Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 31 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja tal-Lvant, li għamlet minn kollox sabiex trażżan it-tim ta' Zagallo. Finalment il- Ġermaniżi ċedew għall-gowl ta' Roberto Rivelino fil-61 minuta. Il-bravura ta' Rivelino minn freekick għelbet lill-gowlkiper Ġermaniż Jürgen Croy, bil- kompliċità ta' Jairzinho, li ntefa' fil-barriera mal-Ġermaniżi u tbaxxa hekk kif Rivelino xxuttja lejh. Erbat ijiem wara, il-Brażil iltaqgħu kontra l-ġirien rivali l-Arġentina. Din kienet l-ewwel darba li dawn lagħbu kontra xulxin f 'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Rivelino poġġa lill-Brażiljani gowl minn fuq fit-32 minuta, iżda reazzjoni immedjata mill-Arġentini wasslet għall- gowl tall-parità, wara biss tliet minuti. Dan il-gowl wasal dirett minn freekick mogħti minn Miguel Brindisi fil-35 minuta. Il-Brażil dehru xi ftit aħjar u marru gowl minn fuq wara biss erba' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima; Jairzinho skorja l-gowl li ddeċieda l-logħba wara li rċieva tajjeb mingħand Zé Maria. Fit-tieni grupp is-sitwazzjoni kienet simili. Il-Ġermanja tal-Punent, maħsuda mit-telfa kontra l-Ġermanja tal- Lvant fl-ewwel fażi, għamlet kambjament kbir. Il-logħob tjieb u l-magna tal-gowls bdiet taħdem aħjar, tant li l-Ġermaniżi skorjaw seba' gowls fi tliet logħbiet. Bil- logħob progressiv u modern tagħhom, immodifikaw il- pożizzjoni tal-libero (sweeper) minn waħda difensiva, għal waħda li kienet tagħti l-opportunità lill-plejer f 'dik il- pożizzjoni li javvanza mingħajr ma jkun solitu mmarkat u jibni azzjoni wara oħra. Franz Beckenbauer irnexxielu joħloq dan. Ispirat mill-captain ta' FC Inter, Giacinto Facchetti, li kien javvanza spiss u jgħin lil sħabu fl-attakk, għalkemm difensur, Beckenbauer kien l-ewwel ipperswada lill-klabb tiegħu Bayern Munich u issa lil Helmut Schön, biex iħalluh liberu fil-grawnd sabiex jimplimenta dan kollu. U verament dan tah raġun. Fl-ewwel logħba tagħhom fi Grupp B tat-tieni fażi, il-Ġermanja tal-Punent taw l-ewwel prova serja tas-saħħa tagħhom. F'Dusseldorf iltaqgħu kontra l-Jugoslavja. Reġa' kien Paul Breitner b'wieħed mix-xuttijiet tipiċi tiegħu, qawwija mid-distanza, li ta vantaġġ lill-Ġermaniżi wara t-38 minuta. It-tieni gowl wasal minn saqajn Gerd Müller fis-77 minuta li rċieva pass mingħand Uli Hoeness. Bħall-Ġermanja, fil-grupp marret tajjeb il-Polonja. Dawn, flimkien mal-Olanda, kienu l-ikbar sorpriża ta' din l-edizzjoni. Il-Polonja kellha plejers kbar bħall-gowlkiper Jan Tomaszewski, id-difensur Władisław Żmuda, il- midfielder u captain Kazimierz Deyna u l-attakkant, top scorer ta' din l-edizzjoni, Grzegorz Lato, li skorja l-gowl li ddeċieda l-ewwel logħba tagħhom kontra l-Iżvezja, fl-aħħar minuta tal-ewwel taqsima. Il-Pollakki rrepetew is-suċċess erbat ijiem wara kontra l-Jugoslavja fi Frankfurt biex, meta fl-aħħar logħba tal-grupp iltaqgħu l-Polonja u l-Ġermanja tal-Punent, din kellha tkun il-logħba li tiddeċiedi r-rebħ tal-grupp. Din ta' bejn il-ġirien intlagħbet fil-Waldstadion ta' Frankfurt fit-3 ta' Lulju 1974. Jekk il- logħba ta' qabel intlagħbet