Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 15 ta' Ġunju 2014 • Nr 400 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST Ara paġna 9 Ara paġni 4 u5 Ara l-intervista paġni 14 u 15 €654,000 għall-persuna waħda fdata u viċin il-poter L-aħħar twissija għal Farrugia €654,000. Din hija l-ispiża li nefqu gvernijiet differenti Nazzjonalisti bejn l-1999 u l-2012 f 'salarji, safar u perkaċċi oħra ta' persuna waħda biss - l-eks kelliem tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-eks direttur tal-kumitat għall-bidla għall-ewro u l-eks ċermen tal-Malta Enterprise Alan Camilleri. Matul dawn is- snin is-salarju biss ta' Camilleri żdied b'ħames darbiet. Alan Camilleri ħadem għal snin sħaħ mill-qrib ħafna tal- eks Prim Ministru Lawrence Gonzi tant li kien il-kelliem uffiċjali tiegħu kemm meta kien Ministru tal-Politika Soċjali kif ukoll meta kien Prim Ministru. Fil-fatt Camilleri beda jaħdem ma' Lawrence Gonzi fl-1999 bħala uffiċjal tal-komunikazzjoni, meta Gonzi kien għadu Ministru tal-Politika Soċjali. F'dan iż-żmien Camilleri kellu salarju ta' €13,700 fi skala 7 taċ-ċivil. Madankollu fl-2003 Camilleri ma baqax jidher bħala l-uffiċjal tal-komunikazzjoni ta' Lawrence Gonzi u minflok beda jidher li huwa Information Management Officer fil- Ministeru tal-Politika Soċjali. L-ikbar differenza kienet li f 'daqqa waħda Camilleri beda jitħallas fi skala 4 minflok fi skala 7 u s-salarju żdiedlu għal €24,000. Anki jekk fil-verità huwa baqa' jagħmel ix-xogħol ta' uffiċjal tal-komunikazzjoni. Meta fl-2004 Lawrence Gonzi sar Prim Ministru, Alan Camilleri ċċaqlaq miegħu lejn Kastilja. Huwa kien offrut kuntratt ġdid tax-xogħol kif suppost fi skala 6 bħala l-kelliem tal-Prim Ministru. Madankollu Illum huwa informat li fuq ordni mis- Segretarjat tal-Prim Ministru, Camilleri fil-verità qatt ma sarlu kuntratt mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fi skala 6. Illum huwa mgħarraf ukoll li saħansitra kien anki tħejja kuntratt li kien jonqsu biss il-firem, iżda dan baqa' qatt ma kien iffirmat. Minflok huwa żamm il- kuntratt li kellu mal-Ministeru tal-Politika ta' Information Management Officer fi skala 4. Biex b'hekk fis-sentejn li għamel bħala l-kelliem ta' Lawrence Gonzi, Alan Camilleri tħallas aktar minn €48,000, meta suppost tħallas €38,000. Illum huwa informat ukoll li kienu saru anki arranġamenti biex is-salarju t'Alan Camilleri jibqa' joħroġ mill-Ministeru tal- Politika Soċjali iżda jiġi rifuż lura mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Id-dinja ddawwar ħarsitha lejn il-Brażil Jiżdied l-abbuż fuq l-anzjani Owen Bonnici dwar il-bżonn ta' riforma fil- ġustizzja WIN A HOLIDAY TO BRAZIL PLUS MANY OTHER PRIZES TO BE WON EVERYDAY! 1.Enter the promotional code found on the back of the label. 2. Log on to pepsifootball.com.mt and follow the instructions. GEORGE Farrugia, il- persuna li ħa l-maħfra presidenzjali biex jikxef l-iskandlu ta' kif kienu jittieħdu l-commissions biex jinxtara ż-żejt mill- Enemalta, għandu jikxef kull ma jaf jekk ma jridx jirriskja li titteħidlu l-maħfra. Din it-twissija ġiet mill- Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, li f 'intervista mal-ILLUM qal li jissuspetta li Farrugia seta' ma qalx dak kollu li jaf. "Naħseb li George Farrugia ta informazzjoni importanti, iżda nissusspetta li seta' ma qalx kollox. Naħseb li Farrugia jaf li jekk ma jgħidx kollox ikun qed jirriskja, għax dik tista' twassal biex neħdulu l-proklama li ngħatatlu għal din ir-raġuni," qal il-Ministru Owen Bonnici. Mistoqsi jekk hux kuntent bil-progress li qed isir fuq din il-kwistjoni taż-żejt, Bonnici rrisponda fin- negattiv. "Nixtieq li nara aktar. Irrid nagħmilha ċara li ma rridx li jsiru witch-hunts, imma iva nixtieq nara aktar riżultati. Dan hu l-appell tiegħi lill- Pulizija." F'Jannar li għadda, waqt li George Farrugia deher quddiem il-kumitat għal kontijiet pubbliċi, Owen Bonnici – li kien qed jagħmel ħafna mill-mistoqsijiet – kien qallu għal diversi drabi li ma kienx qed ikun kredibbli u li jekk ma jgħidx il-verità kollha kien qed jirriskja li titteħidlu l-proklama. Fost l-oħrajn, Bonnici kien qal lil Farrugia li kien qed isemmi ċertu dettalji iżda "jinsa" dettalji oħra aktar kruċjali, fosthom dwar korrispondenza li Farrugia kien bagħat fl-2005. F'din l-imejl, Farrugia kien talab lil persuna oħra biex tibgħatlu l-pagamenti dwar 'il-ħaġa kbira' jew inkella Farrugia kien isib ruħu fl-inkwiet. Minkejja t-ton iddisprat fl-imejl, quddiem Bonnici, Farrugia qal li nesa għalxiex kien qed jirreferi meta qal dan. James J. Piscopo jirrapporta l-intervista f 'paġni 14 u 15 Alan Camilleri mal-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech George Farrugia jista' jitlef il-maħfra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014