Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 39

30 illum Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja ITTMIEN Edizzjoni – Ingilterra 1966 Il-FIFA għażlet l-Ingilterra bħala organizzaturi tat-tmien edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, għaliex kienet qed tiċċelebra għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tagħha. Barra minn dan, l-Ingilterra kienet tiftaħar bl-isbaħ grawnds, b'faċilitajiet mill-aqwa għal dak iż-żmien u b'organizzazzjoni kważi perfetta. Fi Grupp A, l-Ingilterra, telgħu mal-Urugwaj, il-Messiku u Franza. Il-Franċiżi, b'tim mibdul u mimli żgħażagħ, batew ħafna u ġabru punt wieħed biss f 'parità mal- Messiku. Dawn tal-aħħar marru ftit aħjar meta kisbu parità oħra kontra l-Urugwaj, biex wittew it-triq għall-istess Sud Amerikani, li għaddew wara l-Ingliżi, li min-naħa tagħhom ma sabu l-ebda diffikultà biex jirbħu l-grupp. Anzi dan għamluh mingħajr ma sofrew gowl. Fi Grupp B il-Ġermanja tal- Punent u l-Arġentina ftit sabu diffikultà jgħaddu għat-tieni fażi. Il-Ġermaniżi, immexxijja minn Franz Beckenbauer, kienu bnew tim b'saħħtu ħafna li kellu jġibilhom ħafna glorja fis-snin ta' wara. Fl-ewwel logħba kontra l-Iżvizzera, rebħu b'faċilìtà (5-0). Ta' min jgħid li din kienet l-ewwel logħba fit-Tazza tad-Dinja għal Sigi Held li 35 sena wara kellu jsir kowċ tat-tim nazzjonali Malti. L-għada, l-Arġentini għelbu lill- Ispanjoli 2-1. Bl-istess riżultat il-Ġermanja għelbet lil Spanja. L-unika logħba minn Grupp B li fiha r-riżultat ma kienx ċert kien dik bejn l-ewwel tnejn. Il- logħba spiċċat mingħajr gowls, biex iż-żewġ timijiet għaddew mill-grupp. Grupp C ġab l-ewwel sorpriża kbira – il-Portugall, li b'sorpriża kbira, iddomina l-grupp. Fl- ewwel logħba f 'Old Trafford għelbu l-isfida tal-Ungeriżi, u mmexxija miż-żagħżugħ Eusébio, rebħu lill-Bulgarija 3-0. Min-naħa tagħhom il-Brażil bdew tajjeb ħafna b'rebħa tajba ta' 2-0 fuq il-Bulgarija, b'żewġ gowls minn freekicks. Iżda fil-15 ta' Lulju, f 'Goodison Park, waslet l-ewwel telfa għall-Brażil f 'logħba tat-Tazza tad-Dinja mill-1954 'l hawn meta tilfu 3-1 kontra l-Ungerija, bit-tieni waħda, u forsi sorpriża akbar, erbat ijiem wara meta baxxew rashom għaż-żgħożija u l-estru t'Eusébio. Il-Portugall rebaħ 3-1 biex rebaħ il-grupp bl-Ungerija jieħdu t-tieni post wara rebħa fuq il-Bulgarija. Is-Sovjetiċi ddominaw fi Grupp D. B'tim mibni fuq is-saħħa fiżika, rebħu l-logħob kollu tal-grupp u sofrew gowl wieħed biss fl-aħħar logħba kontra ċ-Ċilì. Dawn tal-aħħar kienu ferm 'il bogħod mill- wirjiet ta' 4 snin qabel u spiċċaw ankrati fl-aħħar post tal-grupp. Iżda Grupp D kellu sorpriża negattiva - l-Italja li minkejja li rebħet l-ewwel logħba kontra ċ-Ċilì 2-0, tilfet kontra l-Unjoni Sovjetika 1-0 u b'sorpriża enormi tilfet bl-istess riżultat kontra l-Korea t'Isfel u sfat eliminata. Kien żmien diffiċli għall-futbol Taljan bi xnigħat persistenti li ħafna mill-plejers u klabbs Taljani kienu qegħdin jirrikorru għal sustanzi projbiti u sew il-FIGC (Federazione Italiana Giuoco Calcio), kif ukoll il-FIFA, kienu qegħdin jinvestigaw. Fit-tieni fażi l-logħob kellu jiżvolġi f 'wieħed interessanti ferm. L-ewwel logħba laqqgħet l-Ingilterra u l-Arġentina. Il-logħba kienet l-unika waħda mill-Kwarti tal-Finali li ntlagħbet f 'Wembley Stadium, quddiem folla kbira ta' madwar 90,584 ruħ. L-Ingliżi kienu ħfief wisq għall-Arġentini, li rrikorrew għal ħafna logħob goff. Il-logħba kienet deċiża b'gowl ta' Geoff Hurst li skorja b'daqqa ta' ras Dakinhar stess l-Urugwaj tilfu kontra t-tim qawwi mill- Ġermanja meta ma sabux risposta