taħt xita kontinwa, din ma kinitx inqas minnha. Dakinhar kienet l-iktar ġurnata li fiha niżlet xita matul il-kompetizzjoni, tant li kellhom jissejħu l-ħaddiema tat-tifi tan-nar bil-makkinarju tagħhom, sabiex jiġbdu l-ilma minn fuq il-wiċċ tal-grawnd. Il-logħba ntemmet b'rebħa għall-Ġermaniżi b'gowl tas-solitu Gerd Müller fis- 76 minuta quddiem folla ta' madwar 60,000 ruħ. Dan kien ifisser li l-organizzaturi kienu għal darb'oħra waslu sal-finali, fejn kienu se jiltaqgħu kontra r-rivelazzjoni tal-kampjonat. Mill-banda l-oħra, il-Brażil, li tant kien mistenni minnhom, kienu se jilagħbu fil-logħba finali għat-tielet u r-raba' post kontra s-sorpiża l-oħra, il-Polonja. Fil-fatt is-sorpriżi baqgħu sal-aħħar. Il-Pollakki kkonfermaw li dak kollu li kien intqal dwarhom kien minnu. Huma għelbu lill-Brażil b'gowl tal-aqwa skorer Lato, li rċieva mingħand Maszczyk, quddiem ftit iktar minn 74,000 ruħ fl- Olimpiastadion fi Munich. L-għada, fis-7 ta' Lulju 1974, fl-istess stadium ta' Munich, kellha tintlagħab il-finali bejn iż-żewġ nazzjonijiet li kienu wrew l-aħjar logħob. Iż-żewġ formazzjonijiet kienu simili. Il-Ġermaniżi kienu introduċew il-'mobile sweeper' jew kif kien aktar magħruf il-libero. Franz Beckenbauer kien ir- raba' difensur iżda kien jilgħab wara l-linja ta' tliet difensuri u mhux quddiemhom, kif kien jagħmel Arie Haan fid-difiża Olandiża. Il-Ġermaniżi kienu qed jibbażaw fuq il-plejers ta' Bayern Munich (sitta fil-finali) li kienu għadhom kemm rebħu t-Tazza taċ-Champions (illum magħrufa bħala Champions League). Min-naħa tagħhom l-Olandiżi kellhom ħames plejers ta' Ajax Amsterdam immexxija minn Johann Cruyff li kien jilgħab mal-klabb Spanjol ta' Barċellona. Il-logħba kienet waħda mill- aktar ikkumbattuta u akkanita bejn żewġ nazzjonijiet ġirien, iżda rivali. L-emozzjonijiet bdew mat-tisfira tar-referì Ingliż Jack Taylor. Il-madwar 76,000 ruħ preżenti assistew għal bidu inkredibbli mill- Olandiżi, li wara li għamlu ħmistax-il pass, mingħajr mal-Ġermaniżi jmissu l-ballun, skorjaw. Kien Johann Cruyff, li wara li rċieva ballun barra l-kaxxa l-kbira, avvanza b'ġirja tipika tiegħu u kif daħal fil-kaxxa bidel il-ġirja u d-direzzjoni f 'daqqa. Minkejja li Berti Vogts kien qed jipprova jilħqu, kien Uli Hoeness li waqqa' lil Cruyff, eżatt kif dan daħal fil-kaxxa l-kbira. Penalti wara ħmistax-il pass, ftit sekondi wara l-bidu tal-finali tat-Tazza tad-Dinja u fuq kollox mingħajr ma ebda plejer Ġermaniż kien għadu mess il-ballun! Johann Neeskens ovvjament inkariga ruħu mill-penalti u għeleb lil Sepp Maier bil-lemin. L-ewwel penalti f 'final tat-Tazza tad-Dinja. Kienu mumenti drammatiċi. Il-ferħ inkredibbli tal-plejers bil-flokk oranġjo kien jikkuntrasta sewwa mad-diżappunt u l-ħars ċass ta' min ma jkunx irid jemmen xi jkun ġara, tas-sostenituri Ġermaniżi. Għal aktar minn għoxrin minuta, l-Olandiżi lagħbu bl-avversarji tagħhom. Il-plejers Ġermaniżi, bħal qishom storduti minn dak ix- xokk qawwi, baqgħu kemxejn passivi għal diversi minuti. Għal ħin twil l-Olandiżi dawru l-ballun bejniethom mingħajr ma ppruvaw joħolqu periklu fuq il-lasta Ġermaniża. Iżda dan il-fattur