Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967
Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 | illum 11 Il-qtil doppju tal-koppja Briffa f 'Raħal Ġdid Pjan biex joqtlu mara li allegat li tikxef kollox Kif waslu fil-parkeġġ tal- bajja, "is-suldat" mar kellem lill-parker u qallu li jidher li kienet se tkun ġurnata kwieta. Iżda l-parker qallu li ma jaħsibx għax minn kmieni filgħodu kienu diġà marru l-Pulizija fejn x'aktarx kienu se jwaqqgħu xi kmamar illegali li kien hemm fl-inħawi. Kif "is-suldat" sema' hekk ma ħax ir-riskju u reġa' daħal fil-karozza u qal lill-mara li kien reġa' bdielu. Minn hemm huwa deher isuq b'veloċità eċċessiva, iżda l-Pulizija kienu diġà lesti u marru għal warajh. L-istess Pulizija kellhom informazzjoni li r-raġel kien qed iġorr arma u għalhekk kif ħarab ħadu l-prekawzjonijiet kollha. F'ħin minnhom bil-fixla bis-sewqan eċċessiv li kien qed isuq u bil-Pulizija jsuqu warajh, ħabat ma' karozza oħra misjuqa minn turist u l-Pulizija ma kellhomx diffikultà jarrestawh. Kif waqqfuh għamlu tfittxija fuqu kif ukoll fil-karozza għall-allegat arma li suppost kien qed iġorr. Iżda fil-karozza l-Pulizija kienu sabu diversi oġġetti fosthom boots waħda, iżda l-ebda sinjal ta' xi arma. Minkejja t-tfittxija intensiva fl- inħawi l-Pulizija baqgħet qatt ma sabet xi tip ta' arma. Li kienu sabu kien id-dingi li allegatament kien se jintuża u fih kien hemm kantun b'toqba fih u katina marbuta miegħu li allegatament ukoll kienu se jintużaw bħala mażżra mal- kadavru tal-mara. Minkejja s-suspetti ta' dak li kien se jiġri, anke f 'dan l-attentat il-Pulizija ma kellhom ebda prova konkreta biex setgħet twassalhom biex jieħdu l-każ il-Qorti. Provi mitlufin? Minkejja li f 'dak l-istadju l-Pulizija kellha f 'idejha kemm l-istqarrija tal-mara, li fiha allegat l-involviment ta' żewġha fil-qtil brutali tal- koppja Briffa, kif ukoll ritratti li juri tnejn minn uliedhom fuq sodda mimlija karti ta' Lm20, il-Pulizija ma setgħetx tressaq lil xi ħadd il-Qorti. Dan minħabba l-fatt li x-xhieda tal-mara kontra r-raġel tagħha stess ma kinitx ammissibli fil-Qorti u r-ritratt tat-tfal ma kienx prova biżżejjed li l-flus li jidhru fir-ritratt kienu nsterqu mingħand il-koppja Briffa. Il-Pulizija kienu jafu b'ċertezza li la r-raġel u lanqas il-mara ma kienu rebħu xi lotterija biex seta' kellhom dawk il-flus li kienu jidhru fir-ritratt. Iżda lanqas din il- prova ma kienet biżżejjed biex l-investigaturi jkollhom każ sod fil-Qorti. Theddida ta' bomba Bħalma rajna l-Ħadd li għadda, Ġużeppi Briffa kien iħobb l-antikitajiet tant li fid- dar kellu bosta ornamenti u oġġetti antiki. Ftit inqas minn sentejn wara l-qtil tal-koppja Briffa l-ulied kienu qabdu rkantatur biex ibigħu dawn l-oġġetti. Oliver u John Briffa, tnejn minn ulied il-koppja, qaluli li tant kien hemm affarijiet li l-irkant ma setax isir f 'sezzjoni waħda. Meta kien isir it-tieni parti tal-irkant, kienu marru l-Pulizija u waqfu kollox peress li kienu rċevew telefonata anonima li fid-dar kien hemm bomba. Il-post kien ġie evakwat u wara li saret tfittxija intensiva mis-suldati tal-EOD u ma kien instab xejn, l-irkant tkompla. Eżamijiet tad-DNA snin wara dan il-qtil Il-Pulizija, dawk mill- Iskwadra tal-Omiċidji, minkejja li kienu qegħdin jgħaddu s-snin minn fuq dan il-każ xorta baqgħu jippruvaw isibu xi xaqq ta' dawl biex dan l-omiċidju li għadu mhux solvut jingħalaq. Sorsi qrib il-Pulizija qalulna li meta seħħ dan l-omiċidju fl-1990, l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat kienu elevaw diversi marki kif ukoll kampjuni tad-demm kemm minn fuq il-vittmi, speċjalment minn fuq Ġużeppi Briffa li jidher li kien ipprova jissara mal-aggressuri, kif ukoll minn fuq xi għamara jew postijiet oħrajn fid-dar. Fost dawn kien hemm imħadda mċappsa bid-demm li meta kienu eżaminati kampjuni rriżulta li kienu tal-grupp "A", l-istess tip ta' demm tal- koppja Briffa. Għaldaqstant is-suspett kien li wieħed mill-qattiela kien uża din l-imħadda biex isodd ħalq Ġużeppi Briffa. Madwar 15-il sena wara l-qtil tal-koppja Briffa, wieħed mill-esperti tal- Qorti reġa' eżamina l-istess imħadda u rriżultalu li kien hemm traċċi oħrajn ta' demm li kienu ta' grupp "B". B'dan l-iżvilupp l-investigaturi ħasbu li kienu se jieħdu nifs ġdid. Peress li 23 sena ilu l-eżamijiet tad-DNA ma kinux bdew isiru, ma kienx possibbli għall-investigaturi biex jagħmlu analiżi tad- demm biex jitqabbel mingħajr ebda dubju. Għaldaqstant bix-xjenza aktar avvanzata saru eżamijiet tad-DNA. Sfortunatament għall- investigaturi sabu ntopp. Meta t-traċċi tad-demm u l-imħadda ttieħdu biex ikunu eżaminati ma kienx hemm riżultati pożittivi u dan minħabba li fejn kienu depożitati fil- Qorti din l-evidenza ma kinitx preservata tajba tant li l-post huwa wieħed umduż u l-umdità hija l-ikbar għadu u ma kienx possibbli li jitqabbel id-DNA. Għalkemm demm ta' grupp "B" mhux komuni ħafna, tant li 7% tal-popolazzjoni li għandhom dan it-tip ta' demm, il-Pulizija ma tistax takkuża lil xi ħadd għax id-demm tiegħu huwa ta' grupp "B" u llum iridu jkunu eżamijiet tad-DNA li huma provi mingħajr ebda dubju. Apapell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numru 119 jew 21224001. Minn fejn ħarġu l-qattiela Ir-residenza fejn kienu joqogħdu l-vittmi fi Triq it-Tarzna, Raħal Ġdid Ġużeppi u Anna Briffa