għall-gowl kmieni ta' Helmut Haller fil-11-il minuta. Il-gowl ġie wara li Sigi Held ixxuttja b'saħħtu lejn il-lasta ta' Mazurkiewiecz bil-ballun jiġi ddevjat minn Helmut Haller biex inganna għal kollox lill- gowlkiper. It-tielet logħba mill-Kwarti tal-Finali kienet l-isbaħ waħda. Dakinhar tat-23 ta' Lulju ltaqgħu ż-żewġ debuttanti u l-ikbar żewġ sorpriżi! F'Goodison Park, quddiem folla ta' ftit aktar minn 51,000 spettatur, il-Portugall u l-Korea ta' Fuq taw wirja spettakolari ta' logħob offensiv u divertenti. Il-bidu kien elettrizzanti. Il-Koreani ħarġu b'determinazzjoni kbira u wara ftit sekondi skorja Pak Seung- Zin. Il-Koreani saħansitra skorjaw it-tieni gowl bis-saħħa ta' Li Dong-Woon. Minuta wara Yang Sung Kook skorja t-tielet ! Hawnhekk kien jeħtieġ miraklu għall-Portugall – u dan għamlu Eusébio, bil-ġiri, determinazzjoni u kariżma kbira li kellu. Eusebio daħħal lil sħabu fil-logħba b'żewġ gowls qabel tmiem l-ewwel taqsima. Eusébio ġab l-iskor indaqs minn penalti li sar fuqu stess fil-55 minuta, u ta vantaġġ lill-Portugall tliet minuti wara, b'xutt fuq il-ġirja. Il-Portugall għalaq il-logħba 5-3 bl-aħħar gowl ta' Augusto fit-78 minuta. L-aħħar logħba tal-Kwarti tal- Finali kienet waħda missielta wkoll, u laqqgħet lis-Sovjetiċi u l-Ungeriżi. Is-Sovjetiċi kienu l-aħjar u dehru li kienu studjaw lill-avversarji tagħhom sewwa, u ma kinetx sorpriża li skorjaw kmieni permezz ta' Chislenko. Żewġ minuti fit-tieni taqsima u s-Sovjetiċi rduppjaw. Din id- darba kien Porkujan li għeleb lil Gelei minn korner. Tliet minuti wara, l-Ungerija skorjat il-goal tal-bandiera permezz ta' Bene. Fis-semi finali, l-Unjoni Sovjetika sabet lill-Ġermaniżi ta' Franz Beckenbauer. L-ewwel gowl tal-Ġermaniżi wasal meta Scnellinger ġera tul il-linja u tefa' kross perfett lejn l-istess Haller li għeleb lil Yashin. Il-Ġermaniżi li skorjaw it-tieni wieħed, biex serrħu rashom. Kien il-captain twil u eleganti Franz Beckenbauer li b'xutt bid-dawra minn freekick barra l-kaxxa għeleb lill-barriera u lill-gowlkiper Yashin. Fl-aħħar ħinijiet Porkujan skorja, iżda ma żammx lill-Ġermaniżi milli jagħmulha sal-finali wara tnax- il sena. Fis-semifinali l-oħra, l-Ingilterra ħaditha mal- Portugall t'Eusébio, rivelazzjoni ta' din il-kompetizzjoni. Il- logħba ntlagħbet f 'Wembley Stadium quddiem folla ta' 'l fuq minn 94,400 ruħ, rekord għal din l-edizzjoni. L-eroj għall- Ingliżi kien Bobby Charlton li poġġa lill-Ingliżi gowl minn fuq fl-ewwel taqsima. Kien Ray Wilson li fit-30 minuta ta pass intelliġenti lejn Hunt li xxuttja mill-ewwel lejn Periera li salva iżda ma żammx biex Bobby Charlton, bil-kalma kollha, qabbeż il-ballun bil- mod fix-xibka. Ħdax-il minuta mit-tmiem, l-Ingliżi skorjaw it-tieni gowl permezz ta' Bobby Charlton li għeleb lil Periera b'xutt mill-isbaħ. Il-Portugiżi naqqsu l-iskor permezz ta' penalti wara li Jackie Charlton tajjar il-ballun b'idu! Mill-ħdax- il metru Eusébio skorja, iżda dan kienx biżżejjed u l-Ingliżi kienu fl-ewwel finali tagħhom, f 'pajjiżhom. Eusébio u sħabu pattew xi ftit għad-diżappunt tas-semifinali mitlufa billi rebħu l-logħba għat-tielet u r-raba' post kontra l-Unjoni Sovjetika. Dakinhar Eusébio skurja r-raba' penalti tiegħu u d-disa' gowl personali f 'din l-edizzjoni. It-tieni gowl għall-Portugall skurjah Torres żewġ minuti mit-tmiem, wara li Malafeyev kien ġab parità tard fit-tieni taqsima għall-Unjoni Sovjetika. Il-6 parti Il-captain Ingliż Bobby Moore bit-trofew merfugħ minn sħabu wara l- nali tal-1966 Il-goalkeeper leġġendarju Russu, Lev Yashin, fl-azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014