Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 | illum 33 SPORTSillum Camilleri u Zahra rebbieħa l-Motocross u Enduro f 'Malta 2013/14 sponsorjat minn Pasta Poiatti, Dunlop Tyres, KTM u Thomas Smith Insurance. Runner-Up spiċċa Matthew Gauci li matul dan l-istaġun dejjem kien qed isegwi lil Zahra. Zahra għal dan l-istaġun rebaħ 117-il punt filwaqt li Gauci rebaħ 101 punti. L-Assoċjazzjoni tirringrazzja lil Rainbow Mix Construction li taw l-opportunità li tintuża l-barriera tagħhom għal din l-attività. Intant il-Ħadd filgħodu l-Assoċjazzjoni kompliet bl- aħħar attività tal-Kampjonat Motocross fil-kumpless Sportiv f 'Ta' Qali. Hawn rajna taqtigħa interessanti fil-Klassi A bejn Clayton Camilleri u Paul Muscat it-tnejn fuq muturi KTM. Ukoll tul il-ġurnata Camilleri rnexxielu jirbaħ l-ewwel heat filwaqt li fit-tieni heat waqa' meta kien qed jokkupa l-ewwel pożizzjoni u spiċċa biex tilef postu u kellu jkompli mill-aħħar post iżda dan spiċċa jirkupra l-pożizzjoni tiegħu sat-tieni post. Fit-tielet heat Camilleri kellu jikkuntenta bit-tieni post ukoll biex Muscat spiċċa rebaħ din il-klassi segwit minn Camilleri. Fit-tielet post spiċċa Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki Fi Klassi B rajna lil Franċiż Pierre Jordan fuq mutur KTM jiddomina u jirbaħ din il-klassi. Jordan kien segwit minn Kyle Camilleri fuq Suzuki RM 85cc. Issa l-Kampjonat tal- Motocross ġie fi tmiemu wkoll bi Clayton Camilleri jiġi ddikjarat rebbieħ għas- seba darba. Camilleri li f 'dan l-istaġun rebaħ seba' kompetizzjonijiet minn tmienja f 'dan il-kampjonat rebaħ 197 punt segwit fit-tieni post minn Paul Muscat li spiċċa b'179. L-Assoċjazzjoni tirringrazzja lil kompetituri kollha li ħadu sehem matul dan l-istaġun. Intant l-Assoċjazzjoni għada kif approvat żewġ dati għall- attivitajiet speċjali. Nhar is-Sibt 26 ta' Lulju se tiġi organizzata 'Endurance Race' bil-Karozzi Autocross. Din it-tiġrija tkun twila siegħa, sewqan bil-waqfien ikun jew għal fuel jew biex jinbidel ix-xufier. Ma' din l-attività se tkun qed tittella' attività bil- muturi Motocross u Enduro fil-korsa f 'Ta' Qali. Data oħra importanti hija l-Attività bil-Karozzi f 'Għawdex li mistennija ssir bejn l-20 u l-21 ta' Settembru. L-attività se tkun b'risq Dar L-Arka. Iktar dettalji jingħataw 'il quddiem. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Parteċipazzjoni rekord fil-Kampjonati tat-Triathlon hemm U23 il-Kampjonessa tat-Triathlon Hannah Pace, iċ-ċiklist ta' esperjenza Jeffrey Borg u l-atleta Clifton Caruana li għalih din kienet l-ewwel rebħa. Fit-tielet post kien hemm Zach Cutajar, Mark Bonnici u Hadrian Bonello, kollha kemm huma atleti ta' suċċess fis-sport relattiv tagħhom. "Kull sena li tgħaddi sservi biex nitgħallmu u niġbru aktar esperjenza, liema esperjenza tiġi tradotta f 'esperjenza ta' tellieqa aħjar matul is-sena ta' wara. It-tellieqa ta' din is-sena kellha numru ta' tibdil u miri – ħdimna iktar qribha mal-Federazzjoni Triathlon ta' Malta biex tiġi disinjata rotta li kienet tappella aktar għall-ispettaturi kif ukoll biex intejbu t-tellieqa għal stat ta' kampjonat. Irċevejna wkoll appoġġ ikbar mill-awtoritajiet li għenuna biex stajna noffru ambjent għat-tellieqa aktar sigura, żieda fl-isponsors tana l-opportunità biex noffru premjijiet aktar attraenti lir- rebbieħa u goody bag varjat lill-atleti kollha," qal Charlie Demanuele, ir-Race Director & Endurance Athlete. "Inħossuna grati għal dawn in-nies kollha u nirringrazzjawhom tal-appoġġ tagħhom." Tlielaq endurance qed dejjem isiru iktar popolari u din it-tellieqa hi opportunità għall-komunità tat-triathlon biex ittellaq lokalment qabel ma tipparteċipa fi tlielaq oħrajn barra minn xtutna," qal Cyprian Dalli, il-President tal-Federazzjoni Triathlon ta' Malta. "Wara ħidma intensa mal-organizzaturi tat-tellieqa, aħna ferħanin naraw li l-kriterju tal-Federazzjoni għat-tlielaq approvati kienu kollha mħarsa u din it-tellieqa kienet suċċess kbir fir-rigward ta' esperjenza, parteċipazzjoni u riżultati." Il-Kampjonati Garmin Malta Long Distance Triathlon, taħt il-Federazzjoni tat-Triathlon ta' Malta, kellha l-appoġġ ta' Garmin Malta, Medcomms Ltd, The Cyclist, Urban Jungle, Mochika, San Michel, Twistees, u Agones SFC. Tislima lil Teddie Borg ILPRESIDENT u l-Bord tal-Diretturi tal-Kumitat Olimpiku Malti, ingħaqdu mal-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali tal-isport