Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 Għawdex: Int djamant Uffiċċji għal NSO u e-residence miftuħa f 'Għawdex MATUL din il-ġimgħa l-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo fetaħ uffiċjalment żewġ uffiċċji ferm importanti għal gżira Għawdxija, dak tal-NSO u dak dwar l-E-Residence. 67 sena wara li ġie stabbilit l-uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali f 'Malta nfetaħ wieħed f 'Għawdex. Permezz ta' dan l-uffiċċju, se tkun qed tinġabar informazzjoni dwar in-negozju f 'Għawdex, dwar l-ekonomija u dwar il-politika soċjali. Statistika importanti li se tgħin fl- iżvilupp sħiħ t'Għawdex. Biex jikber l-investiment, jinħoloq ix-xogħol u l-ġid f 'Għawdex ikompli jitkattar il-Gvern jeħtieġ statistika kemm ta' dimensjoni settorali, kif ukoll ta' dimensjoni aktar dettaljata, li tkun korretta u aġġornata. L-uffiċċju se jkun ukoll responsabbli sabiex jibni arkivju ta' informazzjoni dwar id-demografika ta' Għawdex, kif ukoll informazzjoni dwar il-qasam tax-xogħol, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-kultura, il-qasam tal-intrapriża, l-agrikultura u s-sajd u s-sorsi tal-enerġija. Din l-istatistika hi partikolarment importanti fil- kuntest tal-fondi Ewropej biex il-Gvern ikun jista' jiġġustifika li Għawdex jingħata attenzjoni importanti u fondi addizzjonali mill-Unjoni Ewropea. Uffiċċju ieħor ferm importanti għal gżira Għawdxija, hu dak tal-E-Residence. Dan l-uffiċċju ilu jopera minn Għawdex sa minn Diċembru 2013. 'E-Residence' jservi bħala one stop shop għar- residenti barranin li jkollhom xi mistoqsijiet fuq affarijiet relatati ma' residenza. Minn Settembru sa Diċembru 2013 l-'unit' irċieva 388 applikazzjoni li ssodisfaw il-kriterji tal-liġi relatata ma' residenza. Fil-preżent l-uffiċċju qed jimpjega sitt persuni li jkunu jistgħu jaħdmu kemm fil-front office kif ukoll fil-back office. Ta' min jirrimarka li l-ftuħ ta' dan l-uffiċċju kien parti minn eżerċizzju biex il- ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu Malta jibdew jaħdmu f 'Għawdex. Is-servizzi offruti jinkludu applikazzjonijiet għal resident permits, eżaminazzjoni ta' applikazzjonijiet għal fini tal-liġi, reġistrazzjoni tal- applikazzjonijiet fuq l-E- Residence Permit Database, ħruġ ta' interim permit, ġbir t'informazzjoni f 'dossiers u komunikazzjoni mal-uffiċċju f 'Malta. Dan l-uffiċċju qiegħed jipprovdi wkoll informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza doppja. Dan iċ-ċentru f 'Għawdex se jkun hemm biex jaqdi nies ta' nazzjonalità barranija li jgħixu f 'Għawdex filwaqt li qed jopera back office f 'Għawdex stess biex ikompli jkun ta' sostenn għall-uffiċċju f 'Malta u titnaqqas il-backlog li teżisti. Id-Dar ta' Karmni Grima miftuħa bi prezz ridott FLOKKAŻJONI tal-festa tal-Viżitazzjoni fil-Parroċċa tal-Għarb, illum 6 ta' Lulju, il-Mużew Dar Karmni Grima se jkun miftuħ għall-pubbliku bi prezz ridott, għal ħinijiet itwal mis-soltu, bejn id-9am u t-8pm. Fl-istess ħin wieħed jista' jieħu l-okkażjoni biex jara l-Wirja ta' Arti Sagra bl-isem Via Pulchritudinis: It-Triq tas-Sbuħija bis- sehem ta' tmintax-il artist. Il-wirja se tibqa' miftuħa sas-26 ta' Lulju. Attrazzjoni f 'din il-wirja hija l-Inċiżjoni tal-Kwadru tal-Madonna ta' Pinu, maħduma mill-artist Il-Mużew Dar Karmni Grima Il-belveder ta' Għajnsielem se jkun l-isbaħ f 'Għawdex FIŻŻONA msejħa tal- Ħamri f 'Għajnsielem sa ftit xhur ilu wieħed seta' jilmaħ diversi anzjani, bilqiegħda fuq xi bank jiddiskutu dwar il-ħajja moderna tal-lum, inkella jirreċtaw xi posta rużarju jew anke jiddiskutu xi partita futbol, fil-belveder ta' Għajnsielem. Iżda llum wieħed jinnota li kulma hemm f 'din ir-rokna li tant toffri veduti sbieħ tal-port Għawdxi, Kemmuna u Malta hemm biss ilqugħ ħamrani bil-knatan matulu. Ix-xogħol li beda eżatt kif kważi beda s-sajf (iż-żmien li wieħed jista' jgawdih) għal dawn l-aħħar ġimgħat kien wieqaf għal kollox u madwar it-toroq ta' Għajnsielem wieħed seta' jisma' tgergir tan-nies u għajdut li spiċċaw il-fondi u se jitħalla hekk, maqlugħ. Ħassejna li għandna mmorru f 'ras il-għajn, is-Sindku Frances Cauchi (magħruf aktar bħala Ċikku) sindku ta' dan ir-raħal għal dawn l-aħħar 20 sena. "Nista ngħidlek li dak kollu li smajt hu gideb sfaċċat. Ma tarax li jien u sħabi se nidħlu għal proġett kbir bħal dak li qed nagħmlu mingħajr ma jkollna flus għalih. "Il-flus kienu vvutati seba' snin ilu mill-Urban Investment funds (UIF) proprjament għal proġett ferm akbar, il-proġett ħolma tiegħi tal-pjazza ta' Għajnsielem. Iżda din hi storja twila li nagħtihielek għal ħarġa oħra, storja ta' seba snin u mitt laqgħa bejn il-Kunsill Lokali, il-Ministeru ta' Għawdex taħt l-amministrazzjoni ta' qabel u l-awtoritajiet ekkleżjastiċi. Il-fondi mogħtija mill-MEPA kienu se jintilfu wara li l-kurja naqset li ġġib il-kuntratt li juri li l-pjazza hi prorpjetà tagħha biex setgħu joħorġu l-fondi mill-MEPA biex isir proġett li kellu jsebbaħ l-isbaħ pjazza f 'Għawdex, dik ta' Għajnsielem. Il-Kunsill ma kellux triq oħra x'jagħmel ħlief li jabbanduna il-proġett tal-pjazza u jagħmel il- proġett tal-belveder li wkoll kien jinsab fi stat tal-biki u anke ta' periklu lil min kien jiffrekwentah." Mistoqsi għaliex ix-xogħol ma bediex aktar kmieni fis-sena ħalli fis-sajf seta' jkun gawdut, is-sindku qal li f 'Marzu ta' sena ilu sar l-istudju biex jitwettaq dan il-proġett u f 'Awwissu saret l-applikazzjoni għal permessi li ħarġu f 'Diċembru li għadda. U sa ma reġa' sar kuntratt ieħor għal fondi mal-MEPA u ħarġu u ngħataw l-appalti laħaq sar Mejju fejn fil-fatt ix-xogħol beda fil-5 ta' Mejju. "Jekk ma jinqala xejn ix- xogħol għandu jkun komplut għal kollox sa Ottubru," qal is-Sur Cauchi. "Aħna xtaqna nlestuh sal-festa tal-parroċċa f 'Awwissu u bħala struttura se jkun lest, iżda se jkun jonqsu r-railings li l-appalt tagħhom se joħroġ il-ġimgħa d-dieħla u sa ma tintrebaħ iridu jgħaddu xi ħames jew sitt ġimgħat." Dwar ix-xahar waqfien mix-xogħol is-Sur Cauchi qalilna, "Ix-xogħol waqaf għal ftit ġimgħat minħabba li kien hemm problema fuq l-irrigazzjoni u l-pedamenti. Diffikultajiet li ġew solvuti bejn l-perit, l-inġinier u l-kuntratturi sa tmiem il-ġimgħa l-oħra. Nixtiequ niskużaw ruħna mal-anzjani tagħna għax naf kemm iħobbu jmorru f 'dan il-post, iżda żgur se jkunu kuntenti meta jaraw il-prodott finali. Jista' jkun li n-nies tal- inħawi qegħdin skomdi avolja aħna għamilna fiċ- Kif inhu maħsub li se jkun il-belveder f 'Ottubru li ġej John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt Il-Ministru Anton Refalo flimkien mal-Ministru Edward Scicluna jiftħu uffiċjalment l-uffiċċju tal-NSO f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014