Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854
32 illum Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum Camilleri u Zahra rebbieħa l-Motocross u Enduro TMIEM il-ġimgħa li għaddiet kien wieħed impenjattiv għall- Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi fejn is-Sibt u l-Ħadd 14 u 15 ta' Ġunju l-ASMK organizzat l-aħħar attivitajiet bil-muturi mis-Sezzjonijiet Enduro u Motocross. Is-Sibt tard waranofsinhar l-ASMK organizzat l-aħħar attività Enduro fil-Barriera ta' Wied Inċita f 'Ħ'Attard. Din it-tiġrija Enduro fil- barriera tfasslet fuq korsa twila 3.7 kilometri u ħadu sehem numru ta' kompetituri maqsuma fit-tliet klassijiet, dawk taħt it-250cc, iktar minn 250cc u sezzjoni għat- Trials. Fi Klassi A li tilqa' fiha l-kompetituri b'muturi ta' ċilindrata sa 250cc rajna lil James Zahra fuq mutur Yamaha li kellu taqtigħa kbira ma' Joseph Scicluna fuq mutur Honda. Scicluna rreġistra l-ewwel l-aħjar ħin f 'din il-klassi ta' 5 minuti 52.32 sekondi iżda dan kien megħlub minn Zahra li tejjeb il-ħin tiegħu fit-tieni Heat meta rreġistra l-aħjar ħin ta' 5 minuti 34.90 biex spiċċa rebaħ din il-klassi A. Zahra reġa' kien segwit minn Scicluna li wkoll fit-tieni Heat irnexxielu jtejjeb il-ħin tiegħu, dak ta' 5 minuti 43.55 sekondi u għalaq il-ġurnata fit-tieni post. It-tielet post intrebaħ minn Ian Scicluna fuq mutur Honda b'ħin ta' 6 minuti 7.92 sekondi. Fil-Klassi B jikkompetu kompetituri b'muturi ta' ċilindrata ikbar minn 250cc. Din il-klassi hija ddominata minn Matthew Gauci fuq Mutur KTM 300cc 2T. Dan mill-ewwel irreġistra ħin tajjeb ta' 5 minuti 42.59 sekondi fejn kompla itejjeb il-ħin tiegħu fit-tieni heat tal-ġurnata fejn irnexxielu jispiċċa l-korsa bl-aħjar ħin tiegħu ta' 5 minuti 35.86 sekondi segwit minn Alex Sant Fournier fuq mutur KTM bl-aħjar ħin tiegħu ta' 5 minuti 55.55 sekondi. It-tielet post intrebaħ minn Matthieu Solomon fuq mutur KTM li rreġistra ħin ta' 5 minuti 55.75 sekondi. Fi Klassi Ċ li laqgħet fiha l-muturi kollha trials rajna lil Andrew Albanozzo fuq mutur Montesa li rebaħ din il-klassi bl-aħjar ħin tiegħu ta' 6 minuti 26.58 sekondi segwit minn Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas b'ħin ta' 8 minuti 10.60 sekondi. L-overall fil-ġurnata għal darb'ohra kien James Zahra li rebaħ u rreġistra l-aħjar ħin ta' 5 minuti 34.90 sekondi. Matthew Gauci spiċċa jikkuntenta bit-tieni post b'differenza minima ta' 0.96 ta' sekonda. Wara dan ir-riżultat Zahra sar l-ewwel champion tal-Moto Enduro Clayton Camilleri segwit minn Paul Muscat fuq muturi KTM Parteċipazzjoni rekord fil-Kampjonati tat-Triathlon ILKAMPJONATI Garmin Malta Long Distance Triathlon ta' din is-sena kellha l-ikbar ammont ta' atleti jipparteċipaw fl-unika triathlon long distance f 'Malta. It-triathlon, li kienet tikkonsisti f 'għawma ta' 1.9km, tellieqa bir-roti ta' 90km u ġirja ta' 21km, saret f 'Birżebbuġa f 'kundizzjonijiet li