Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 | illum 33 SPORTSillum Il-MWA torganizza b'suċċess il-Kampjona t Open ta' Malta Inglott. Fil-kategorija femminili l-aktar atleta Maltija li spikkat kienet Nicole Gatt li minkejja li ma kinitx l-aqwa ġurnata għaliha rnexxielha xorta waħda tirbaħ l-overall b'179 punt. F'din il-kategorija wkoll kellna parteċipazzjoni ta' atleti ġodda fosthom Hayley Mizzi li wriet teknika ferm tajba. Sarah Grixti li hija atleta promettenti ħafna għamlet ukoll attentati sabiex tikser rekords nazzjonali imma dawn fallew bi ftit. Bla dubju l-aktar atleti li spikkaw f 'din il-kategorija kienu dawk mit-tim Skoċċiż fejn Georgie Black kisbet 229 punt segwita minn Sophie Smyht b'202 punti. Is-sezzjoni tal-Irġiel kienet waħda missielta ferm fejn l-aqwa atleta tal-ġurnata fost il-Maltin kien Noel Coleiro li refa' 240 kilo u kiseb 278 punt segwit minn Ryan Agius b'265 punt, Martin Pisani b'254 punt. Dawn it-tnejn tal-aħħar huma atleti ferm promettenti u qed juru progress sostanzjali minn kompetizzjoni għall- oħra. Tajjeb ukoll ta' min isemmi li Kieran Mifsud irnexxielu wkoll jissiġġilla r-raba' pożizzjoni anki f 'din il-kategorija. L-atleta Rodmar Pulis li huwa l-iktar atleta kklassifikat 'il fuq falla ċ-ċansijiet tiegħu għall-kwalifikazzjoni tal- Commonwealth. L-atleta Skoċċiż Peter Kirkbride kien fl-aqwa tiegħu fejn ta spettaklu lil dawk kollha preżenti b'refa totali ta' 327- il kilo. It-tim nazzjonali Skoċċiż kompost minn sitt atleti u tliet uffiċjali se jibqgħu hawn Malta fil-ġranet li ġejjin għall-kamp sportiv ta' taħriġ mal-atleti Maltin. It-tim qiegħed fl-aħħar preparamenti għal-Logħob tal-Commonwealth li se jsiru ġewwa pajjiżhom stess. Polidano u Salomone Champions nazzjonali tal-Badminton ILFINALI tal-Men's Doubles bejn iċ-champions renjanti Stephen Ferrante / Samuel Cali u Aldo Polidano / Stefan Salomone, li suppost kellha tintlagħab fl-1 ta' Mejju, intlagħbet matul il-ġimgħa li għaddiet. Il- logħba kienet posposta bi ftehim bejn l-erba' plejers minħabba li dakinhar Ferrante / Cali kienu mweġġgħin. Folla mdaqqsa attendiet għal din il-finali u rat logħba eċitanti li ntemmet b'rebħa fi tliet settijiet. Wara bidu bilanċjat Ferrante / Cali dehru li ħadu l-logħba f 'idejhom u bnew vantaġġ ta' 11-7 fl-intervall. Polidano / Salomone għamlu ħilithom biex inaqqsu d-distakk u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 20-20. Minn hawn 'il quddiem il-vantaġġ beda jalterna daqqa naħa u daqqa oħra, sakemm iċ-champions renjanti rebħu s-sett 27-25. Fit-tieni sett Polidano / Salomone ħadu vantaġġ kmieni fuq ir-rivali tagħhom u kienu fuq quddiem 11-6 fl-intervall, vantaġġ li żammew sal-aħħar u rebħu s-set 21-15 minkejja l-isforzi ta' Ferrante / Cali. B'hekk il-logħba kellha tmur għat- tielet sett deċiżiv. Fit-tielet sett deher li Ferrante / Cali tilfu l-konċentrazzjoni; mill- banda l-oħra Polidano / Salomone għamlu iżjed kuraġġ u ħarġu rebbieħa 21- 10 u b'hekk saru champions tal-Men's Doubles għas-sena 2014. Dan kien it-tielet titlu għal Polidano / Salomone bħala koppja flimkien. Qabel iż-żewġ plejers kienu diġà rebħu t-titlu 7 u 9 darbiet rispettivament, iżda f 'koppja ffurmata ma' plejers oħra. Badminton Malta ferħet lill-erba' plejers għall- wirja tagħhom. Faħħret ukoll il-ġest sportiv ta' Polidano / Salomone li kienu aċċettaw li l-finali tiġi posposta sakemm Ferrante / Cali jfiequ mill-injuries li kellhom. Aldo Polidano u Stefan Salomone -azzjoni waqt il-nali tad-doubles tal-irġiel tal-badminton ILLUM se tkun qed tiġi organizzata l-Olympic Day Run organizzata mill- Kumitat Olimpiku Malti b'kollaborazzjoni mal- Malta Amateur Athletic Association (MAAA) u bi sħubija ma' McDonalds, li huma l-imsieħba uffiċjali ta' dan l-avveniment bejn San Ġiljan u Tas-Sliema. Ir- reġistrazzjoni tiftaħ fis-7am fil-McDonalds ta' San Ġiljan. Il-parteċipanti se jkunu qed jibdew minn ħinijiet differenti skont il-ġirja li se jkunu qed jieħdu sehem fiha. It-tiġrija klassika ta' 10 kilometri u l-ġirja rilassata ta' 5 kilometri, it-tnejn li huma se jkunu qed jibdew fit-8am. Il-ġirja għat-tfal imsejħa junior run se tkun qed tibda fit-8.15am. Il-ġenituri huma nkoraġġuti li jingħaqdu mal-atleti żgħar li se jkunu qed jieħdu sehem f 'din it-tellieqa. Tajjeb ngħidu li din il- ġirja ilha ssir sa mill-1987 u fl-edizzjoni ta' din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem madwar 700 persuna ta' kull età. L-għan prinċipali ta' dan il-programm hu li l-parteċipanti jitħarrġu u jgħixu ħajja aktar sana. Fil-fatt il-Kunsill Malti għall-Isport ħaseb biex il-programm Summer on the Move ikun imfassal b'tali mod biex dawk il- ġenituri li jwasslu lit-tfal fid-diversi ċentri, jkunu jistgħu jipparteċipaw f 'attività sportiva ddisinjati apposta għalihom. Hemm diversi programmi għall- adulti minn fejn wieħed jista' jagħżel f 'kull ħin tal-ġurnata u fiċ-ċentri kollha tal- Kunsill. Dawn il-programmi huma popolari ħafna u jvarjaw minn Zumba, għal Tai Chi u ħafna oħrajn. Din is-sena ġew ukoll reveduti l-prezzijiet biex dejjem ikunu vantaġġjużi speċjalment għal dawk li jridu jużaw is-servizz il- ġimgħa kollha. Il-programm jibda fl- 14 ta' Lulju u jintemm fil-5 ta' Settembru 2014. L-applikazzjoni tista' titniżżel minn fuq is-sit www.sportmalta.org.mt fejn ukoll wieħed jista' japplika online. Bħalma kien mistenni l-postijiet qegħdin jimtlew b'ritmu mgħaġġel, għalhekk il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex japplika u ma jħallix għall-aħħar biex ma jkunx iddiżappuntat. Madwar 700 persuna fl-Olympic Day Run Illum qed issir l-Olympic Day Run u titlaq minn San Ġiljan 2,000 applikazzjoni għal Summ er on the Move

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014