Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 | illum 5 13,400 minnhom kienu ta' nazzjonalità Taljana. Isegwu r-Russi, l-Ġermaniżi u l-Franċiżi. "Għalkemm is-suq Ewropew jibqa' dak l-aktar importanti, Malta qed jirnexxielha tiġbed lejha studenti minn swieq oħra. Eżempju studenti mir-Russja u lejn il-Lvant qed jiżdiedu, dan jgħodd ukoll għal studenti mill-Amerika t'Isfel u mill-Ażja," ssuktat tgħid il-kelliema tal-FELTOM. Hi żiedet tgħid li fost l-oħrajn, titjib fil-proċeduri tal-VISA u għal permessi temporanji ta' residenza kienu kruċjali biex Malta ssir aktar attraenti għal dawn is-swieq. "Barra minn hekk, flimkien mal-MTA nedejna kampanja ta' riklamar f 'dawn ir- reġjuni li qed iħallu riżultati nkoraġġanti ħafna." Sfortunatament, fl-aħħar snin numru ta' studenti barranin tilfu ħajjithom wara li kienu involuti f 'inċidenti fatali. Uħud minnhom inċidenti tat- traffiku, u oħrajn ikkawżati minn xorb eċċessiv ta' alkoħol. Mistoqsija jekk il-FELTOM ħaditx aktar prekawzjonijiet dwar dan, il-kelliema qalet biss li Malta rnexxielha tibni reputazzjoni bħala destinazzjoni sigura u li se tikkollabora mill-qrib mal- awtoritajiet biex tiżgura li din ir-reputazzjoni ma tiġix imtappna. "Fost l-oħrajn, il- Federazzjoni organizzat diversi avvenimenti popolari fejn l-alkoħol mhux permessibbli biex l-istudenti jiddevertu f 'ambjent sigur. Ħdimna wkoll id f 'id mal-pulizija biex ngħinu f 'inizjattivi edukattivi li ħa l-korp, indirizzati lejn turisti żgħażagħ." Fil-preżent hawn madwar 40 skola, b'għoxrin minnhom li huma akkredidati mill- federazzjoni. Dawn ikunu spezzjonati b'mod frekwenti speċjalment fuq il-mod ta' tagħlim, fuq l-ambjent tal-iskejjel u l-kuntentizza tal-istudent, biex jiġi żgurat li l-iskejjel qed jilħqu l-aspettattivi u jżommu ċertu livell ta' kwalità. Aktar studenti barranin mis-sena li għaddiet Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014