Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 M a nafx x'naqbad ngħid. Hawn min jgħidlek li minn dejjem hekk kienet u hawn min jgħid li saret speċi ta' epidemija. Nibża' nistaqsi għal xi ħadd li nkun ili ma nara għaliex biex jgħiduli li miet daqs tazza ilma. Darba, darbtejn fix-xahar nisma' bl-aħbar li xi ħadd qribi jew ħabib tiegħi feġġitlu l-marda tal-kanċer. Irrid nistqarr li anke jiena ta' kuljum nibża' li nħoss xi uġigħ mhux tas-soltu jew nilmaħ sinjal li mhux tas-soltu u nibża' x'jista' jkun ir-riżultat. Minn ċifri li jissemmew, wieħed minn kull erbgħa qiegħed imut jew tmut minħabba din il-marda. Jekk tgħiduli x'naħseb jiena nemmen li l-inċidenza hija akbar. Fil-kariga tiegħi nattendi għal ħafna funerali u rari ħafna nattendi għal xi funeral fejn il-persuna ma tkunx mietet bil-kanċer. X'inhi l-kawża jiena ma Il-Kanċer MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI IRONIKAMENT il- promozzjoni kulurita għall- maratona tat-Tazza tad-Dinja turi tifel Brażiljan, komuni, jilgħab il-ballun u jħares "mibluh" 'il fuq, eżaltat. Hemm verità bil-wisq differenti mir-reklami promozzjonali għal-logħob mondjali fil-Brażil. Imqabbel mar-realtà, ir-reklam hu kważi oxxen. F'diversi bliet ewlenin Brażiljani eluf ta' bdiewa u ħaddiema niżlu jipprotestaw fit- triqat, anki f 'xenarji ta' vjolenza, f 'konfront mal-pulizija. Mijiet sfaw arrestati filwaqt li l-protesti jkomplu bi tkissir ta' ħwienet tan-negozji, gass tad-dmugħ u l-istun guns. Il-popolazzjoni komuni Brażiljana qed toħroġ placards twissi lit-turisti biex jibqgħu 'l bogħod mill-Brażil, fejn intefqu biljuni ta' dollari fuq il-logħob mondjali minflok fuq proġetti soċjali. Imma hemm ironija oħra għax f 'kuntest ta' karnival imħallat mal-miżerja, awsterità u faqar (u mhux biss fil-Brażil), il-poplu stess jiffinanzja lill- plejers b'salarji astronomiċi bil- miljuni fuq miljuni. Naqraw bi trasferimenti fir-reġjun ta' 100 miljun dollaru. Jew salarji bħal dawk ta' Ronaldo, li għandu salarju ta' tmintax-il miljun dollaru fis-sena. Sadanittant, il-protesti jkomplu jimblukkaw it-triqat Brażiljani u l-foqra jkomplu jissieħbu fil-Moviment tal- Ħaddiema bla Dar. Il-pupu ismar, f 'illużjoni kulurita, ikompli jiddomina r-reklamar għat-Tazza tad- Dinja 2014. IL-MEZZI TAX-XANDIR LI JOQTLU Ir-reliġjon Iżlamika hi kumplessa, taħlita ta' teokrazija, ġurisprudenza reliġjuża u politika. Hi wkoll reliġjon li qed toħloq kunflitti mdemmija bejn is-Sunni u x-Xiiti, konfronti li ta' spiss huma esplojtati minn forzi barranin biex ikomplu jiżirgħu l-firda kaotika bejn l-Għarab. Is-Sunni huma l-fergħa Ortodossa tal-Islam, għalkemm ippruvaw jaġġornawh. Jemmnu fis-sitt kotba tas-Sunna, li jiġbru t-tagħlim orali tal-Profeta Mohammed. Jemmnu wkoll li l-ewwel erba' Kalifi huma s-suċċessuri veri tal-Profeta. Ix-Xiiti, min-naħa