Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

FLEWWEL parti dwar il-qtil tal-koppja Ġużeppi u Annie Briffa ta' 83 sena u 82 sena rispettivament li seħħ fit-12 ta' Diċembru 1990, rajna l-mod kif inqatlu ż-żewġ anzjani u kif dan il-qtil kien sar biex twettqet serqa ta' eluf ta' liri Maltin. Għalkemm l-investigaturi kellhom ħjiel tajjeb min setgħu kienu tnejn minn dawk li daħlu fuq il-koppja u allegatament wettqu dan id-delitt faħxi, il-Pulizija ma kellhomx dik il-prova suffiċjenti li setgħu jressqu lil xi ħadd il-Qorti. Dawn iż- żewġ suspettati nqatlu f 'żewġ każijiet separati. Kien diġà spiċċa vittma qabel Ġużeppi Briffa kien magħruf li dak li kien iħoss kien jgħidu u għaldaqstant seta' ma kienx popolari ma' xi nies. Ma kien iżomm xejn fuq l-istonku tiegħu. Iżda persuni li tkellimt magħhom qaluli li l-anzjan kellu r-raġunijiet tiegħu. Dawn is-sorsi qaluli li mhux l-ewwel darba li Briffa kien safa vittma ta' ħallelin u anke aggredit fil-ħanut tiegħu. Darba minnhom kienu daħlu fuqu żewġ persuni ta' nazzjonalità Għarbija u serquh. Minħabba f 'hekk Ġużeppi beda jirrifjuta li jaqdi lill- Għarab. F'serqa minnhom kienet itteħditlu 'paper knife' u Briffa ddeċieda li jwaħħal żewġ avviżi mal-vetrina tal-ħanut li kienu jgħidu: "Min seraqli l-'paper knife', tistraxxnah karozza. Din id-dagħwa tasal" u kellu ieħor li kien jgħid li ma jservix lill-Għarab. Briffa kien poġġa dawn l-avviżi mhux għax kien bniedem razzist, imma sforz ir-rabja li kellu għax safa aggredit u misruq. Attentat fil-Bajja tal-Ġnejna Qtil ieħor li kellu jseħħ fil-Bajja tal-Ġnejna ftit inqas minn sentejn wara seta' kellu konnessjoni mal-qtil tal- koppja Briffa. F'Settembru 1992 il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm pjan biex tinqatel mara minn Bormla li dak iż-żmien kellha 24 sena u li l-kadavru tagħha kellu jintrema f 'qiegħ il-baħar marbut b'mażżra. Dak iż-żmien żewġha kien qiegħed il-Ħabs ta' Kordin fuq każ separat. Din il-koppja kellhom problemi bejniethom tant li kien ingħad li darba minnhom il-mara kienet bagħtet risposta ma' ħabib ta' żewġha, li jekk meta joħroġ mill-ħabs kien se jkompli jsawwatha, kienet se tikxfu mal-Pulizija dwar l-involviment tiegħu fil-qtil tal-koppja Briffa. Ftit taż-żmien wara l-mara kienet mistiedna minn sieħeb żewġha biex tmur miegħu dawra fuq dingi fil-Bajja tal-Ġnejna. Il-mara, iżda, jew issuspettat xi ħaġa jew inkella xi ħadd qalilha li jekk tmur kienet se tispiċċa maqtula. Għaldaqstant il-mara, li dakinhar kienet omm ta' erbat itfal żgħar, informat b'kollox direttament lill-Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien, Alfred Calleja. Il-Pulizija qalulha biex taċċetta l-istedina u tmur, iżda biex ma tgħid xejn lil ħadd. Wara li kienet aċċertata li l-Pulizija kienu se jipproteġuha, il-mara aċċettat, iżda xorta waħda kienet qed tibża' li tista' tmur xi ħaġa ħażina. Kien it-8 ta' Settembru. Il-Pulizija marru fuq il-post ferm qabel sebaħ fejn qagħdu f 'diversi postijiet strateġiċi madwar il-Bajja tal-Ġnejna kemm minn fuq l-art kif ukoll minn fuq il-baħar. Pulizija oħrajn ippożaw ta' għawwiema biex ma jagħtux fil-għajn. Intant ir-raġel, li dak iż- żmien kien suldat u baqa' jġorr miegħu l-laqam "is-suldat", ġabar lill-mara bil-karozza tiegħu u marru l-Ġnejna fejn waslu għall-ħabta tas-1pm. Il-Pulizija jinkixfu innoċentament 10 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 SEJĦA GĦAL APPLIKAZZJONIJIET 'SENIOR CLERK' GĦALL-PROĠETT