Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854
4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt INNUMRU ta' studenti barranin li ġejjin Malta biex jitgħallmu l-Ingliż din is-sena mistenni jkun aktar minn dak tas-sena l-oħra. F'kummenti lil din il- gazzetta, il-federazzjoni tal- iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż lil barranin (FELTOM) qalet li s-sena 2014 diġà ħalliet riżultati aktar pożittivi mis- sena preċedenti meta tqis li n-numru ta' studenti li jiġu matul il-bqija tas-sena żdied. Rigward l-istaġun tas-sajf, hemm potenzjal li anke dan jesperjenza żieda fin-numru ta' studenti iżda dan it-tkabbir jista' jkun wieħed limitat ħafna, meta tqis in-numru kbir li diġà jiġu fis-sajf. Skont statistika tal-NSO, 75,000 student żaru Malta matul l-2013, tnaqqis ta' 8% meta kkumparat mas-sena ta' qabel. Wieħed minn kull erba' studenti jżur Malta matul ix-xahar ta' Lulju, filwaqt li Diċembru jibqa' l-aktar xahar kwiet għal din l-industrija. "Il-bilingwiżmu f 'Malta jibqa' vantaġġ kruċjali iżda l-kompetizzjoni tibqa' b'saħħitha. Għalhekk Malta qed tipprova tistabbilixxi ruħha f 'niċeċ partikolari, fosthom l-istudenti 'maturi' u t-tagħlim tal-Ingliż għal suġġetti partikolari," qalet kelliema għal Federazzjoni. Mill-75,000 student li żaru Malta s-sena l-oħra, kważi SEJĦA GĦAL APPLIKAZZJONIJIET JOB COACHES' GĦALL-PROĠETT TAL-FSE 3.113, 'SUPPORTED & SHELTERED EMPLOYMENT TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING RDPs' TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING RDPs' MPO Reference No: MPO98/2005/09 ETC Permit No: 97/2014 Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tfittex persuni motivati u lesti biex jidħlu għal impenn ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. Il-persuni magħżula se jkunu impjegati bħala 'job coaches' biex jagħtu taħriġ, għajnuna u appoġġ lill-persuni b'diżabbiltajiet differenti. Huma se jkunu impjegati fuq bażi ta' kuntratt definit taħt il-proġett tal-Fond Soċjali Ewropew 'Supported and sheltered employment training for disadvantaged groups including RDPs'. Matul ix-'Sheltered Employment Training', il-Korporazzjoni se tagħti taħriġ lill-persuni b'diżabbiltajiet differenti bil-għan li dawn itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu f'impjieg. Il-programm se jinkludi taħriġ prattiku f'setturi differenti tas-suq tax-xogħol u żjajjar f'postijiet differenti tax-xogħol. L-applikanti għandhom ikollhom minn tal-anqas tlett 'O' levels (minn gradi 1 sa 5 jew A sa C) u sena esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`, JEW l-'MCAST Foundation Certificate in Care' jew ekwivalenti f'termini ta' livell u kontenut tal-kors, JEW minn tal-anqas tlett snin esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. L-applikanti għandhom ikunu litterati fit-teknoloġija tal-informatika u kapaċi jikkomunikaw tajjeb kemm bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliż. L-esperjenza ta' xogħol trid tkun verifikata b'ittra ta' referenza jew b'kopja tal-Formola tal-Bidu tal-Impjieg tal-ETC. L-ismijiet ta' żewġ persuni li jistgħu jitkellmu għall-applikanti għandhom ikunu sottomessi mal-ittra t'applikazzjoni. Persuni interessati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni, flimkien ma' CV dettaljata, bil-posta reġistrata jew bl-idejn lil: L-Aġent Kap tad-Dipartiment People Management & Corporate Services Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Uffiċċju Prinċipali Ħal Far BBG 3000 L-applikanti għandhom jikkwotaw il-kodiċi HR/04/14 fl-ittra t'applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Korporazzjoni sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 30 ta' Ġunju 2014. