Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 39

28 illum Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum SPORTSillum Arġentina ................1 Iran ........................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT ILFENOMENU Arġentin Lionel Messi kien l-eroj assolut għall-Arġentina meta skorja l-gowl uniku fir-rebħa minima ta' 1-0 li l-Arġentinjani kisbu fuq l-Iran, bil-gowl jasal fid- 92 minuta. L-Iran dehru li kienu se jissorprendu bil- kbir meta sa ftit minuti mit- tmiem kienu qed iżommu f 'parità ta' mingħajr gowls lit-tim nazzjonali ferm u ferm superjuri tal- Arġentina li fil-formazzjoni tagħhom jinkludu plejers ta' fama u klassi mondjali bħal m'huma Messi, Higuain, Di Maria, Zabaleta, Lavezzi, Rodrigo Palacio u Sergio Aguero. Permezz ta' din ir- rebħa l-Arġentina għaddew għal mal-aħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja. Dawn iż-żewġ nazzjonijiet kienu ltaqgħu darb'oħra lura fl-1977 f 'logħba ta' ħbiberija li kienet intlagħbet fis- Santiago Bernabeu f 'Madrid fi Spanja. Dakinhar il-logħba kienet intemmet ukoll f 'parità – din id-darba ta' 1-1. Għalkemm l-Arġentina ħolqu bosta okkażjonijiet ta' skor kienu l-Iran l-iktar li resqu viċin fis-67 minuta meta l-goalkeeper Arġentin Romero wettaq save kbir billi dawwar f 'korner, tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Dejagah wara li kien irċieva minn kross tajjeb. Fit-73 minuta tentattiv minn freekick ta' Messi ħabat ma' barra tax-xibka. L-Arġentini komplew jattakkaw fit-tenattiv ovvju tagħhom li jiftħu l-iskor u żewġ minuti biss wara xutt fil-baxx ta' Di Maria ġie milqugħ minn mal-art minn Haghighi mingħajr wisq diffikultà. Fis-86 minuta l-Iran tilfu ċans tad- deheb li jmorru fil-vantaġġ meta Reza avvanza tajjeb qabel ra lill-goalkeeper u protagonista Arġentin, Romero, jimpedixxilu milli jsib ix-xibka billi salva tajjeb wara li ntefa' minn tulu. Fit-92 minuta wasal il-gowl tant mistenni mill- Arġentina permezz tas-solitu Lionel Messi li vvinta gowl mill-isbaħ billi qabeż plejer avversarju qabel permezz ta' xutt mid-distanza spara fir- rokna tax-xibka. Arġentina - Romero, Garay, Zabaleta, Gago, Di Maria, Higuain (Palacio 76'), Messi, Mascherano, Rojo, Fernandez, Aguero (Lavezzi 76') Iran - A. Haghighi, Haji Safi (R. Haghighi 88'), Hosseini, Amirhossein, Nekounam, Masoud (Heydari 76'), Andranik, Montazeri, Reza, Dejagah (Alireza 85'), Mehrdad Referee - Milorad Mazic (SRB) Lionel Messi Twieled fl-24 ta' Ġunju 1987 fl-Arġentina Rebaħ il-Ballun tad-Deheb għal erba' snin konsekuttivi Jilgħab ma' Barcelona u huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol mondjali f'kull żmien Skorja l-gowl uniku Arġentin fit-92 minuta li fisser il-kwalifikazzjoni tal- Arġentina għal mal-aħħar 16 Sa issa Messi skorja żewġ gowls f'din it-Tazza tad-Dinja fil-Brażil Messi l-eroj assolut r-rebħa minima tal-Arġentina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014