Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967
30 illum Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja ISSEBA' Edizzjoni - Ċilì 1962 L-organizzazzjoni tas-seba' edizzjoni tat-Tazza tad- Dinja kellha tiġi fdata liċ- Ċilì, bħala solidarjetà wara li kien intlaqat minn terremot qawwi. F'din l-edizzjoni ġie introdott għall-ewwel darba r-regolament tal- goal difference. Jekk żewġ timijiet kienu jispiċċaw b'punti ndaqs fil-grupp, kellu jgħaddi t-tim li jkollu differenza ta' gowls aħjar. Dan kellu jnaqqas l-ammont ta' logħbiet żejda, biex ikunu magħrufa t-timijiet li jgħaddu mill- gruppi. Iżda avolja l-ħsieb tal-FIFA rnexxa, dan ir- regolament naqqas ħafna mill-ispettaklu tal-logħba, għaliex ħafna timijiet kienu iktar moħħhom biex ma jaqilgħux gowls milli biex jagħmluhom. Iżda sfortunatament din l-edizzjoni baqgħet imsemmija għal-logħob goff u mhux sportiv li deher. Wara li erba' snin qabel kulħadd tpaxxa bl-atmosfera ferrieħa li kien hemm waqt il-logħob, mhux l-istess jista' jingħad għal din l-edizzjoni! Bil-logħob fl-Amerika t'Isfel, il-Brażil kienu mill-ewwel tpoġġew fost il-favoriti netti għar- rebħa finali. Il-kowċ Vicente Feola kellu jirtira minħabba problemi ta' saħħa, biex postu ħadu Aymoré Moreira, li kien jiġi ħu l-plejer Zezé, li lagħab għall-Brażil fl-1954. Fl-ewwel logħba tal-grupp, il-Brażiljani ltaqgħu kontra sħabhom il-Messikani, li tawhom battikata kbira qabel rebħulhom 2-1. Wara dan kien imiss liċ- Ċekoslovakkja li kienet għelbet lil Spanja b'gowl fl-aħħar għaxar minuti minn Štibrányi. Il-bidu kien brillanti, b'Pelé devastanti, iżda wara biss ħamsa u għoxrin minuta, weġġa' u kellu jabbanduna l-logħba – u l-mundial! Iċ-Ċekoslovakki issa kellhom vantaġġ ta' plejer għall-bqija tal-logħba, għalqu l-ispazji kollha u żammew lill-Brażil f 'parità. Fl-aħħar ġurnata l-Brażil għeleb lil Spanja u allura ċ-Ċekoslovakkja għaddiet magħhom bit-tieni post minkejja telfa kontra l-Messiku. F'Arica ntlagħab il-grupp li kien fih tliet ġganti u debuttant. Il-ġganti kienu l-Urugwaj, l-Unjoni Sovjetika u l-Jugoslavja bl-aħħar tnejn jgħaddu mill-grupp. L-Urugwaj iddiżappunta ħafna meta spiċċa b'żewġ punti biss. Id- debuttanti kienu l-Kolombja – pajjiż Sud Amerikan li ftit li xejn kien instema' dwaru. Però huma ħabbtu ħafna lill-Urugwaj fl-ewwel logħba u saħansitra żammew lill- Unjoni Sovjetika f 'parità ta' 4-4 wara li anke kienu 4-1 minn taħt. Fi Grupp B mal-Ġermanja tal-Punent kien hemm ukoll l-Italja, l-Iżvizzera, u l-organizzaturi, iċ-Ċilì. Fil-logħba tal-ftuħ waslet waħda mis-sorpriżi, meta ċ-Ċilì għeleb lill-Iżvizzera fi Stadio Nacional quddiem 65,000 ruħ. L-għada l-Ġermanja u l-Italja ġew pari f 'logħba monotona li ż-żewġ timijiet aktar ma ridux jitilfu milli jirbħu. Il-Ġermaniżi reġgħu kienu protagonisti fil- logħba kontra l-Iżvizzera li kienet ikkaratterizzata minn episodju ikrah. Fil- fatt l-Iżvizzeri spiċċaw jilagħbu l-logħba kollha bi plejer inqas wara li ħmistax-il minuta mill- ftuħ, Szymaniak wettaq daħla goffa immens fuq l-attakkant Żvizzeru Norbert Eschmann u kisirlu siequ. Inevitabbilment l-Iżvizzeri batew u tilfu l-logħba b'gowl f 'kull taqsima. Il-logħob goff ikkaratterizza l-logħba bejn it-Taljani u ċ-Ċileni. Logħba mill-agħar li pproduċiet żewġ tkeċċijiet, plejer l-isptar u ħafna vjolenza. Ir-referì Ingliż Ken Aston, kien akkużat mit- Taljani li għalaq għajnejh għall-provokazzjoni taċ- Ċileni li allegatament kienu saħansitra qed jobżqu lill-plejers Taljani meta jkunu viċin. Aston ma tantx kellu għajnuna mill- assistenti tiegħu, li ma kinux indunaw bl-aktar inċident vjolenti tal-logħba, meta Leonel Sánchez deher jagħti daqqa ta' ponn qawwija fuq wiċċ Maschio li biha kisirlu mnieħru. Ferrini li b'daħla minn wara qaċċat lil Landa wara seba' minuti tkeċċa, iżda dan irrifjuta li jħalli l-piċċ, bil-logħob idum wieqaf madwar għaxar minuti, sakemm uffiċjali tal-FIFA u pulizija, ħarġu lil Ferrini 'l barra. Warajh tkeċċa sieħbu Mario David li ta bis-sieq lil Sánchez meta dan kien fl-art u ftit wara laqat lill-istess plejer biż-żarbun f 'rasu wara li għola fuqu bl-aktar mod perikoluż. Aston ma seta' jagħmel xejn aktar – f 'ħinijiet minnhom deher jinżel fl-art jissara mal- plejers biex jifridhom. B'żewġ plejers inqas, it- Taljani ċedew ħmistax-il minuta mit-tmiem. Ramírez skorja bir-ras minn kross ta' Sánchez biex Toro żied ieħor fl-aħħar minuta. B'hekk l-Italja sfat eliminata u għaddew il-Ġermaniżi u ċ-Ċileni. Grupp D jitniżżel fil-kotba tal-istorja, għaliex kien l-ewwel grupp li fih ġiet applikata r-regola l-ġdida tad-differenza ta' gowls. Dan ġara bejn l-Ingilterra u l-Arġentina li t-tnejn spiċċaw indaqs bi tliet punti. L-Arġentini fetħu tajjeb u għelbu lill-Bulgarija b'gowl skorjat minn Facundo wara erba' minuti logħob. Iżda dan ma jistax jingħad għall-Ingliżi li tilfu kontra l-Ungerija li kompliet billi għamlet ħerba sħiħa mill- Bulgarija u għelbithom 6-1. Fl-aħħar ġurnata, parità kienet biżżejjed għall- Ungerija kontra l-Arġentina, u bl-istess riżultat kontra l-Bulgarija, l-Ingliżi għaddew mill-grupp. Iżda fit-tieni fażi l-Ingilterra telgħet biex tilgħab kontra l-Brażil, li għalkemm b'Pelé barra, xorta spiċċaw rebħulhom 3-1 b'żewġ gowls ta' Garrincha, u ieħor ta' Vava. Hitchens kien għamel l-iskor parzjalment indaqs għall-Ingliżi. Logħba mistennija oħra kienet bejn il-Ġermanja tal-Punent u l-Jugoslavja, li s-Slavi rebħu kontra kull mistenni b'gowl fl- aħħar ħames minuti minn Radaković li ħasad lill- Ġermaniżi b'xutt mill- bogħod, li ħabat mal- mimduda qabel spiċċa wara Fahrian. Logħba oħra fil-Kwarti tal-Finali li spiċċat intrebħet kontra x-xejra tal-logħob kienet dik f 'Rancagua, bejn iċ-Ċekoslovakkja u l-Ungerija. Hawnhekk l-Ungeriżi ddettaw il- logħob sa mill-bidu nett iżda sabu quddiemhom tim Ċekoslovakk sod u determinat, b'Schrojf, il- gowlkiper, attent u f 'vena mill-aqwa. Ironikament, f 'ħarba rari fit-12-il minuta, kross-xutt ta' Scherer minn fuq il-lemin, spiċċa eżatt fil-kantuniera, u għeleb għal kollox lil Grosics. Iggalvanizzati minn dan il-gowl, iċ-Ċeki ddefendew bi qlubija, u għalkemm l-Ungeriżi assedjawhom, ma skorjawx. F'Arica, f 'Estadio Carlos Dittborn, intlagħbet l-aħħar minn erba' Kwarti tal-Finali. L-organizzaturi ċ-Ċilì komplew jissorprendu meta għelbu l-isfida tal-Unjoni Sovjetika. Fil-fatt iċ-Ċileni skorjaw l-ewwel gowl tagħhom minn freekick ta' Leonel Sánchez minn madwar 25 metru bogħod, wara biss ħdax-il minuta. Il-5 parti