Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 Għawdex mhux meqjus bħala reġ jun mill-UE "SAKEMM jiġi biex ikun diskuss trattat ieħor Għawdex mhux se jkun meqjus bħala reġjun." Hekk ikkonferma s-Segretarju Parlamentari Dr Ian Borg waqt l-ewwel laqgħa ta' Djalogu '10 snin Malta Ewropea' li saret f 'Għawdex organizzata mill-MEUSAC. Wara interventi minn Michael Grech, ċermen tal-GBC (Gozo Business Chamber) ta' Għawdex u Joseph Muscat CEO tal-GTA (Gozo Tourist Association) fejn qalu li r-rapporti li l-Unjoni Ewropea ngħatat mill-Gvern preċedenti mhumiex korretti u fiha ħafna ineżatezzi, Dr. Ian Borg dment wieġeb li hu ma jistax jagħtihom tama li d-deċiżjoni li ħadet il- Kummissjoni Ewropea tista' titreġġa lura. "L-Unjoni Ewropea ma tħarisx lejn Malta skont il-gvern tal-ġurnata iżda skont ir-rapport mibgħut lilha mill-pajjiż, ikun min ikun fl-amministrazzjoni," qal is-Segretarju Parlamentari, "u dan ifisser li d-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni Ewropea dwar li Għawdex ma jiġix aċċettat bħala reġjun hi finali. Ir-riċetta saret u ma nistgħux inreġġgħu l-arloġġ lura. Il- bibien tiegħi huma miftuħin beraħ għal diskussjoni iżda nistgħu biss niddiskutu għal programmazzjoni ta' wara 2020." Għalhekk għal dan il- pakkett li jagħlaq fl-2020 il-ħolma tal-Għawdxin li Għawdex jitqies bħala reġjun u jkunu jistgħu jieħdu aktar fondi mill-Ewropa sfaxxat fix-xejn. Jista' biss jerġa' jiġi diskuss mal-Unjoni Ewropea wara l-2020. F'din il-laqgħa ta' Djalogu li attendew għaliha numru tajjeb ta' Għawdxin minn kull ġeneru tal-ħajja kienet immexxija mill-Kap tal- Meusac Dr Giovanni Xuereb, is-Segretarju Parlamentari Dr Ian Borg u l-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo. Kien hemm diversi mistoqsijiet minn dawk li attendew fosthom kemm eżattament hemm fondi vvutati għal Għawdex fil- programm 2014/2020. Dr Ian Borg qal li ma jaqbilx mal-Kap tal-Oppożizzjoni meta fil-kampanja elettorali kien qal li s-somma hi €120 miljun, għax l-10% ma tinħadimx skont il- pakkett sħiħ, iżda skont il-prijoritajiet tal-pakkett innifsu. Hu qal li l-Gvern se jara li Għawdex igawdi minn 10% tal-fondi tal-proġetti li daħal għalihom għax qabel ħa biss 8%. Is-Segretarju Parlamentari ħabbar li Għawdex se jgawdi żgur f 'żewġ setturi importanti, fl-iżvilupp rurali sew fl-agrikultura kif ukoll fl-agri turiżmu u mill-fond marittimu u sajd fejn kien għadu kif ġie nnegozjat pakkett li minn €14-il miljun żdied għal €22 miljun. Semma wkoll li ntlaħaq ftehim li meta Malta jkollha l-presidneza tal-UE se jsiru anke laqgħat ministerjali tal-Ewropa f 'Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex filwaqt li tkellem dwar dak li ma sarx fl-amministrazzjoni ta' qabel f '10 snin qed issir Għawdex: Int djamant Id-djalogu '10 Snin Malta Ewropea' 11-il artist mix-Xewkija jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt BARRA l-festa ta' San Ġwann il-Battista li qed tiġi ċċelebrata llum fir-raħal tax-Xewkija, s-Soċjetà Filarmonika Prekursur taħdem biex issaħħaħ il-wirt kulturali. Din is-sena, s-soċjetà tagħna tiċċelebra l-85 sena mit- twaqqif tagħha u l-kumitat ħaseb li jtella' wirja tal-arti b'differenza minn ta' snin ta' qabel, li ser tagħti dimensjoni ġdida lill-festi tal-lokal. Din s-sena l-isem ser ikun Non Surrexit Maior (m'hawn ħadd akbar minnu, [San Ġwann il-Battista]) L-istedina saret lill-artisti Xewkin, kemm stabbiliti u anke dawk li mhumiex, fejn dawn tħallew liberi biex jesprimu l-arti tagħhom kif jixtiequ huma. Kienu 11-il artist li poġġew ix-xogħol tagħhom għal wiri b'mezzi differenti, fosthom żebgħa taż-żejt, It-trittiku tal-Battista minn Mario Cassar Jean Pace, skultur ta' 6 snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014