Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum Diane Borg tirritorna bil-kbir -atletika WARA xi żmien nieqsa mill-atletika, l-atleta ewlenija Maltija Diane Borg irritornat bil-kbir fl-isport li tant tħobb – l-atletika meta fil- Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika li saru ftit tal- jiem ilu hija rebħet it-titlu tal-100 metru, dak tal-200 metru waqt li flimkien mat-tim tal-4 x 100 metru rnexxielha tikkwalifika f 'ħin ta' 46. 78 sekondi. B'hekk hija kompliet tistabilixxi lilha nnifisha bħala waħda mill-aqwa atleti li pproduċiet l-atletika lokali f 'dawn l-aħħar snin. Dan il- ġurnal għamel kuntatt ma' Diane Borg innifisha fejn talabha l-kummenti tagħha rigward x'fisser għaliha dan l-unur kif ukoll x'fisser ir- ritorn tagħha lejn l-atletika. Hija qalet li "Verament sodisfatta kif qed joħroġ dan l-istaġun imma totalment ma kontx qed nistenna li se nasal f 'dan il-punt sa ftit xhur ilu. Dan l-istaġun bdejtu bit-tir li nikkwalifika għal-Logħob tal-Commonwealth li se jsiru fi Glasgow, Skozja. Kont qed nagħmel ħafna sagrifiċċji biex inlaħħaq max-xogħol full-time tiegħi bħala lecturer l-MCAST, l-istudji part-time tal-kors tat-tagħlim u l-istudju part- time għal grad f 'Masters f 'Business Intelligence & Data Mining. Wasalt f 'punt li ma kienx qed jirnexxieli nlaħħaq iżjed għax dejjem beda jinġema x-xogħol. Għalhekk iddeċidejt biex nieqaf u niffoka fuq l-istudji tiegħi minħabba li sfortunatament, għalkemm ningħataw għajnuna, l-prijorità hawn Malta qatt ma tista' tingħata lill-isport. Bħal dejjem, il-kowċ tiegħi, Mario Bonello, ħeġġiġni biex nerġa' nibda l-atletika. Id-dedikazzjoni tiegħu lejn l-isport dejjem tispirani biex nagħmel l-almu tiegħi. Tani kuraġġ biex nerġa' nibda nitħarreġ bil-pass tiegħi u urieni li se jappoġġjani f 'dak li nagħmel. Wara xahrejn lura, irnexxieli nirbaħ l-ewwel post fil-100m u fil-200m fil-Kampjonati Nazzjonali kif ukoll irnexxieli nikkwalifikaw bir-relay team għal-Logħob Diane Borg -azzjoni waqt l-aħħar Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika Valletta Futsal promossi wara sena fl-Ewwel Diviżjoni FLEWWEL staġun tagħhom fil-Kampjonat FXDD tal-Ewwel Divizjoni tal-futsal Valletta rnexxielhom mal-ewwel jilħqu l-objettiv tal- promozzjoni u saħansitra jsiru champions wara li matul l-istaġun li għadda sfaw relegati mill- Kampjonat FXDD Premier tal-futsal. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-kowċ ta' Valletta Xavier Saliba li jiġi wkoll il-captain ta' Hibernians kif ukoll tat- tim nazzjonali fejn talbu jtina rendikont dettaljat ta' x'fissret għal Valletta din il-promozzjoni li waslet frott ta' ħafna ħidma mill- kowċ, plejers u kumitat u li tista' titqies bħala waħda storika hekk kif waslet sena wara biss li l-Beltin sfaw relegati mill-ogħla diviżjoni tal-futsal għall- Kampjonat FXDD tal- Ewwel Diviżjoni. Saliba saħaq li "Il- promozzjoni ta' Valletta kienet l-objettiv ta' dan l-istaġun sa mill-ewwel darba li ġejt ikkuntattjat minn James Mackay - bniedem ħabrieki ħafna fil-kumitat Belti u minn hawn nixtieq ngħidlu grazzi pubblikament talli wera l-fiduċja fija u baqa' jemmen li nistgħu nieħdu l-promozzjoni bħali anki meta konna fil-maltemp! Qed ngħid hekk għas-sempliċi raġuni li l-kampjonat tagħna beda ħażin ħafna fejn wara l-ewwel 7 logħbiet konna diġà tlifna ħames logħbiet u konna fil-11-il post minn 13-il tim sa Diċembru! Biss però dan saħħaħna iktar u ħdimna kemm flaħna biex it-tim insaħħuħ u nibqgħu nemmnu bħalma dejjem għamilna li nistgħu nieħdu l-promozzjoni avolja konna anki 15-il punt taħt it-tim li kien fl-ewwel post f 'dak iż- żmien! Niftakar ukoll li dak iż-żmien għamiltli intervista int ukoll fejn kont għidtlek li għadni nemmen li nieħdu l-promozzjoni u fil-fatt irnexxielna! Minn Jannar L-iskwadra taċ-champions tal-Kampjonat FXDD l-Ewwel Diviżjoni tal-Futsal, Valletta Ritratt – Joe Borg Ritratt: Wally Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014