Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967
Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 | illum 29 SPORTSillum Diane Borg tirritorna bil-kbir -atletika tal-Commonwealth. Il- 100m irbaħtha b'ħin ta' 12.06 sekondi waqt li l-200m irbaħtha b'ħin ta' 24.89 sekondi. Fil-4x100m irnexxielna nikkwalifikaw b'ħin ta' 46.78 sekondi. Għandi tama kbira li dan l-istaġun nista' nnaqqas il-ħinijiet f 'dawn l-events għax ma kinux l-aqwa ġirjiet tiegħi. Għalhekk qed ninsisti biex fit-tlielaq li ġejjin insolvi l-problemi li kelli f 'dawn il-kampjonati u nagħmel ħinijiet aħjar," temmet tgħid Diane Borg. Hu sodisfazzjon enormi li takkwista dawn it-titli u li akwistajt l-kwalifikazzjoni għal-logħob tant prestiġjużi. Issa qed nagħmel aktar l-almu tiegħi biex intejjeb il-livell sa dawn il-logħob u kif ukoll inkun imħejjija għal-logħob tal-European Cup li se jsiru f 'Georgia. Inħossni verament kuntenta li erġajt lura għall- isport u nispera li jibqa' jirnexxili nqassam il-ħin sew biex inlaħħaq mal- impenji tiegħi." Valletta Futsal promossi wara sena fl-Ewwel Diviżjoni sa llum imbarkajna fuq serje ta' riżultati pożittivi fejn sa llum għamilna 16-il logħba bla telfa (15-il rebħa fosthom 12 infila u 1 parità) u b'hekk tlajna fl-ewwel post tal-klassifika u anki sirna champions! Din kienet it-tielet promozzjoni tiegħi bħala kowċ għax sa issa ħadt tliet promozzjonijiet fi tliet snin li ilni nikkowċja l-futsal! Nixtieq niddedika din il- promozzjoni lil kull min b'xi mod jew ieħor kien involut u baqa' jemmen li nistgħu nagħmluha inkluż il-plejers li bdew fil-bidu u baqgħu hemm xorta avolja konna f 'sitwazzjoni xejn sabiħa u lil dawk il-plejers li ġew u tawna xprun qawwi biex b'hekk iffurmajna grupp ta' vera u ġibna dak li dejjem ridna sa mill-bidu tal- istaġun! Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq nagħlaq billi ngħid grazzi lil kull kowċ li kont u għadni miegħu bħala plejer għax kieku ma kinux huma ma kontx nasal għal dawn it-tliet promozzjonijiet wara xulxin!" Table Tennis b'differenza ISSAJF reġa' magħna, u propju għalhekk, wara s-suċċess tas-sena l-oħra, TopSpin Table Tennis Academy qiegħda terġa' torganizza l-Iskola Sajf għas-sena 2014. L-Iskola Sajf huwa programm intensiv u speċjalizzat imqassam fuq diversi ġranet differenti mimli b'taħriġ professjonali tat- table tennis. Għal din is-sena, il-Head Coach tal-Akkademja, Edward Baldacchino, flimkien mal-istaff tekniku tal-Akkademja, li jinkludi lil Daniel Bajada, tliet darbiet champion ta' Malta flimkien ma' Matthew Micallef, Alex Soler u Dorianne Magri, spjegawlna li dan il- programm organizzat għall- istudenti huwa iktar eċitanti minn qatt qabel! Bħal kull sena, din id-darba l-Akkademja ħadmet bis-sħiħ biex iġġib wieħed mill-aħjar kowċis preżenti fil-Polonja, Andrezej Borkowski. Barra li Borkowski jilgħab fil- kampjonat tal-Bundesliga Ġermaniża tat-table tennis, li huwa meqjus bħala l-isbaħ u l-itqal kampjonat fl- Ewropa, huwa wkoll għandu Masters Degree bħala Table Tennis Trainer. Ta' min wieħed isemmi wkoll, li dan il-kowċ huwa rebbieħ ta' diversi turnaments ġewwa pajjiż twelidu. Din is-sena wkoll, l-Akkademja marret pass iktar minn hekk. Għal