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu rikonoxxuti u se jkunu trattati bl-akbar kunfidenzjalita`. Is-CVs tal-applikanti se jinżammu mill-ETC għal referenza futura. Dawk l-individwi li ma jixtiequx li s-CV tagħhom tinżamm mill-ETC għandhom jibagħtu ittra fuq l-indirizz t'hawn fuq u jirċievu lura s-CV tagħhom wara l-proċess ta' reklutaġġ. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett ko-nanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Ko-nanzjament: 85% Fondi UE, 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek It-tkabbir tas-sider f 'pajjiżna beda 30 sena ilu INNATURA ma tidħaqx lil kulħadd l-istess. Filwaqt li ssib min jaċċetta d-differenzi tiegħu, għal oħrajn id-dehra tagħhom hija tant importanti li jaslu jagħmlu minn kollox sabiex jiddrittaw dak li hu mgħawweġ jew ikabbru dak li hu ċkejken. U hawn jidħol il-qasam mediku, partikolarment il-kirurġija li għamlet avvanzi kbar matul is-snin inkluż fil-kirurġija kożmetika. L-ewwel operazzjonijiet tat- tkabbir tas-sider f 'pajjiżna bdew isiru madwar tletin sena ilu u li dak iż-żmien ma kien jissemma xejn fuq tali operazzjonijiet. Il-kirurġija kożmetika llum żviluppat f 'industrija speċjalizzata li tiġġenera biljuni ta' Ewro fis-sena. Il-Maltin mhux qed joqogħdu lura anqas u ta' kull sena qed isiru diversi interventi fuq pazjenti Maltin. Fost l-aktar interventi popolari hemm it-tkabbir tas-sider, tranġar tal-imnieħer, tneħħija ta' xaħam permezz ta' 'liposuction' jew inkella qtugħ ta' laħam żejjed taħt iż-żaqq, operazzjoni magħrufa bħala 'tummy tuck'. U l-Maltin magħrufin li jfittxu l-aħjar prezzijiet, tant li qed joħorġu wkoll barra minn xtutna biex jagħmlu interventi kirurġiċi kosmetiċi. Dan qed isir wara li jagħmlu riċerki fuq l-internet u jsibu prezzijiet li huma orħos minn Malta f 'pajjiżi bħat-Turkija u t-Tajlandja. Fost dawn hemm personalitajiet magħrufa Maltin. Qed ngħixu f 'dinja fejn kulħadd irid jidher aħjar u jnaqqas is-snin minn fuqu iżda ta' min wieħed jinnota li mhux kull intervent dejjem ikun suċċess. Għalkemm l-avvanzi fil-kirurġija qed jagħmluha aktar faċli għal pazjent, xorta jibqa' l-fatt li ma' kull operazzjoni hemm ċerta riskji li jistgħu anke jkunu serji. Il-pazjent dejjem għandu jkun ċert minn dak li se jagħmel u jinforma ruħu sew dwar xi kumplikazzjonijiet u perjodu meħtieġ ta' konvalexxenza marbuta ma' kull operazzjoni. Għax finalment, mhux kulħadd ħareġ jippoża wara operazzjoni u jgħajjat arani issa! Tkompli minn paġna 1 Aktar studenti barranin mis-sena li għaddiet Statistiċi relevanti 75,000 student żaru Malta s-sena li għaddiet. L-2012 kienet l-aktar sena ta' suċċess fl-aħħar ħames snin, b'aktar minn 81,000 student. L-aħħar darba li ġie reġistrat tkabbir fin-numru ta' studenti għal sentejn konsekuttivi jmur lura għal 2007-2008. Fl-2013, dan is-settur impjega kważi 2,200 persuna fosthom 1,500 għalliem. 43% tal-għalliema kienu żgħażagħ ta' bejn 16 u 24 sena, il- maġġoranza tagħhom impjegati fuq bażi part-time. Kważi sitta minn kull għaxar studenti kienu nisa. 30% tal-istudenti kienu żgħażagħ bejn 18 u 25 sena. Is-suq Russu kien l-aktar wieħed li ġab studenti ta' taħt il-15-il sena fl-2013, b'aktar minn 3,700 student. Is-sena l-oħra l-istudenti qattgħu total ta' kważi 234,000 ġimgħa f 'Malta, b'medja ta' aktar minn tliet ġimgħat għal kull student. Il-Koreani kienu l-aktar li damu, b'medja ta' aktar minn 14-il ġimgħa f 'pajjiżna. Saħansitra Maltin qed imorru barra minn Malta għal din il-kirurġija