Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854
KULL qtil huwa reat serju u tal-biża', imma jkun hemm ċertu każi li minkejja li jgħaddu s-snin minn fuqhom jibqgħu jissemmew għal mod kif seħħew. Fost dawn hemm l-omiċidju ta' Lino Cauchi li kellu 32 sena minn Santa Venera liema każ seħħ 32 sena ilu. Kien każ li waħħax lil ħafna nies. L-aħħar darba li Lino Cauchi deher ħaj kien nhar it-Tnejn, 15 ta' Frar, 1982 meta martu Anna ratu ħiereġ mid-dar fis-1.30pm. Tliet snin u disa' xhur wara nstabu fdalijiet umani f 'bir fil-Buskett fil-post magħruf bħala "Il-Bosk", limiti tal- Girgenti. Peress li kien għadda ħafna snin mindu Cauchi deher l-aħħar darba ħaj sa meta nstabu l-fdalijiet, il-Pulizija qatt ma setgħet tistabilixxi d-data eżatt meta nqatel. Inħataf minn ħdejn id-dar? Lino Cauchi kellu uffiċċju fi Triq il-Fran fil-Belt u wara li jkun spiċċa mill-uffiċċju kien jara xi klijenti d-dar ukoll. Fil-fatt dakinhar kienu marru xi klijenti d-dar f 'Santa Venera, iżda martu Anna, li dak iż-żmien kellha tliet xhur tqala, qaltilhom li żewġha ma kienx għadu wasal mix-xogħol. Kien hemm min ħaseb li Lino ma riedx jarahom peress li l-karozza tiegħu, Morris 1100 bin-numru T5151, kienet ipparkjata ftit metri 10 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 Il-qtil tal-accountant Lino Cauchi Każ li waħħax lil Malta 32 sena ilu Pulizija u esperti ħdejn il-bir fejn instabu l-fdalijiet ta' Lino Cauchi John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Lino Cauchi Nirrikonoxxu l-ħidma maż-żgħażagħ ĦAFNA jsostnu li ż-żgħożija hija l-isbaħ żmien tal- ħajja. Forsi jaslu għal din l-konklużjoni minħabba li f 'dan iż-żmien partikolari, r-responsabbiltajiet ma jkunux daqstant kbar. Madankollu ma rridux ninsew il-fatt li wieħed ikun meqjus żagħżugħ mill- età ta' tlettax-il sena sakemm jagħlaq it-tletin sena. Ħafna mill-popolazzjoni Maltija, għalkemm anke din issa qed tara tibdil, sa dik l-età tkun diġà ħadet l-istat tagħha, forsi tkun waslet għaż-żwieġ jew saħansitra twieldu l-ulied. Wieħed jista' jifhem, għax kulħadd għadda minn dan iż-żmien taż-żgħożija, li fuq medda ta' 17-il sena ż-żgħażagħ jkollhom bżonn appoġġ biex jilħqu l-potenzjal tagħhom anke biex jiffaċċjaw il-problemi li jiltaqgħu magħhom tul ħajjithom u speċjalment biex ikunu l-fus li jġib enerġija ġdida u pożittiva tant mixtieqa mis- soċjetà. F'Malta wkoll, hawn settur ta' professjonisti li xogħolhom jikkonsisti li jaħdmu maż- żgħażagħ (youth workers). Xogħol dawn il-professjonisti hu li permezz tal-edukazzjoni informali jgħallmu liż-żgħażagħ jindirizzaw il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Ir-rwol tagħhom jinkludi li jinkuraġġixxu liż-żgħażagħ biex ikunu kritiċi però wkoll kreattivi lejn il-ħajja, filwaqt li jirrikonoxxu l-ideat, l-interess u l-abbiltajiet ta' dawn l-individwi. Il-Gvern ilu jħoss il-ħtieġa li dan ix-xogħol jibda jitqies bħala wieħed professjonali li jkun marbut b'kodiċi t'etika u għarfien speċjalizzat. Fost kollox dan ifisser li huma jkunu preparati biex jeżerċitaw dawn il-ħiliet sabiex jgħinu fl-iżvilupp ħolistiku ta' dawn iż-żgħażagħ fis-soċjetà. Kien għalhekk li sa mill-ewwel ġranet ta' din il-leġislatura beda jaħdem fuq il-liġi li tkopri l-professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ u mal-ewwel beda jaħdem fuq abbozz li issa sar liġi. Tajjeb wieħed isemmi li l-Istitut tal-Istudji taż-Żgħażagħ infetaħ fl-Università fl-1993. Għalhekk liġi li tkopri din il-professjoni messha ilha li saret għal żmien twil. Gvernijiet preċedenti naqsu milli jagħmlu l-almu tagħhom biex din il-liġi tgħaddi u kien biss sentejn ilu li sar l-ewwel abbozz, liema abbozz qatt ma sar liġi. Din hija wegħda oħra elettorali minn manifest sħiħ li fuqu ġie elett dan il-Gvern. Il-Gvern wiegħed li jissaħħu l-professjonijiet ġodda li jservu ta' pont bejn l-Istat u l-komunità. L-Intraprenditur Svediż Walter Hoving darba qal li ż-żgħożija hija żmien ta' biża'; li jġib miegħu bosta problemi, meta wieħed ma jkollux l-għerf biżżejjed biex jiffaċjahom. Mela ejja nagħtu l-għodda lil persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ biex ikunu huma l-istrument li jmexxihom lejn il-futur. Lino Cauchi L-aħħar darba li Lino Cauchi deher ħaj kien fil-15 ta' Frar 1982 Il-karozza tiegħu tinstab ftit metri 'l bogħod mid- dar imma l-ebda sinjal ta' Cauchi Il-Ġimgħa, 15 ta' Novembru 1985 jinstabu fdalijiet umani f 'bir fil-Buskett