dan is-sajf, TopSpin Table Tennis Academy sejra tistieden lil Adele Muscat, psikologa tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol u koordinatriċi tal-isport ġewwa l-kulleġġ tal-MCAST. Muscat se tkun qiegħda tgħin lill-istudenti li jattendu f 'diversi laqgħat biex jippreparaw għal- logħba tat-table tennis mill- att mentali. F' kummenti li ta lill-mezzi tax-xandir, il- Head Coach tal-Akkademja saħaq li huma ħafna li għandhom l-impressjoni ħażina li l-logħba tat-table tennis hija biss li tkun tajjeb mal-mejda. Dan mhux il-każ, u hu għalhekk li qed jaħdem kemm jista' biex juri l-importanza tal- preparazzjoni mentali f 'dan l-isport. L-Iskola Sajf 2014 tiftaħ il-bibien għall-istudenti tagħha nhar il-Ġimgħa 4 ta' Lulju, u tibqa' sejra sal-aħħar ta' Settembru. Il-lezzjonijiet jiġu mqassma skont il-livell tal-individwu, mil-livell fil-veru bidu sal-livell avvanzat ġewwa l-kumpless sportiv tal- Iskola ta' Santa Monika f 'Birkirkara. Għal aktar informazzjoni, fuq dan l-avveniment matul il- ġranet tas-sajf, tista' żżur is-sit elettroniku ta' TopSpin Table Tennis Academy fuq www. topspintabletennisacademy. com jew tikkuntattja l-istaff tekniku fuq 99470278. TopSpin Academy ikomplu jiddominaw ix-xena tat-table tennis f 'Malta Il-proġett Kottonera United kien suċċess "LIDEA ta' tliet nurseries jingħaqdu biex ikollna nursery waħda: Cottonera United, kienet intlaqgħet b'xettiċiżmu imma issa qed tagħti l-frott mixtieq għaliex qed tilħaq firxa akbar ta' tfal u r-riżorsi mhux qed jintilfu." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Chris Agius waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-Isla. Huwa qal li l-idea kienet ilha tberren fost bosta mħuħ għal diversi xhur. Madankollu l-amalgamazzjoni saret biss wara studju li sar minn dak li llum huwa l-President tan-Nursery Stephen Spiteri, li sab li anke minħabba d-demografija tal-bliet tal- Kottonera, it-tliet nurseries maż-żmien kien ikollhom jgħalqu għaliex ma kienx ser ikun hemm tfal biżżejjed biex joperaw. Il-President Stephen Spiteri tkellem dwar dak li ntlaħaq mill-Cottonera YN sa issa, fejn semma fost l-oħrajn it-telfa minima li għadu kemm sofra t-tim ta' taħt is-17-il sena fin-knockout kontra l-Ħamrun. Fl- għeluq tal-indirizz tiegħu s-Sur Spiteri preżenta plakka kommemorattiva lill-Onorevoli Agius biex jirringrazzjah ta' dak kollu li għamel għan-nursery fis-snin li għaddew. Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll minn Tyrone Ellul tal-kumpanija Grech and Ellul li huma r-rappreżentanti ta' Castrol Oil f 'Malta. Castrol Oil huma sponsors ewlenin fit-Tazza tad-Dinja tal-Brażil u allura kien bix-xieraq li Castrol Oil Malta tibqa' fit-tema u preżenta ammont ta' blalen u għotja finanzjarja lill- President Stephen Spiteri. Ellul qal li għalkemm il-kumpanija ma toperax mit-tliet ibliet id-deċiżjoni waqgħet fuq il-Kottonera għaliex wieħed mid-diretturi tal-kumpanija Godwin Grech għamel żmien jilgħab ma' timijiet fil-Kottonera. Tyrone Ellul temm l-intervent tiegħu billi fakkar fil-kompetizzjoni li d-ditta qed tagħmel minn fuq Facebook fejn jintrebħu bosta rigali relatati mat-Tazza tad- Dinja. Suċċess kbir għal Kottonera United