Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt HEKK kif għaddew ġimagħtejn mill-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew, ILLUM ser jagħti ħarsa lejn ir-rwol tan-nisa fi ħdan il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista. L-organizzazzjoni fi ħdan il-Partit Laburista ġiet ristrutturata fl-aħħar ġimgħat u issa tissejjaħ NL - Nisa Laburisti. L-organizzazzjoni hija mmexxija minn Claudette Abela Baldacchino Membru Parlamentari Ewropew preċedenti u President filwaqt li s-sezzjoni nisa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista hi magħrufa bħala Moviment Nisa Partit Nazzjonalista u hi mmexxija minn Marion Pace Asciak, ukoll bħala President. L-idea ta' ħafna hi li dawn iż- żewġ għaqdiet huma biss biex ikunu organizzati attivitajiet bħall-coffee mornings u xi logħob tat-tombla u li matul il-kampanja elettorali, l-istess attivitajiet iservu ta' pjattaforma għall-Kandidati propsettivi sabiex jidhru, jgħidu kelmtejn u jippruvaw jikkapparaw il-vot ta' dawk preżenti. ILLUM jagħmel dawn l-erba' domandi liż-żewġ Presidenti rispettivi sabiex naraw mill- qrib x'inhu eżatt l-iskop li għalih huma mwaqqfa u l-ħidma involuta minn nisa fi ħdan iż-żewġ partiti. 1. X'inhu r-rwol u l-funzjoni tal-grupp li tmexxi int bħala President? Claudette Abela Baldacchino - NL - Nisa Laburisti hija organizzazzjoni, aħna m'aħniex għaqda jew grupp jew xi grupp ta' pressjoni. Aħna forza kbira fis-soċjetà. Din is-sena rat lil NL - Nisa Laburisti tagħmel riforma oħra fl-istorja tagħha. Kienet ix-xewqa tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat li jara din ir-riforma sseħħ fi ħdan il-Partit Laburista. Mhux biss ġie mniedi kumitat ġdid iżda fuq kollox tpoġġew miri ġodda fil-ħidma tagħha. Ngħid dan għaliex filwaqt li NL ser tibqa' dik il-fergħa li tirrappreżenta kemm lin-nisa fi ħdan il-Partit Laburista u 'l barra minnu, hemm il-fehma sħiħa li l-mira tagħna għandha tkun dik li naħdmu sabiex ikollna soċjetà aktar ugwali fejn nisa u rġiel, b'mod ugwali, jkunu jistgħu jilħqu l-milja tal-miri tagħhom fil-ħajja. Bħala NL nemmnu li sabiex dan iseħħ hemm bżonn il-ħidma ta' kulħadd, kemm nisa kif ukoll irġiel. Propju għalhekk, għall-ewwel darba, fl-istrutturi ta' Nisa Laburisti qed jingħata spazju għall-kontribut tal-irġiel. Bħala President, flimkien mal-kollegi tiegħi, ninsab impenjata li naħdmu sabiex nieħdu l-opportunità li ġġib magħha l-fatt li llum hemm Gvern Laburista sabiex nagħtu l-ideat tagħna sabiex ngħinu fit-twettiq tal-għan aħħari li s-soċjetà Maltija tkun waħda fejn l-opportunitajiet indaqs ikunu xi ħaġa li għandna nieħdu - kif jgħidu bl- Ingliż - 'for granted' u mhux bħallikieku kienet xi ħaġa eċċezzjonali. Marion Pace Asciak - Il- Moviment Nisa Partit Nazzjonalista hu wieħed mill-fergħat tal-Partit u l-għan prinċipali tiegħu hu li jagħti għajnuna sħiħa lill-PN fit-tfassil tal-politika nazzjonali tiegħu, waqt li jagħti direzzjoni politika lill-membri tal-Moviment, jiġifieri n-nisa tesserati kollha, skont il-viżjoni u t-twemmin li jħaddan il-Partit. Il-Moviment jaħdem ukoll mill-qrib man- nisa tal-Kumitat Sezzjonali, kif ukoll mal-fergħat l-oħra tal-Partit. Il-kuntatti tal-MNPN imorru lil hinn mill-Partit innifsu għaliex iżomm kuntatt ma' għaqdiet lokali li magħhom isiru diskussjonijiet dwar kwistjonijiet ta' interess komuni. Barra minn hekk jinżamm ukoll kuntatt regolari ma' movimenti ta' nisa fl- Unjoni Ewropea, u membri mill-Eżekuttiv tal-Moviment jattendu laqgħat u konferenzi organizzati minn dawn il- movimenti internazzjonali li jagħmlu parti mill-Partit Popolari Ewropew. Dawn il-kuntatti nazzjonali u internazzjonali jgħinu lill- moviment biex tkun tista' ssir riċerka u jitħejjew proposti li jitressqu għad-diskussjoni quddiem il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN. 2. Isiru konsultazzjonijiet perjodiċi magħkom fuq temi ta' natura politika ġenerali, apparti temi li jirrigwardjaw biss lin-nisa? Claudette Abela Baldacchino - Sinċerament ma naħsibx li hawn xi tema partikulari li b'xi mod jew ieħor ma tirrigwardjax lin-nisa. F'din l-ottika, Nisa Laburisti tipparteċipa b'mod sħiħ fit-tfassil tal-politika li minn żmien għal żmien imexxi l-quddiem il-Partit Laburista. Marion Pace Asciak - Bħall-fergħat kollha tal- Partit, l-MNPN għandu rappreżentanza wiesgħa fil-Kumitat Eżekuttiv u l-President tagħmel parti mill-Kumitat Amministrattiv u għalhekk leħinna jinstema' f 'kull livell tal-Partit. 10 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 MINISTERU G�ALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRI�I �G�AR (MEIB) SEJ!A G!AL SCIENTIFIC OFFICERS U PRINCIPAL SCIENTIFIC OFFICER ! Id-Dipartiment tal-Kummer� �ewwa il-Ministeru g�all- Ekonomija, Investiment u Intrapri�i �g�ar qed jilqa' applikazzjonijiet sabiex jirrekluta Scientific Officers u Principal Scientific Officer biex iwettqu dmirijiet �ewwa dan id-dipartiment. ! L-applikazzjonijiet qeg�din jintlaqg�u mill-Assistent Direttur g�as-Support Services fid-Dipartiment tal-Kummer�, ix-Xatt ta' Lascaris, il-Belt Valletta jew on-line permezz tar-recruitment portal https://www.recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard min- nofsinhar tal-�img�a, 27 ta' �unju, 2014. ! Aktar dettalji jistg�u jinkisbu mill-Gazzetta tal-Gvern tat-30ta' Mejju, 2014, mill-websajt li �ejja: http://www.gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/ jew billi wie�ed i�empel lis-Support Services fuq 2569 0262. ! Il-formoli tal-applikazzjoni jistg�u jitni��lu minn: http://www.pahro.gov.mt/file.aspx?f=127 jew http://www.pahro.gov.mt/file.aspx?f=128 jew jinkisbu mis-Support Services, id-Dipartiment tal- Kummer�, Ministeru g�all-Ekonomija, Investiment u Intrapri�i �g�ar. Ministeru g�all-Ekonomija, Investiment u Intrapri�i �g�ar Tel: 2569 0262, 2569 0217 e-mail: commerce@gov.mt web:http://www.commerce.govmt In-nisa fi ħdan il-Partiti Politiċi "Irridu naħdmu biex ikollna soċjetà ugwali fejn in-nisa u l-irġiel jilħqu l-milja tal-miri tagħhom"