l-oħra, jemmnu li l-Kalifi awtentiċi neżlin minn Ali, kuġin tal- Profeta. Iqisu li l-Imam, mexxej reliġjuż, għandu setgħa ta' gwida mnebbah mis-sema u Xiiti oħrajn saħansitra jarawh bħala l-personifikazzjoni ta' Alla(h). It-taqlib katastrofiku li jilħaqna mit-televiżjoni, bi qtil settarju bla rażan fit-triqat ta' nħawi bħall-Iraq, l-Iran, is-Sirja u pajjiżi oħra tar-reġjun Għarbi, ħafna drabi hu instigat minn messaġġi li jrewħu l-vjolenza u l-vendetta. Il-messaġġi f 'dan il-hate speech jirreferu, reċiprokament, għal diskors bħal "klieb", "kanċer", "bhejjem viljakki", "pesta" u reġistru ieħor fuq dan it-ton. Is-saħtiet waqt il-prietki bit-TV huma komuni wkoll: Alla(h) jiffriża d-demm tal- għedewwa! Il-finanzjament tal- istazzjonijiet tad-diskors tal-mibegħda jista' jkun ġej minn inħawi bħall-Kuwajt jew l-Arabja Sawdita, kif ukoll minn familji għonja jew negozjanti b'alleanzi dominanti. Pajjiżi oħrajn bħall-Eġittu ta' wara Mubarak, qed jittolleraw stazzjonijiet satelliċi li jkomplu jeskalaw il-kunflitti settarji fost l-Għarab. Il-kanal Saafa, pereżempju, li jippreżenta chat shows fuq il-mudell Amerikan, għandu miljun telespettatur u jirċievi 450,000 dollaru fis-sena mingħand negozjant biljunarju mill-Kuwajt. Fl-Iraq, ebda gvern wara Saddam ma sab irkaptu ta' kif iwaqqaf il-konfrontazzjoni bil- mezzi tax-xandir. Imbagħad, hemm il-pożizzjoni skandaluża ta' pajjiżi tal-punent, bħall- Istati Uniti u l-Ingilterra. Fl-Istati Uniti, il-kanal settarju Al Bait għandu l-bażi tiegħu f 'Kalifornja. F'Londra hemm żewġ kanali: il-Wasal Farsi u l-Fadak TV li, taħt il-maskra ta' istituzzjonijiet tal-karità, ikomplu jitfgħu l-ħatab fin-nar. F'Londra l-Fadak ingħata knisja li nbidlet fi studjo televiżiv għall-propoganda tal-messaġġ Sunnita. Lil hinn mill-pajjiżi Għarab, hemm ixandru 120 stazzjon barrani. Ix-xenarju kollu jixhed b'mod ċiniku kif il-komunità internazzjonali, inkluż il- Punent "demokratiku", qed tilleġġittimizza "il-libertà li tixxandar il-mibegħda tat- terrur u l-mewt fost l-Għarab infishom." LORENZO MILANI U L-PROĠETT TA' BORMLA Għamilt xi ħames snin naħdem fi skejjel "sprivileġġjati" bħal dawk tal-Fortini, il- Furjana, il-Marsa u l-Birgu. Sibt lil min jemmen f 'dak li kont qed nipprova nasal għalih permezz ta' edukazzjoni alternattiva, permezz ta' esperimenti bid- drama, ibbażati fuq il-metodi tat-Teatru tal-Oppressi ta' Augusto Boal (dis-sena jagħlaq ħames snin mejjet). Nifakar l-appoġġ li kienu jagħtuni kapijiet bħal Salvina Muscat fil-Marsa u Horace Caruana fil-Birgu. L-istudenti kienu ntebhu huma wkoll li qed nagħmlu xi ħaġa ġdida, li tagħmel differenza f 'ħajjithom. Neħħew l-inibizzjoni u ġew jaħdmu għat-televiżjoni, fit-triqat u anki fl-università, biex ifakkru lil pedagogu Paolo Freire quddiem lecturers u professuri. Emmnu li għandhom valur daqs