Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854
Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 | illum 29 SPORTSillum Ġermanja .................2 Ghana ......................2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT ILĠERMANJA ġiet miżmuma f 'parità ta' 2-2 mill-Ghana f 'riżultat li jista' jitqies bħala wieħed iktar favorevoli għall- Ghana, hekk kif ilkoll nafu li l-Ġermanja tippossjedi skwadra ferm b'saħħitha, mimlija bi plejers ta' klassi u fama mondjali u li hija meqjusa bħala waħda mill- favoriti li tirbaħ it-Tazza tad-Dinja nhar it-13 ta' Lulju. Fit-33 minuta l-Ghana resqu viċin li jiftħu l-iskor permezz tal-plejer li jilgħab ma' AC Milan fl-Italja, Sulley Muntari, li ra x-xutt tiegħu mid-distanza jiġi milqugħ tajjeb minn Manuel Neuer li iżda ma żammx. Il-Ġermanja fetħu l-iskor fil-51 minuta permezz ta' Gotze li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jaħbat ma' rkobbtu qabel ma ħabat mal-plejer tal-Ghana, Dauda, biex intemm fix-xibka. Il-Ghana wettqu reazzjoni immedjata u ma damux ma ġabu l-iskor indaqs meta tliet minuti biss wara Harrison Affula għadda tajjeb lejn Ayew li għola tajjeb u eżattament minn ħdejn il-penalty spot tefa' ġewwa biex b'hekk irnexxielu jsib ix- xibka fil-50 dehra tiegħu bil- flokk nazzjonali tal-Ghana. U propju disa' minuti wara l-Ghana rnexxielhom jaqilbu l-iskor favurihom meta Gyan avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta' xutt mill-isbaħ tefa' fix-xibka biex tefa' lill- partitarji tal-Ghana f 'delirju ta' ferħ. Iżda huma ma tantx damu jgawdu dan il-vantaġġ hekk kif il-Ġermaniżi ġabu l-iskor indaqs fil-71 minuta permezz ta' Miroslav Klose li kien ilu fl-azzjoni għal biss ftit minuti u mill-viċin tefa' ġewwa wara li rċieva minn korner mogħti tajjeb. Permezz ta' dan il-gowl Klose laħaq lill-eks attakkant Brażiljan Ronaldo fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers f 'edizzjonijiet diversi tat- Tazza tad-Dinja bi 15-il gowl. Ġermanja - Neuer, Howedes, Hummels, Khedira (Schweinsteiger 70'), Ozil, Muller, Lahm, Martesacker, Kroos, Gotze (Klose 69'), J. Boateng (Mustafi 46') Ghana - Dauda, Gyan, Atsu (Wakaso 72'), K. P. Boateng (J. Ayeu 52'), A. Ayew, Muntari, Rabiu (Badu 78'), Jonathan, Asamaoah, Boye, Harrison Referee - Sandro Ricci (BRA) MARIO GOTZE Twieled fit-3 ta' Ġunju 1992 fil- Ġermanja F'din il-logħba, lagħab 69 minuta, kellu 41 pass effettiv, żewġ xuttijiet indirizzati lejn il-lasta waqt li skorja l-ewwel gowl Ġermaniż Jilgħab ma' Bayern Munich wara li ngħaqad magħhom mingħand ir-rivali, Borussia Dortmund Nofs żelqa għall-Ġermanja