Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 15 nikkontribwixxi l-esperjenzi tiegħi fuq livell nazzjonali. Il-prijoritajiet tiegħu huma li l-korporazzjoni tibqa' miexja 'l quddiem billi nkomplu nitħarrġu u nitgħallmu minn esperti barranin filwaqt li l-esperjenza li diġà għandna f 'dan il-qasam nesportawha lejn pajjiżi li għadhom qegħdin isaħħu s-sistemi tal-produzzjoni u distribuzzjoni tal- ilma f 'pajjiżhom. Għal ċerta pajjiżi, l-esperjenza ta' Malta hi prezzabbli. Ftit tal-jiem ilu, l-Ministru Konrad Mizzi qal li l-Gvern Laburista wiret korporazzjoni b'dejn ta' €62 miljun mal-banek lokali u €40 miljun oħra dovuti lill-Bank tal-Investiment Ewropew. Issa nafu li s-sena li għaddiet il-Korporazzjoni għamlet profitt ta' madwar €3 miljuni meta l-amministrazzjoni preċedenti pproġettat telf ta' €5 miljuni. Kif wasaltu biex sar dan il-profitt? Li nista' ngħidlek hu li l-kontijiet awditjati juru li fl-2012 kien hemm telf ta' €2.8 miljun. U l-istimi tal-2013 juru profitt ta' €5 miljuni. Waħda mir-raġunijiet ta' dan is-suċċess ġejja minn effiċjenzi li rnexxilna nilħqu mill-mod kif niġġeneraw l-ilma. Nagħtik eżempju. Fl-1995 konna niġġeneraw 4,000 metru kubu ta' ilma fis-siegħa li tiegħu ma konniex niġbru ebda ħlas. Dan għaliex jew kien jinsteraq, jew jinħela jew kien jintuża f 'funtani. Dak l-ilma aħna nsejħulu Non Revenue Water. Fl- 2013, il-volum ta' Non Revenue Water niżel minn 4,000 metru kubu għal 450 metru kubu fis-siegħa. Dan ifisser li qabel kellna 5 impjanti tar-reverse osmosis f 'pajjiżna jaħdmu b'kapaċità massima. Illum għandna biss 3 impjanti tar-reverse osmosis u li b'kapaċità ta' biss 60% qed jipproduċu biżżejjed ilma għal ħtiġijiet ta' pajjiżna. Dan kollu grazzi għall-effiċjenzi li għamilna matul l-aħħar snin permezz ta' tim ta' ħaddiema u inġiniera u li fosthom hemm l-inġinier Stefan Riolo li hu meqjus bħala espert mondjali fl- immaniġġjar tal-ħela tal-ilma. Riolo kien il-moħħ wara din is-sistema ta' effiċjenzi u issa hemm il-ħsieb li din l-istess sistema nirreplikawha f 'pajjiżi oħra. Qed nipproduċu ilma li hu ċċertifikat 100% tajjeb għax- xorb u għalkemm għad fadal xi ftit x'nirranġaw fit-togħma, bi pjaċir ngħidlek li qed naħdmu ma' esperti Iżraeljani biex anke ntejbu t-togħma tal-ilma tagħna. Id-drenaġġ inkluż ukoll f 'dan kollu? Iva hemm ukoll it-trattament tad-drenaġġ fl-effiċjenzi tagħna. Irrid inżid però li għad fadal numru ta' nies li jabbużaw mid-drenaġġ u dak li jitfgħu fih. Sibna u għadna nsibu minn kollox. Anke annimali domestiċi li jkunu fid-djar jispiċċaw jintefgħu fid-drenaġġ meta jmutu. L-abbuż tan-nies li jiftħu tappieri u jarmu d-drenaġġ hu wieħed ta' min jikkundannah. Dan jinkludi anke postijiet ta' divertiment bħal ristoranti li meta jgħalqu jiftħu t-tappieri u jarmu ż-żjut użati fid-drenaġġ. Iżda mbagħad dawn huma l-istess nies li jkunu pronti jċemplu biex igergru meta jinstadd kollox! Il-ħsarat fis-sistemi tad-drenaġġ tagħna jsiru propju minħabba t-traskuraġni u nuqqas ta' responsabbiltà ta' dawn in-nies. Il-ħaddiema tagħna jinżlu sa għaxar sulari taħt l-art biex isewwu u jnaddfu d-drenaġġ u hawnhekk irrid nirringrazzjahom ta' ħidmiethom. Mhux faċli li wieħed jaħdem f 'dak l-ambjent taħt l-art u fid-drenaġġ. X'inhuma l-proġetti futuri li qed tħares lejhom il-korporazzjoni? F'dawn is-sentejn li ġejjin hemm numru ta' proġetti