il- preferuti. F'dawn il-ġranet sirt naf li f 'Bormla, bl-inizjattiva mnedija mill-Kunsill Lokali nbeda proġett imnebbaħ minn edukatur ieħor kbir, Lorenzo Milani, li ħadem kemm felaħ kontra "t-teknoloġija" tal- falliment. Din hi t-tip ta' edukazzjoni attiva u b'lenti kritika li teħtieġ Malta, l-aktar fost il-vulnerabbli, dawk b'defiċit soċjo-edukattiv. L-IRONIJA TAT- TAZZA TAD-DINJA M eta waqa' l-ħajt ta' Berlin ħamsa u għoxrin sena ilu, kittieb illi kien ispira l-moviment neo-konservattiv, Francis Fukuyama fil-ktieb tiegħu The End of History and the Last Man (1992), argumenta illi t-trijonf tad- demokraziji liberali u tal- kapitaliżmu tas-suq ħieles tal- punent fuq il-mudell soċjalista sovjetiku jista' jkun l-aħħar tappa tal-evoluzzjoni umana u l-forma finali tal-mod kif titmexxa l-umanità. Matul is-snin, Fukuyama biddel fehmtu imma ma setax kien aktar żbaljat fl-analiżi tiegħu speċjalment wara l-qawmien integralista Iżlamiku illi sar l-akbar theddida għas-sigurtà internazzjonali. L-avvenimenti inkredibbli li ġraw fit-Tramuntana tal-Iraq din il-ġimgħa għandhom l-oriġini tagħhom, kif spiss jiġri, fl-istorja. L-Iraq bħala nazzjon għandu anqas minn mitt sena meta fl-1920, l-Iraq sar mandat tal-Għaqda tan- Nazzjonijiet bl-isem "Stat ta' Iraq" taħt il-kontroll tal-Ingliżi. L-Ingliżi u l-Franċiżi kissru l-wegħdiet li taw lill-Għarab illi jieħdu l-indipendenza meta talbu l-appoġġ tagħhom fit-taqtigħa kontra l-Imperu Ottoman fil-Gwerra l-Kbira. Għal kuntrarju, il-Franċiżi żammew il-kontroll tas-Sirja u l-Libanu permezz tal-mandat illi ngħataw mill-Għaqda tan-Nazzjonijiet mentri l-Ingilterra ħadu mandat fuq il-kumplament, inkluż l-Iraq. Fl-Iraq poġġew fuq it-tron re ħaxemita illi l-Franċiżi kienu keċċew mis-Sirja, qarib tar-re illi l-Ingliżi poġġew fil- Ġordan. Il-ħaxemiti kienu 'l hekk imsejħa xarif tal-postijiet qaddisa ta' Mekka u Medina u fl-1916, ix-xarif tal-Mekka, Hussein Bin Ali, inkoraġġit mill-Ingliżi u Franċiżi, u bl-għajnuna ta' Lawrence of Arabia, mexxa rvell pan- Għarbi kontra l-imperu Ottoman. Hussein ried illi jitwieled stat Għarbi indipendenti minn Aleppo fis-Sirja sa Aden fil-Jemen. Madankollu, wara l-gwerra, l-Franċiżi u l-Ingliżi kisru kelmthom u l-ħolma ta' stat indipendenti pan- Għarbi twarrbet għal kollox. F'xi mod jew ieħor, l-eks dominji Ottomani waqgħu taħt l-influwenza tal-Ingliżi jew tal-Franċiżi (ħlief għall- kolonja Taljana tal-Libja). Il-ħaxemiti spiċċaw tkeċċew mill-peninsula Għarbija fl-1925 mir-re Abdul Ażiż bin Saud wara illi l-Ingliżi qalbu l-appoġġ tagħhom lis-Saudi mill-Haxxemiti. Il-familja Saudi, influwenzata mit-twemmin ta' setta illi adottat prattika Iżlamika ferm riġida, il-Waħħabiżmu, kienet ilha tingaġġa fi gwerer għall-kontroll tal-peninsula It-Tmiem tal-Iraq? TONI ABELA JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014