annie li saħħitha kienet xi ftit batuta tant li biex ma titlax it-taraġ uliedha kienu niżżlulha s-sodda isfel fejn kellhom ukoll il-kċina. Kif il-kriminali daħħlu fil-ħanut ħatfu lil Ġużeppi u baqgħu sejrin bih fis-sular ta' fuq fejn kien mhedded b'xi arma sakemm l-oħrajn baqgħu deħlin aktar 'il ġewwa fejn sabu lil martu Annie li kellha 82 sena li dak il-ħin kienet fil-kċina. Annie qatt ma setgħet toffri reżistenza kemm minħabba li saħħitha ma kinitx tippermettilha, kif ukoll għax kienet maħsuda hekk kif sabet ma' wiċċha rġiel li bdew jaggreduha. Wara li l-anzjana sfat aggredita, il-qattiela rabtulha rasha kollha inkluż ħalqha b'tape kannella kif ukoll idejha. B'ħalqha u mniħirha miżdudin, il- mara ftit li xejn irreżistiet u tħalliet mitluqa għal mewt John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Bżonn ta' faċilitajiet għat-tfal bi problemi mentali ILPARTIT Nazzjonalista jemmen li t-tfal li jkollhom bżonn jiġu rikoverati f 'faċilità għall- kura tas-saħħa mentali, taħt l-ebda ċirkostanza m'għandhom jitpoġġew fi swali ma' adulti jew f 'żoni li mhumiex dedikati biex jilqgħu t-tfal fihom. Dan stqarru l-Kelliem għas-Saħħa tal-Partit Nazzjonalista Claudio Grech f 'konferenza tal-aħbarijiet li matulha enfasizza l-bżonn li l-politiċi kollha jiġbdu ħabel wieħed. Grech żied jgħid li sfortunatament dawn il-każijiet għadhom qed jiġru u dan jixhed falliment serju fil-politika ta' pajjiżna f 'dan il-qasam tant sensittiv. Qal ukoll li l-falliment tagħna mhuwiex biss lejn dawn it-tfal iżda huwa wkoll lejn il-familji tagħhom u lejn is-soċjetà kollha. "Din mhijiex materja ta' politika partiġġjana iżda bħala politiċi għandna obbligu li naraw li dawn il-każijiet ma jiġru qatt. Ma teżisti l-ebda skuża organizzattiva jew finanzjarja għal dawn iċ- ċirkostanzi. Il-pajjiż jonfoq ħafna flus f 'affarijiet ħafna anqas importanti u ċertament li materja bħal din għandha tingħata l-importanza u l-prijorità kollha neċessarja," qal Claudio Grech. Ġużeppi u Annie Briffa li nqatlu fir-residenza tagħhom f 'Raħal Ġdid Il-kelliem ghas-Saħħa tal-Partit Nazzjonalista Claudio Grech L-ewwel parti