Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 | illum 7 Nuqqas ta' skart x'jinħaraq F'DISKORS waqt il-ftuħ ta' konferenza dwar l-Enerġija mill-Iskart, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil- Klima Leo Brincat qal li l-Gvern jemmen li għandu jkun hemm kejl serju ekonomiku u ambjentali meta l-Gvern ifassal it-triq li għandu jieħu dwar l-enerġija mill-iskart għall-ġejjieni. Brincat qal li dan għandu jkun ibbażat fuq studji verament indipendenti min- nies li ma jistax ikollhom l-aġenda tagħhom jew interessi kummerċjali fin- nofs. Żied li kien f 'dan il-kuntest li l-Gvern ser juża fondi tal- Unjoni Ewropea biex isiru studji fil-fond wara li għal dawn l-aħħar snin ma jidhirx li kien hemm ebda studji simili minkejja l-impenn iddikjarat pubblikament li mmorru għall-inċinerazzjoni. Il-Ministru tenna li fl-istess nifs il-Gvern qed jistudja wkoll il-viabbilità li l-iskart ta' pajjiżna jiġi esportat lejn pajjiżi terzi, billi huwa magħruf li ħafna pajjiżi Ewropej bħalissa għandhom inċineraturi li qegħdin saħansitra jbaxxu r-rati kummerċjali tagħhom, tant li jinsabu neqsin minn biżżejjed skart x'jaħarqu biex iżommu l-inċineraturi tagħhom għaddejjin b'mod vijabbli ekonomikament. Fi tmiem l-intervent tiegħu, Brincat faħħar lill-Kamra tal-Kummerċ li kienet fost l-aktar korpi kostitwiti li għamlet suġġerimenti prattiċi u konkreti lill-Gvern dwar il-Pjan tal-Immaniġġjar tal-Iskart u anki talli wriet l-apprezzament tagħha li ħafna mis-suġġerimenti tagħha kienu ġew saħansitra addottati mill-Gvern Malti fl-istrateġija finali. Il-Ministru Leo Brincat Kontroprotest mill-Ministeru tal-Intern FILJIEM li ġejjin il- Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali mistenni jippreżenta kontroprotest b'referenza għall-protest ġudizzjarju li ġie ppreżentat kmieni din il-ġimgħa mill-Uffiċċju tal- Ombudsman. Fi stqarrija l-Ministeru għall- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali tenna r-rispett tiegħu lejn l-istituzzjoni tal-Ombudsman filwaqt li għamilha ċara li qatt ma ċaħħad lill-membri tal- Forzi Armati ta' Malta milli jressqu l-ilmenti tagħhom skont it-toroq stabbiliti fil-liġi. Il-Ministeru kkjarifika li l-Uffiċċju tal-Ombudsman jista' jinvestiga kull ilment minn kull membru tal-armata li hu inqas mill-pożizzjoni ta' Uffiċjal ikkummissjonat, u l-Ministeru jibqa', kif dejjem għamel s'issa, jikkopera bis- sħiħ f 'tali investigazzjonijiet. Intant fi stqarrija maħruġa aktar kmieni mill-kelliem għall-Intern tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-Partit Nazzjonalista esprima t-tħassib serju tiegħu għall- aħbar li l-Ombudsman ippreżenta protest ġudizzjarju kontra l-Gvern għaliex iħoss li l-Gvern qiegħed jostakolah f 'xogħlu. Azzopardi qal li l-fatt li l-Ombudsman kellu jieħu pass fil-Qorti kontra l-Gvern huwa bla preċedent f 'pajjiżna u hu konferma li l-Gvern ma jridx joqgħod għall-iskrutinju tal-Ombudsman, li huwa istituzzjoni parlamentari essenzjali f 'demokrazija. Il-kelliem sostna li xahar ilu l-Ministru Manuel Mallia u d-deputati tal-Gvern fil-Kumitat tax-Xogħol tal- Kamra vvutaw kontra t-talba tal-Oppożizzjoni, li kienet saret f 'Marzu li għadda, biex l-Ombudsman jintalab jinvestiga x-xogħol tal-Bord tal-Inġustizzji li l-Ministru Manuel Mallia waqqaf fl- armata. Il-Partit Nazzjonalista għalhekk appella lill-Gvern biex jieqaf minnufih jisfida l-liġi u jikkopera bis-sħiħ mal- Ombudsman. Il-Ministru Manuel Mallia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014