Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

8 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 Tqassim ta' fondi lil sitt kunsilli lokali WAQT attività li saret għat-tqassim ta' fondi mill-Urban Improvement Fund (UIF) lil sitt Kunsilli Lokali, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni, Dr Michael Falzon, saħaq illi dan il-fond qed iservi, mhux biss sabiex jissebbaħ l-ambjent ta' madwarna, iżda qed tittejjeb ukoll il- kwalità tal-ħajja tal-ibliet u l-irħula tagħna. Dr Falzon semma kif s'issa ġew imqassma kważi mad-€9 miljun mill-MEPA lill-Kunsilli Lokali taħt l-iskema tal-UIF. Ħafna mill-fondi ġew imqassma fi proġetti ta' titjib u tisbiħ ta' ħafna playgrounds, tibdil fis-sistema tad-dwal fit- toroq għal dik energy saving, pavimentar ta' sqaqien fl-irħula Maltin, kif ukoll xogħlijiet ta' tisbiħ f 'ħafna ġonna. Dawn kollha huma proġetti li jrendu u jgħollu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Dr Falzon saħaq li hija inkoraġġanti wkoll meta tara li ċerti kunsilli lokali qed jagħmlu diversi proġetti fil-lokalità tagħhom permezz tal-fondi tal-UIF. Eżempju ta' dan huma l-introduzzjoni tal-outdoor fitness equipment fil-ġonna pubbliċi. Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda billi qal, li l-Gvern flimkien mal-MEPA se jkomplu jinvestu sabiex ikomplu jsaħħu r-relazzjoni mal-kunsilli lokali billi jagħtuhom spazju akbar fil-kontribut lejn il-ħarsien tal-ambjent tagħna. Huwa rringrazzja lill-kumitat ta' dan il-fond li qiegħed jaħdem biex jiżgura li l-kunsilli lokali jirċievu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ sabiex ikomplu jimplimentaw aktar proġetti favur ir- residenti, bl-enfasi tkun fuq proġetti ta' ċertu serjetà u titjib fil-kwalità tal-ħajja taċ- ċittadini tagħna. Muscat jiltaqa' mal- mexxejja Soċjalisti Il-President b'laqgħat bilaterali fil-Marokk ILPRIM Ministru Joseph Muscat ilbieraħ ħa sehem f 'laqgħa bejn Prim Ministri u mexxejja Soċjalisti minn għaxar pajjiżi Ewropej bi preparazzjoni għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li se ssir il-ġimgħa d-dieħla. Il-mexxejja reġgħu sostnew l-appoġġ tagħhom għal Jean Claude Juncker biex ikun maħtur President tal- Kummissjoni Ewropea, wara li l-Partit Popolari Ewropew rebaħ l-elezzjonijiet ta' Mejju. Jekk ikun approvat, Juncker li serva bħala eks-Prim Ministru tal-Lussemburgu, jieħu post il-Portugiż Manuel Barroso li kien ilu fil-kariga mill-2004. Minn naħa l-oħra, Schulz se jkun qed jerġa' jiġi propost bħala President tal- Parlament Ewropew, kariga li diġà ħaddan lejn it-tmiem tal-aħħar leġislatura. Il-laqgħa saret f 'Pariġi fuq stedina tal-President Franċiż Francois Hollande. Matul din il-laqgħa kien diskuss fid-dettall il-programm tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss, fejn fost il-prijoritajiet se jkun hemm il-ħolqien tax-xogħol, l-enerġija u politika komuni dwar l-immigrazzjoni, li ġew deskritti bħala tliet oqsma kruċjali għal Malta. Intqal ukoll li filwaqt li wieħed ma jarax lok għal bidla fit-trattati, hemm lok ta' flessibbiltà fil-mod ta' kif ikunu meqjusa r-regoli Ewropej dwar il-finanzi. Il- Prim Ministru Malti insista li filwaqt li hemm bżonn li tinżamm id-dixxiplina finanzjarja u li Malta hija fil-linja tar-regoli, hemm lok ta' aktar flessibbiltà biex ikun hemm aktar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa. Minbarra n-nomini ta' Juncker u Schulz għall- pożizzjonijiet ewlenin, il-mexxejja Soċjalisti Demokratiċi se jkunu qed jipproponu ismijiet għall- pożizzjonijiet oħra fosthom għal kariga tal-President tal- Kunsill u dik ta' rappreżentant għoli għall-Affarijiet Barranin. ILPRESIDENT ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca kellha numru ta' laqgħat bilaterali hekk kif fil-preżent tinsab fuq żjara statali fil- Marokk. Fost l-oħrajn hi ltaqgħet mal-President tal- Montenegro Filip Vujanović fejn ġie diskuss it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali fl-oqsma tat-turiżmu u n-negozju. Il-President Coleiro Preca ltaqgħet ukoll ma' diversi membri tal-kabinett Marokkin, fosthom mal- Ministru tal-Affarijiet Barranin Salaheddine Mezouar fejn iddiskutew ir-relazzjonijiet tajbin bejn iż- żewġ pajjiżi u l-ħeġġa li hemm biex dawn ikomplu jissaħħu. Mal-Ministru tat-Turiżmu tal-Marokk Lahcen Haddad ġiet diskussa l-ħidma bilaterali biex jikber il- potenzjal għat-turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi filwaqt li mad-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Iżlamika għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura ġie indirizzat il- multikulturaliżmu u l-effett tiegħu fuq is-soċjetajiet. Aktar tard il-President Marie-Louise Coleiro Preca kienet waħda mill-kelliema ewlenin fil-ftuħ ta' konferenza organizzata mill-Crans Montana Forum f 'diskussjoni dwar il-paċi u l-iżvilupp fil- Mediterran. DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW "Dan il-fond qed itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-ibliet u l-irħula tagħna" - Dr. Michael Falzon Il-laqgħa mal-mexxejja Soċjalisti f 'Pariġi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014