Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 | illum 9 Sistemi ġodda tal-IT fil-Qrati Ċivili jħallu l-frott: Aktar minn 4,000 messaġġ mibgħuta dwar każi differiti JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt MINN Ottubru s'issa ntbagħtu iktar minn 4,100 messaġġ li għarrfu lill- persuni konċernati li kawża tagħhom fil-Qorti Ċivili ġiet differita. Qabel ma ddaħħlet din in-notifika, dawk involuti kienu jmorru għalxejn il- Qorti peress li ma kinux jiġu mgħarrfa li l-kawża tagħhom tkun ġiet differita għal data oħra. Din kienet biss waħda mill- miżuri li ħa l-gvern Laburista biex jaqta' l-burokrazija żejda fil-Qrati, fost miżuri oħra li introduċew sistemi ġodda tal-informatika biex jieħdu post prattiċi manwali. Il-miżuri l-ġodda jinkludu l-użu tal-posta elettronika biex jintbagħtu traskrizzjonijiet tax-xhieda, digrieti tal-qrati u referiti lill-avukati tal-partijiet. Minbarra li jagħmlu l-ħajja aktar faċli, dawn il-miżuri kienu maħsuba wkoll biex inaqqsu mid-dewmien biex każ jinstema' u jingħalaq. ILLUM hi infurmata li mit-30 t'Ottubru 2013 s'issa, intbagħtu mat-8,700 transkrizzjoni tax-xhieda bl-imejl. Dawn intbagħtu b'mod immedjat kif titlesta t-traskrizzjoni lill-avukati tal-partijiet. Fl-istess perjodu u bl-istess mod, intbagħtu wkoll aktar minn 7,100 digriet tal-qrati ċivili lill- avukati konċernati. Minn informazzjoni li kisbet din il-gazzetta, anke s-servizz tar-referiti li bdiet titħaddem ftit ġimgħat biss ilu wkoll bdiet topera kif mixtieq. Infatti mit-3 ta' Ġunju 2014 s'issa, aktar minn 1,200 referiti tal-marixxalli ntbagħtu lill-prokuraturi legali u l-avukati tal-partijiet. Fil-passat, dawn ir-referiti kienu jiddaħħlu fis-sistema tal-Qorti u l-verifiki kienu jsiru manwalment, billi l-partijiet jew ir- rappreżentanti tagħhom kienu jmorru r-reġistru u jiċċekjaw manwalment x'sar minn notifiki. Ta' min isemmi li s-servizzi tal-imejls u l-messaġġi mhux qed iwasslu għal spejjeż żejda lil gvern. Dan għaliex dawn is-servizzi qed jitħaddmu mill-MITA stess, li hi l-aġenzija tal-gvern għall-Informatika. Mill-bidu t'April li għadda, il-gvern ħaseb ukoll biex dawk li kellhom bżonn jippreżentaw dokumenti fir- reġistru tal-Qorti t'Għawdex setgħu jagħmlu dan f 'Malta u viċi-versa. Fi kważi tliet xhur, din intużat għal madwar 200 darba. Fil-fatt, l-istatistika li għandha din il-gazzetta turi li 66 att ġew preżentati Għawdex b'konnessjoni ma' kawżi f 'Malta, filwaqt li viċi- versa ġew preżentati 132 att mill-1 t'April 'l quddiem. L-introduzzjoni ta' sistemi ġodda tal-informatika huma parti mir-riforma li l-gvern qed iħejji fil-qasam tal- ġustizzja. Preżentament, fil-qrati ċivili r-riforma qed tieħu l-ħajja permezz ta' dawn il-miżuri immirati biex iżidu l-effiċjenza u jnaqqsu d-dewmien, filwaqt li fil- qrati kriminali r-riforma qed tiffoka fuq l-emendi ta' bosta liġijiet u d-diskussjonijiet dwar abbozzi legali mill- parlament. Malta mal-aqwa pajjiżi fis- servizzi taċ-childcare ILFATT li f 'Malta jingħata servizz ta' ħarsien tat-tfal bla ħlas ipoġġi lil pajjiżna fost l-iktar pajjiżi fejn iċ- childcare huwa aċċessibbli fl-Unjoni Ewropea, hekk kif il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport 'Key Data on Early Childhood Education and Care in Europe.' Dan ir-rapport isemmi l-importanza li anke minn età żgħira t-tfal ikollhom taħriġ pjanat u adekwat għalihom u kif il-kura tat- tfal tista' ttejjeb il-ħiliet li t-tfal ikollhom sa minn età żgħira. Ir-rapport isemmi kif permezz ta' childcare b'xejn, Malta qiegħda fost l-iktar pajjiżi fuq quddiem f 'dan il-qasam, fejn pajjiżi oħrajn bħall-Irlanda, ir-Renju Unit u l-Lussemburgu għandhom fost l-ogħla rati ta' miżati għaċ-childcare. Ir-rapport juri wkoll li Malta qiegħda f 'vantaġġ ma' pajjiżi Ewropej oħra għax hija fost l-uniċi li toffri childcare b'xejn lil kulħadd u li l-maġġoranza tal-pajjiżi fl-UE jaħdmu b'sistema ta' sussidji, u jingħata biss b'xejn lil persentaġġ żgħir tal-pajjiż. Ir-rapport isemmi wkoll kif il-Gvern Malti qed jieħu passi biex iċ-ċertifikazzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu fiċ-ċentri tal-kindergarten jogħla biex is-servizz ikun ta' kwalità iktar professjonali. L-introduzzjoni ta' sistemi ġodda tal-informatika huma parti mir-riforma li l-gvern qed iħejji fil-qasam tal- ġustizzja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014