Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854
Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 | illum 25 Kummercjali L-Air Malta tirbaħ l-ewwel turnament tal-volleyball għall-impjegati LIMPJEGATI tal-Air Malta kienu r-rebbieħa tal-ewwel turnament tal-volleyball organizzat mill-Malta Employees Sports Association (MESA). Huma rebħu l-logħob tagħhom kollu biex b'hekk ħadu l-kampjonat. Ħadu sehem sitt timijiet: l-Air Malta, l-Università ta' Malta, il-Bank Ċentrali, l-Isptar Mater Dei u żewġ timijiet mill-Forzi Armati ta' Malta (AFM). "Nixtiequ nifirħu lill-Air Malta talli kienu l-ewwel tim li rebaħ dan it-turnament, u nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lit-timijiet kollha li pparteċipaw, li mingħajrhom it-turnament ma kienx isir," qal is-Segretarju tal-MESA, Mario Saliba. "Kienet esperjenza sabiħa ħafna għalina, b'mod speċjali f 'dak li jirrigwarda l-għaqda li nbniet bejn it-tim u l-fatt li ltqajna ma' impjegati minn kumpaniji oħrajn. Hija dejjem xi ħaġa sabiħa li ssir taf lill-kollegi tiegħek wara ġurnata sħiħa kkakkmati fl- istess uffiċċju. Il-fatt li rbaħna t-turnament ressaqna aktar qrib ta' xulxin," qal il-kaptan tat-tim tal-Air Malta, il-First Officer Josef Pirotta. Il-logħob intlagħab fil- Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop, bil-kollaborazzjoni tal- Kunsill Malti għall-Isport. It-turnament kien organizzat mill-Malta Employees Sports Association (MESA), entità governattiva u parastatali. Il-MESA torganizza wkoll avvenimenti sportivi oħrajn inklużi l-futbol, il-billiards, l-isnooker, id-darts, il- bowling, it-table tennis u l-ġiri. L-impjegati tal-Air Malta, ir-rebbieħa tal-ewwel turnament organizzat mill-MESA HSBC Malta jieħu sehem fid-Demo-EV HSBC Bank Malta ttestja karozza b'batterija elettrika (BEV) bħala parti mill-EU Life+ Demo EV. Il-proġett, immexxi mill-Ministeru għat- Trasport u l-Infrastruttura, jimmira li jxerred aktar għarfien dwar karozzi elettriċi f 'Malta billi jipprovdi vetturi elettriċi għal trial drives, jinġabar tagħrif importanti dwarhom, jagħti aktar informazzjoni lill-pubbliku, u jkun installat EV charging network madwar Malta kollha. HSBC ittestja Renault Fluence ZE għal perjodu ta' xahrejn. Matul dan il-perjodu, il-Bank ta l-opportunità lil kemm jista' jkun persuni, speċjalment impjegati tiegħu, biex jsuqu karozza bħal din u jgawdu minn vjaġġ silenzjuż. Madwar mitt persuna, minn adulti bil-familja sa inġiniera u mekkaniks tal- karozzi professjonali, ħadu din l-opportunità. Matul il-perjodu ta' prova, il-karozza nstaqet għal distanza ta' aktar minn 2,500 kilometru. Kien hemm kummenti pożittivi dwar il-karozza u dawn varjaw minn kemm ma tipproduċix emissjonijiet, għal kemm il-mutur hu silenzjuż, minn kemm hi komda, kif ukoll dwar il-prestazzjoni b'saħħitha tagħha. Skont statistika miġbura mill-HSBC waqt il-perjodu ta' prova, din il-vettura elettrika kopriet madwar 130 kilometru fuq charge sħiħ u tieħu madwar għaxar sigħat biex il-batteriji tagħha jerġgħu jiċċarġjaw kompletament meta tkun qed tiċċarġja minn socket fid-dar. Il-batteriji jiċċarġjaw iktar malajr jekk ikunu pplaggjati ma' waħda mill-mitt charging point installati madwar Malta u Għawdex. L-emissjonijiet tad-CO2 iġġenerati biex persuna tiċċarġja l-karozza elettrika huma ekwivalenti għal 113 gramma għal kull kilometru meta mqabbla ma' 150 gramma għal kull kilometru għal karozza ekwivalenti iżda b'magna petrol. Bl-iżviluppi mistennija għal ġenerazzjoni ta' enerġija, l-impronta tal- karbonju ta' karozzi elettriċi ser ikunu ferm inqas minn dan. Dan il-fatt juri kemm hi żbaljata l-idea li karozzi elettriċi għandhom l-istess impronta tal-karbonju bħal karozzi b'magni ta' kombustjoni interna (internal combustion engine - ICE). Ir-Renault Fluence ZE li kienet ittestjata minn impjegati tal-HSBC Malta