jitqiesu bħala l-agħar f 'dawn l-aħħar snin, speċjalment għal dan iż-żmien tas-sena. Madankollu t-tellieqa kienet battalja iebsa mill-bidu sal-aħħar bi spettaklu tajjeb minn xi atleti veterani u tellieqa determinati minn ġenerazzjoni ġdida ta' triatleti. It-tellieqa kellha wkoll parteċipazzjoni internazzjonali b'saħħitha b'14-il atleta ġejjin minn Brighton, l-Ingilterra. Peress li r-rebbieħ maskili tas-sena l-oħra, Rudolph Agius u l-kandidat li l-aktar li kellu potenzjal biex joħodlu postu, Fabio Spiteri, ma kinux qed jipparteċipaw, kien hemm ġlieda qawwija għat-titlu rebbieħ għal din l-isfida. L-ewwel mill-baħar imqalleb kien il-veteran Joseph Cremona (Birkirkara St Joseph), li wara minn brejk twil mill-isport, din is-sena rritorna fix-xena tat-tlielaq endurance, li kopra għawma ta' 1.9km f '31 minuta 27 sekonda biss. It-tieni barra mill-ilma kien l-atleta veteran Nicky Farrugia, u warajh kien hemm l-atleta ta' esperjenza David Galea (Agones SFC), li dejjem kien b'forma tajba. Għalkemm simili għas-snin mgħoddija, ir-rotta taċ-ċikliżmu din is-sena rat xi bidliet, li kienu magħmula biex jagħtu l-atleta rotta sigura u iktar teknika. Ix-xita li għamlet il-lejl ta' qabel ikkawżat xi straġi fir-rotta fejn ġew esperjenzati xi taħbit minn ħafna atleti. David Galea wera forma stupenda fis-sezzjoni taċ- ċikliżmu, fejn lestieha f 'sagħtejn u 40 minuta u għadda lil Joe Cremona b'inqas minn minuta qabel ma ffaċċja l-ġirja ta' 21km. Jude Zammit (Agones SFC) spiċċa fit-tielet post wara li wettaq is-sezzjoni taċ- ċikliżmu f 'inqas minn 3 sigħat. Din il-pożizzjoni ġiet riflessa fl-aħħar sezzjoni tal-ġirja fejn David Galea qabeż il-linja tat- tmiem f '4 sigħat 33 minuta, 51 sekonda, Joseph Cremona f '4 sigħat 51 minuta, 33 sekonda u Jude Zammit f '4 sigħat 59 minuta u 45 sekonda. Fil-kategorija femminili, title holder u l-kampjonessa kurrenti tat-Triathlon Michelle Vella Wood kellha ftit kompetizzjoni, imma xorta kellha wirja b'saħħitha u lestiet it-tellieqa f '5 sigħat 18-il minuta u 35 sekonda. It-tieni u t-tielet femminili li qabżu l-linja tat-tmiem kienu l-atleti internazzjonali Elle Breeds u Amy Jordan li t-tnejn spiċċaw f 'ħin ta' 6 sigħat 10 minuti 20 sekonda u 6 sigħat 27 minuta u 7 sekondi rispettivament. Fil-Kategorija Master, it- trofew ġew mogħtija lil Gaetano Catania (Agones SFC), Nicky Farrugia u Peter Zammit fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. It-trofew femminili mar għand Issi Doyle. Il-Kategorija Relay kellha taħlita sabiħa ta' atleti eċċellenti, imminenti u ġodda mid- dixxiplini tal-Għawm, Ġiri u Ċikliżmu li flimkien taw spettaklu mill-iktar eċitanti. B'kollox kien hemm total ta' 17-il tim. Fl-ewwel post kien hemm it-Tim G magħmul mit- triatleti Graham Borg, minn Wayne Spiteri u mill-ġerrej tal-maratoni veteran Jonathan Balzan. Fit-tieni post kien David Galea u Michelle Vella Wood - Long Distance Triathlon Champions