Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 | illum 13 "Anton Attard qed jipprostitwixxi ruħu…" - Jason Micallef IĊĊERMEN tal-ONE TV Jason Micallef akkuża l-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard li qed "jipprostitwixxi ruħu biex jisraq" produzzjonijiet mill-mezzi tax-xandir Laburisti. Micallef qal dan ilbieraħ meta kiteb status fuq Facebook jakkuża lil Anton Attard b'ton urtat. Jidher li d-djar tal- produzzjonijiet li tellgħu l-programmi tagħhom fuq ONE TV issa applikaw biex imexxu l-programmi tagħhom għal fuq TVM. Dawn id-djar tal-produzzjoni segwew il-proċeduri normali wara li l-PBS ippubblikat is-sejħa għas-sottomissjonijiet tal- programmi. "Il- kompetizzjoni hija tajba. Iżda hija inaċċettabbli li t-televiżjoni tal-istat, jew aħjar, Anton Attard, qed jisraq it-talent u l-produzzjonijiet li hemm bħalissa fuq ONE TV" qal Micallef. L-eks segretarju ġenerali u kandidat tal-Partit Laburista jfakkar ukoll lis- segwaċi tiegħu kif Anton Attard hu l-istess wieħed li għamel żmien imexxi l-istazzjon televiżiv tal-Partit Nazzjonalista NET TV, u li kien ukoll responsabbli mil-loġistika tal-attivitajiet tal-PN sal-aħħar elezzjoni. Dan wassal biex numru ta' partitarji Laburisti kkummentaw li l-gvern tal- ġurnata għandu "jqaċċat" mill-kariga li Attard għandu fil-PBS. B'risposta għall- kummenti ta' Jason Micallef, Anton Attard ħareġ stqarrija fejn hu qal li numru ta' programmi li bħalissa jixxandru fuq ONE TV tefgħu l-applikazzjoni meta ġiet ippubblikata s-sejħa. Hu qal li l-għażla tal- programmi ssir minn Bord Editorjali mhux mill-Kap Eżekuttiv. Hu qal li l-iskeda ta' programmi tiġi approvata mill-Bord tad- Diretturi. "Jien m'avviċinajt lill-ebda programm li bħalissa jiġi mxandar minn ONE Tv biex jissottometti applikazzjoni mal-PBS." Attard għalaq l-istqarrija tiegħu billi qal "Ma nistax nifhem kif nista' ninżamm responsabbli jekk produtturi tat-TV applikaw u jridu l-programmi tagħhom jiġu mxandra fuq PBS." Anton Attard, Kap Eżekuttiv PBS MATUL il-jum tal- Ħamis ħareġ filmat video produzzjoni tas-CMRU tal- Pulizija stess. Dan il-filmat kien juri ċerta xeni dwar postijiet ta' interess fil-gżejjer Maltin u kien ippreżentat mis- Supretendent Sharon Tanti. Fil-filmat, Sharon Tanti tidher tagħti diversi pariri u suġġerimenti fosthom kif it-turisti għandhom iġibu ruħhom fit-toroq Maltin. Tanti tispjegalhom x'għandhom jagħmlu meta jmorru fuq xi bajja, biex jirrispettaw it-tabelli, kif ukoll dwar Paceville u l-alkoħol. Fi ftit ħin il-video nxtered mal-erba t'irjieħ b'kulħadd jikkummenta fit-tajjeb u fil-ħażin. Fost il-kummenti pożittivi kien hemm dawk ta' ħafna li qalu li l-filmat hu tajjeb biex jindirizza l-imġieba tal- ħafna studenti barranin li jkun hawn Malta speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. Minn naħa negattiva, ħafna kkumentaw dwar l-Ingliż mitkellem mis-Supretendent Sharon Tanti u li l-kontenut tal-filmat kien wieħed twil u negattiv u li aktar se jservi biex igerrex it-turiżmu. Il-kummenti kienu ħafna tant li wasslu biex il-filmat tneħħa lbieraħ fuq ordni tal-Ministeru tal-Intern. Iżda minkejja li l-filmat uffiċjali tneħħa, il- preżentatur John Bundy tella' kopja tal-istess filmat fuq il- YouTube tiegħu. Hu qal ukoll li dawk li maqdru l-filmat ma fehmux l-għan tiegħu, u li huma biss skużi li l-filmat hu amateur, twil wisq, jimbotta t-turisti minn Malta, iwerwer lill- istudenti, fih xeni tal-waħx, il-pronunzja tal-Ingliż mhix tajba, li ma kellhiex tagħmlu l-Pulizija u li Malta saret qisha l-Iraq. Il-vidjow tal-Pulizija dam biss ftit sigħat PROJECTS MANAGER (EU FUNDS) Supretendent Sharon Tanti, ritratt meħud mill-filmat tal-Pulizija Jason Micalled, ċermen ta' One Productions

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014