affiljati billi wasslu l-kondoljanzi lill-familja Borg wara li nhar l-Erbgħa tħabbret il-mewt ta' Teddie Borg – isem sinonimu fl-isport Malti għal bosta snin marbut mal- ibburdjar u l-isport tal-baħar. Il-Kumitat Olimpiku Malti fakkar il-figura ta' Teddie Borg bħala bniedem illi permezz tal-isport kattar l-ideal sportiv f 'bosta setturi kemm f 'dak amministrattiv, ġurnalistiku, organizzattiv u wisq aktar fit-tixrid ta' kultura sportiva f 'bosta oqsma tas- soċjetà Maltija. F'isem dawk kollha marbuta mal-isport lokali mill-ġdid il- KOM wassal il-kondoljanzi lil familja Borg, persważ li dak li wettaq Teddie Borg għal aktar minn ħamsin sena se jibqa' fost il-ġenerazzjoni sportiva lokali. Intant, is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport flimkien mal-bord tad-diretturi u l-impjegati tal-Kunsill Malti għall-Isport ukoll wasslu l-kondoljanzi tagħhom għat-telfa tal-għażiż Teddie Borg. Teddie Borg kien inħatar membru tal-bord tal-Kunsill Malti għall-Isport f 'Marzu 2013 fejn ta kontribut qawwi fl-organizzazzjoni ta' dawn l-aħħar edizzjonijiet tar- Regatta. Tislima oħra waslet mill- Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li permezz ta' stqarrija sellem lis-Sur Teddie Borg - ġurnalist sportiv, amministratur u eks membru tal-istess għaqda. Is-Sur Borg kien fil-passat ukoll rebaħ l-unur tal-Uffiċjal tas-Sena fil-konkors Għażliet Sportivi Nazzjonali. Is-Sur Borg kien membru attiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għal diversi snin u ġurnalist veteran li dejjem ħadem favur l-isport f 'pajjiżna speċjalment l-isport relatat mal-baħar. Hu jibqa' mfakkar għal mijiet ta' programmi dwar l-ibburdjar "Star Board" li pproduċa u ppreżenta fuq l-istazzjonijiet lokali. Is-Sur Borg kien strumentali wkoll sabiex f 'pajjiżna jikber l-interess dwar l-isport tal- Powerboats fejn fil- passat kien ta' spalla għaċ-Champion Mondjali Aaron Ciantar u l-familja tiegħu. Is-Sur Borg riċentament kien responsabbli mill- organizzazzjoni tar-Regatta Nazzjonali fejn kien implimenta bidliet li kienu ntlaqgħu pożittivament mid- dilettanti ta' dan l-isport. F'dan il-mument diffiċli l-Għaqda Ġurnalisti Sports offriet il-kondoljanzi tagħha lill-familja kollha Borg speċjalment lis-Sinjura Rose Borg li dejjem kienet ta' għajnuna waqt il-ħajja sportiva attiva tas-Sur Teddie Borg. L-eks ġurnalist sportiv u espert -ibburdjar, Teddie Borg Birkirkara spiċċaw l-istaġun b'punti massimi fil-badminton BIRKIRKARA Smart Office Supplies rebħu d-derby kontra Birkirkara Go & Fun fl-aħħar logħba tal-kampjonat lokali tal-badminton, biex spiċċaw l-istaġun b'punti massimi. L-iskor finali ta' 4-1 ma jirriflettix l-andament tal- logħob għax l-iskor seta' kien differenti meta wieħed iqis li żewġ logħbiet kienu bilanċjati ħafna. Barra minn hekk Go & Fun, minbarra li kellhom l-aħjar mara tagħhom nieqsa, weġġgħetilhom ukoll Daniella Galea li tat żewġ walkovers. Iċ-champions marru fuq quddiem meta Aldo Polidano / Fiorella Sadowski għelbu lil Stefan Salomone / Klara O'Berg ta' Go & Fun fil-Mixed Doubles 21-16, 23-21. Polidano / Sadowski ħadu vantaġġ kmieni fl-ewwel sett u għalkemm il- koppja ta' Go & Fun ippruvat tnaqqas l-iżvantaġġ, il-koppja ta' Smart Office Supplies irnexxielha tirbaħ. It-tieni sett kien storja differenti għaliex il-vantaġġ alterna minn koppja għall-oħra sakemm, bi sforz aħħari, Polidano / Sadowski rebħu l-punti. Go & Fun irritaljaw mill- ewwel meta l-plejer Ċiniż Song Chen Jun rebaħ is-Singles tal- Irġiel f 'logħba eċitanti kontra Samuel Cali. Dan tal-aħħar rebaħ l-ewwel sett 21-15 iżda Chen Jun rebaħ it-tieni 21-5. Fit-tielet sett iż-żewġ plejers għamlu ħilithom sakemm Chen Jun rebaħ 21-16 biex ġab parità meritata għat-tim tiegħu. Smart Office Supplies reġgħu marru fuq quddiem meta Yanika Polidano rebħet is-Singles tan-Nisa. Hi tilfet l-ewwel set 21-23 kontra Daniella Galea iżda mbagħad rebħet it-tieni 21-8. It-tielet sett deċiżiv ma ntlagħabx għax Galea sfortunatament weġġgħet u tat ir-rebħa lil Polidano. Stephen Ferrante / Cali għamlu ċert mir-rebħa meta għelbu lil Salomone / Chen Jun f 'logħba oħra eċitanti fid-Doubles tal-Irġiel, logħba li fiha r-rebħa setgħet marret kull naħa; il-logħba spiċċat 21-19, 22-20. Smart Office Supplies ingħataw walkover fid-Doubles tan-Nisa minħabba li Galea ta' Go & Fun kienet imweġġgħa. Aldo Polidano -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014