Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 39

26 illum | Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 Kummercjali HSBC Contact Centre joffru taħriġ fil-karrieri bankarji HSBC UK Contact Centre Malta qed jikkollabora ma' diversi Kunsilli Lokali f ' diversi lokalitajiet biex jagħmel sessjonijiet ta' informazzjoni dwar opportunitajiet ta' xogħol. Waqt dawn is-sessjonijiet, Maltin u barranin li jafu tajjeb bl-Ingliż u għandhom ħiliet fl- IT huma mħeġġa jagħmlu użu minn din l-opportunità unika li toffri taħriġ professjonali, progress fil-karriera u ambjent ta' xogħol motivat u soċjevoli. Qed jingħata wkoll tagħrif dwar il-Contact Centre li jinsab is-Swatar, kemm dwar ix-xogħol innifsu kif wkoll dwar il-benefiċċji li joffri mpjieg mal-HSBC. Il-persuni magħżula ser jingħataw 13 il-ġimgħa ta' taħriġ full time, liema taħriġ ikabbar l-għarfien tas-servizzi u prodotti offruti mill-HSBC. Dan iservi bħala bażi biex individwu jiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħu jew tagħha bi prospetti varji ħalli javvanza fl-HSBC Contact Centre f 'Malta kif ukoll fir-Renju Unit. Bħalissa ċ-Ċentru għandu iktar minn 400 impjegat li jipprovdu assistenza permezz tat-telefon jew internet banking lil min għandu kont fir-Renju Unit. B'riżultat dirett tas- suċċess taċ-ċentru, qed inżidu l-impjegati hawn Malta. Apparti milli jifhmu u jitkellmu tajjeb bl-Ingliż u jkollhom ħiliet tajbin fl-IT, m'hemm l-ebda bżonn ta' kwalifiki speċifiċi oħra għall- impjieg mal-HSBC Contact Centre. Min jixtieq aktar tagħrif dwar prospetti ta' xogħol maċ-Ċentru jista' jikkuntattja lil Fabianne Galea, HR and Recruitment Manager fuq 23208130. Farsons - sena ta' kummerċ u investimenti profittabbli ILGRUPP Farsons tejjeb il-profittabiltà tiegħu matul is-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Jannar 2014 b'riżultat ta' titjib kontinwu fl-operat tiegħu bl-impenn tal-grupp li jipproduċi prodotti ta' klassi dinjija bl-aktar mod effiċjenti possibbli. Barra minn hekk, Farsons jinsab miexi tajjeb skont programm strateġiku ta' investiment ta' diversi miljuni ta' Ewro. Dan intqal mis-Sur Louis A. Farrugia waqt l-indirizz tiegħu bħala Chairman tal-Grupp matul is- 67 Laqgħa Ġenerali Annwali ta' Simonds Farsons Cisk plc li saret f 'Palazzo Parisio, in- Naxxar. Is-Sur Farrugia qal: "Filwaqt li l-investiment sinifikanti ta' €12.5 miljun fil-Brewhouse l-ġdida inawgurata fl-2012 qed jagħtina riżultati tajbin, ix-xogħol diġà beda fuq il-bini ta' faċilità ġdida għall-ippakkeġġjar tal- birra b'investiment ieħor ta' €27 miljun. Dan il-proġett mistenni jitlesta f 'April 2016." Meta tkellem dwar il- prestazzjoni tan-negozji u l-brands tal-grupp, is-Sur Norman Aquilina, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Farsons, qal: "Minkejja ambjent ferm kompetittiv, il-grupp irreġistra sena oħra tajba bil- qliegħ qabel it-taxxa jkun ta' aktar minn €6.8 miljuni. Dan jaqbeż dak tas-sena ta' qabel b'aktar minn 6%. Il-bejgħ (turnover) tal-grupp żdied bi 2% biex issa reġa' laħaq ċifra rekord ta' ftit inqas minn €79 miljun." Farsons ser ikompli jsaħħaħ l-istrateġija doppja ta' tkabbir permezz tal-innovazzjoni u l-esportazzjoni, filwaqt li jagħmel dawk l-investimenti strateġiċi meħtieġa, u jalloka riżorsi xierqa. Dan ser jiżgura li l-grupp Farsons ikompli jespandi bħala kumpanija ta' suċċess b'sidien Maltin u li għandha aspirazzjonijiet ta' BRUSSELS Airlines, l-ikbar linja tal-ajru Belġjana, intlaqgħet b'arkata ta' ilma waqt l-ewwel inżul tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar. Il-passiġġieri fuq l-ajruplan wara ntlaqgħu minn grupp ta' żeffiena, libsin il-kostumi tradizzjonali Maltin, li tawhom il-fjuri bħala ġest ta' merħba. Abbord fuq din l-ewwel titjira kien hemm l-Ambaxxatur ta' Malta fi Brussell, l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Ray Azzopardi, u l-Viċi President tal-Brussels Airlines għar-relazzjonijiet mal-mezzi tax-xandir, is-Sur Geert Sciot. Il-linja tal-ajru, ibbażata fl-ajruport ta' Brussell, għażlet lil Malta bħala parti mill-espansjoni tagħha ta' destinazzjonijiet Ewropej u se ttir darbtejn fil-ġimgħa direttament lejn u mill- Ajruport Internazzjonali ta' Malta kull nhar ta' Ġimgħa u l-Ħadd. Brussels Airlines, li għandha madwar 60 destinazzjoni fl-Ewropa, kif ukoll titjiriet long-haul għal destinazzjonijiet Afrikani, New York u Washington DC fl-Istati Uniti, issa qed toffri network eċċellenti għal destinazzjonijiet biex minn pajjiż wieħed imur f 'ieħor. Brussels Airlines ilha tirreġistra żieda fil-passiġġieri għal dawn l-aħħar tliet snin li sas-sena l-oħra laħħqu l-€5.88 miljun. Brussels Airlines tinawgura l-ewwel titjira għal Malta L-ewwel ajruplan ta' Brussels Airlines intlaqa' minn arkata bl-ilma fl-ajruport internazzjonali ta' Malta Il-proġett li jmiss hu bini ta' faċilità għall-ippakkeġġjar tal-birra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014