TAL-FSE 3.11 SUPPORTED & SHELTERED EMPLOYMENT TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING REGISTERED DISABLED PERSONS FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING REGISTERED DISABLED PERSONS Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tfittex persuna motivata li hi lesta biex taħdem ma' nies żvantaġġati, inkluż ma' persuni b'diżabbilta`. Il-persuna li se tintagħżel se tkun impjegata bħala 'senior clerk' biex tgħin fl-amministrazzjoni tal-proġett finanzjat mill-FSE 3.113, fuq bażi ta' kuntratt definit. L-applikanti għandom ikollhom minn tal-inqas żewġ 'A' Levels (minn grad A sa E), ħames 'O' Levels inkluż il-Malti, l-Ingliż u l-Matematika (minn gradi A sa C, jew minn 1 sa 5), l-ECDL kollu u tlett snin esperjenza ta' xogħol klerikali. L-ismijiet ta' żewġ persuni li jistgħu jitkellmu għall-applikanti għandhom ikunu sottomessi mal-ittra t'applikazzjoni. Persuni interessati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni, flimkien ma' CV dettaljata, bil-posta reġistrata jew bl-idejn lil: L-Aġent Kap tad-Dipartiment People Management Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Uffiċċju Prinċipali Ħal Far BBG 3000 L-applikanti għandhom jikkwotaw il-kodiċi HR/02/14 fl-ittra t'applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Korporazzjoni sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 25 ta' Ġunju 2014. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu rikonoxxuti u se jkunu trattati bl-akbar kunfidenzjalita`. Is-CVs tal-applikanti se jinżammu mill-ETC għal referenza futura. Dawk l-individwi li ma jixtiequx li s-CV tagħhom tinżamm mill-ETC għandhom jibagħtu ittra fuq l-indirizz t'hawn fuq u jirċievu lura s-CV tagħhom wara l-proċess ta' reklutaġġ. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett ko-nanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Ko-nanzjament: 85% Fondi UE, 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek MPO Reference No: MPO98/2005/09 ETC Permit No: 87/2014 Il-qtil doppju tal-koppja Briffa f 'Raħal Ġdid Pjan biex joqtlu mara li allegat li tikxef kollox John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Ġużeppi u Anna Briffa Mariam Al Batool - mudell ta' soċjetà inter-reliġjuża WAQT Jum il-Premjazzjoni tal-iskola Mariam Al Batool, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li din l-iskola hija mudell prattiku ta' kif għandha tkun soċjetà inter-reliġjuża, dan għaliex f 'din l-iskola persuni b'reliġjonijiet differenti kuljum jaħdmu flimkien favur l-iżvilupp edukattiv tal- istudenti. Il-President Coleiro Preca spjegat kif din l-iskola għamlet pass storiku f 'Malta għaliex kienet l-ewwel waħda fid-dinja li żviluppat il-kunċett inter- reliġjuż fis-sistema edukattiva. Hija aċċennat fuq il-bżonn lis-soċjetà tkun anki inter- kulturali biex kull ċittadin jingħata l-ispazju ħalli jintegra fis-soċjetà u b'hekk tisaħħaħ id-demokrazija. Il-President Coleiro Preca sostniet li l-istudenti Musulmani li jattendu din l-iskola huma Maltin u jixirqilhom l-aħjar bħal kwalunkwe studenti oħra biex ikunu ċittadini denji ta' pajjiżna. Il-President temmet tfaħħar ix-xogħol f 'din l-iskola fejn qed jiġi assigurat li tingħata l-aqwa edukazzjoni bil-għan li l-istudenti jikbru u jemmnu fit- tisħiħ tar-rispett u t-tolleranza. "Din l-iskola għamlet pass storiku f 'Malta" - Marie-Louise Coleiro Preca It-Tieni Parti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014