li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Fost dawn hemm l-impjanti għat- trattament tad-drenaġġ. Dawn kollha se jsiru minn fondi tal-Unjoni Ewropea li kienu se jintilfu mill- amministrazzjoni preċedenti. B'dawn il-fondi se jkollna t-tieni proċess ta' tindif tal-ilma tad-drenaġġ li flok jintrema se jkun jista' jintuża mill- industrija bħala ilma tat-tieni klassi. Ftit tal-jiem ilu waqt il- Konferenza tal-Bank Dinji f 'Malta ngħad li l-korprazzjoni qed tevalwa l-possibiltà ta' servizzi ġodda barra minn Malta. X'inhuma dawn is- servizzi? Bħalissa ffirmajna żewġ ftehimiet li huma sponsors mill-bank dinji. Dawn huma mat-Tuneżija u l-Palestina. Dan ifisser li l-ftehim tagħna hu ma' korporazzjonijiet tal-ilma f 'pajjiżi oħra sabiex aħna nipprovdulhom is-servizz miftihem u li finalment aħna niġu mħallsa tax-xogħol li nkunu għamilna mill- bank dinji. Fil-każ tat-Tuneżija qed ngħinuhom jifformulaw it-tenders u l-oħra hi li se nesportaw l-esperjenza tagħna fl-immaniġġjar tal-ħela tal- ilma fejn il-proċess se jibda bi studji u wara jkompli bl-implimentazzjoni tal-proġett. Fir-rigward tal-Palestina dawn se jibagħtu xi nies tagħhom hawnhekk sabiex jitgħallmu u jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn. Aħna għandna l-Water Services Institute li għal xi snin kien tħalla mingħajr attenzjoni iżda llum dan l-institute huwa mimli attività u li se jkun iċ- ċentru fejn dawn in-nies se jirċievu t-taħriġ meħtieġ. L-oppożizzjoni Nazzjonalista qed tikkritika b'mod qawwi l-mod kif il-Gvern qed jaħtar maniġers u persuni oħra f 'karigi għolja fi ħdan il-korporazzjoni u li dan se jiswa €800,000 iżjed f 'pagi f 'sentejn. Dan minnu? Iva qed isiru mpjiegi ta' nies imma tajjeb niċċara li qed nimpjegaw nies li għandhom ħiliet speċifiċi u li l-kontribut tagħhom hu intenzjonat biss biex il-korporazzjoni tkompli miexja 'l quddiem u għall-ebda raġuni oħra. Il-pagi ta' dawn l-individwi mhumiex dawk il-pagi għolja li saret referenza għalihom imma huma pagi li jirriflettu l-kapaċità u r-responsabbiltà ta' kull individwu. Ma rridux ninsew li l-korporazzjoni għandha dik li hi magħrufa bħala 'aging workforce', jiġifieri hemm numru ta' mpjegati anzjani li waslu biex jirtiraw u li mhumiex forsi daqshekk intiżi mal- prattiċi tax-xogħol tal-lum li huma aktar teknoloġiċi. U dawn ukoll, meta jispiċċaw, jinbidlu b'oħrajn u bħalissa hemm ir-reklutaġġ miftuħ li b'kollox se jinvolvi xi 70 ruħ. Semmejt l-Institute li reġa' ġie attivat kif ukoll il-fatt li qed jinbidlu l-ħaddiema anzjani li qed jirtiraw. Qegħdin tikkunsidraw li tattiraw żgħażagħ li bħalissa jkunu qed jistudjaw l-MCAST? Iva dan huwa punt li diġà ddiskutejna u lħaqna qbil mal- MCAST u l-ftehim mistenni jkun iffirmat fil-ġimgħat li ġejjin. Hemm ħafna sinerġija bejn l-MCAST u l-Institute tagħna kif ukoll fl- MCAST hemm numru ta' għalliema li kienu jiffurmaw parti mill- korporazzjoni tagħna u għalhekk nafu li t-tagħlim se jkun l-aqwa li jista' jingħata. Aħna miftuħin biex niddiskutu ma' kulħadd dejjem fl-aħjar interess tal-korporazzjoni li finalment qiegħda hawn biex tipproduċi l-ilma, sors li hu imprezzabbli f 'ħajjitna. "Jien irrid nistqarr li m'għandi l-ebda ndħil mill- Ministru Konrad Mizzi" William Wait mal-Inġinier Stefan Riolo It-telf tal-ilma jonqos drastikament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014