kellu jirriżulta kontrihom aktar 'il quddiem. Il-Ġermaniżi, imniggża fil- kburija u d-dinjità tagħhom, bdew ġejjin f 'tagħhom u dawru kollox fi ftit minuti. Kien iż-żagħżugħ Hölzenbein li ħa l-ballun mingħand Overath u ġera matul il-linja. Paul Breitner ġera qrib tiegħu fuq in-naħa ta' ġewwa u malli ħa l-ballun, qata' fuq ġewwa u b'eleganza, qabeż il-plejer tiegħu iżda twaqqa' fil-kaxxa l-kbira minn Wim Jansen. Penalti ieħor! Id-Dinja stenniet 44 sena għal penalti f 'final u issa r-referì Ingliż kien ta tnejn f 'għoxrin minuta! L-istess Breitner inkariga ruħu mill- ħdax-il metru u għeleb lil Jongbloed. Issa l-istorja nbidlet kompletament. Il-Ġermaniżi mimlija kuraġġ ħadu l-logħba f 'idejhom, bl-Olandiżi jibku l-ħin li tilfu meta l-avversarji tagħhom kienu taħt xokk! Min-naħa l-oħra, biex jagħlaq aktar lill-Ġermaniżi, il-kowċ Rinus Michels ordna lil Cruyff jinżel jilgħab iktar 'l isfel fil-midfield sal-mistrieħ biex imbagħad huwa jkun jista' jerġa' jorganizza t-tim. Vogts issa kellu iktar libertà u ddedika ruħu aktar biex jgħin lil sħabu jattakkaw. Fil-fatt xutt dijagonali tal-plejer ta' Borussia Mönchengladbach impenja bis-serjetà lill- gowlkiper Olandiż, li ħtieġlu jintefa' minn tulu u jsalva b'id waħda. Żewġ minuti wara Uli Hoeness bidel il-pass f 'nofs il-grawnd u wara li qabeż lil Suurbier ixxuttja l-ballun bis-saħħa lejn Jongbloed, li ma kkalkulax tajjeb. Il-ballun għadda minn taħt l-Olandiż, iżda ġie salvat qabel ma qabeż il-linja minn Rijsbergen. Ftit wara kien Franz Beckenbauer li ttanta xortih minn barra l-kaxxa l-kbira. Il-Kaiser dendel il-ballun għal fuq il- lasta Olandiża minn freekick, iżda Jongbloed dawwar f 'korner b'diffikultà. Dan kien il-preludju tat-tieni gowl tal-Ġermaniżi. Kien Rainer Bonhof li għadda minn fuq il-lemin bi Krol u Haan jippruvaw iwaqqfuh. Bonhof qassam lil Müller f 'nofs il-kaxxa minflok ikkrossja kif kien mistenni, u Müller ikkontrolla bix-xellug filwaqt li bil-lemin kemm kemm tefa' l-ballun baxx fix-xibka b'Jongbloed iħares. It-tieni taqsima kienet spettakolari. L-Olandiżi attakkaw kemm felħu però kienu l-Ġermaniżi li b'kontrattakki ħfief heddew li jiskorjaw. Għalkemm l-Olanda kellha ballun salvat bir-ras minn fuq il-linja, minn Paul Brietner, gowl skorjat minn Gerd Müller f 'nofs it-taqsima kien imħassar għal offside. Aktar tard bit-teknoloġija moderna nstab li l-assistent tar-referì kien żbaljat. In-naħa l-oħra, tackle tard ta' Cruyff fuq il-gowlkiper Ġermaniż Sepp Maier ġabet reazzjoni qawwija u t-tensjoni żdiedet, iżda l-iskor ma nbidilx. L-Olimpiastadion fi Munich ra l-Ġermaniżi jgħollu għall- ewwel darba t-trofew il-ġdid, u saru l-ewwel nazzjon li rebaħ iż-żewġ trofej (l-Italja u l-Brażil kellhom jagħmlu dan aktar tard). Din l-informazzjoni ttieħdet mill-ktieb bil-Malti – L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja, miktub minn Ramon Zammit li bħalissa jinsab għall-bejgħ mill- ħwienet ewlenin. Dehra mill-ajru tal-Olimpiastadion ta' Munich fejn saret il- nali tal-1974 Il-poster u ċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-1974 l-Ġermanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014