Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
30 illum Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja Ġermanja 1974 L-għaxar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ħaditna l-Ġermanja. Din kienet waħda minn dawk l-edizzjonijiet li diffiċli tintesa, mhux biss għal-logħob sabiħ, organizzazzjoni, sorpriżi, bdil fir-regolamenti u aktar, iżda anke għax għaliha żżanżan trofew ġdid. Dak ta' qabel, Jules Rimet, imsemmi wara t-tielet president tal-FIFA, kien intrebaħ għat-tielet darba mill-Brażil, li kellu l-jedd iżommu għal kollox. Xi ħaġa li sfortunatament m'għamilx. Dan għaliex ftit xhur wara, xi ħadd mhux magħruf irnexxielu jisraq l-istatwa tad-deheb. Din kienet it-tieni darba li t-Tazza tad-Dinja nsterqet, però din id-darba ma nstabitx. Minflok il-FIFA tat lill-federazzjoni Brażiljana replika tat-trofew biex tinżamm bħala rikordju. It-trofew il-ġdid inħadem minn Silvio Gazzaniga, l-iskultur Taljan li ħadem dak ta' qablu li serva għal disa' edizzjonijiet Bidla oħra importanti qabel din l-edizzjoni kienet fit- tmexxija tal-istess FIFA. Li issa għaddiet f 'idejn il-Brażiljan João Havalange. L-edizzjoni tat-Tazza tad- Dinja fil-Ġermanja tal-Punent ġabet magħha l-ewwel filmati bil-kulur. Ħafna setgħu jgawdu dan l-ispettaklu fuq it-televiżjoni tal-kulur fid-dar tagħhom. Sabiex l-ispettaklu jikber, il-FIFA ddeċidiet li tibdel it-tieni fażi tal- kompetizzjoni, minn knock- out għal gruppi. Fil-fatt, it- timijiet li jgħaddu mill-gruppi tal-ewwel fażi kienu se jerġgħu jinqasmu fi gruppi biex isiru magħrufa l-finalisti. Ħaġa oħra differenti waqt dan il-logħob kienet is-sigurtà kbira fil-grawnds u fil-viċin. Il-Ġermanja kienet għadha maħsuda b'dak li kien ġara waqt il-Logħob Olimpiku, organizzat fil-Ġermanja stess, sentejn qabel. Matul dak il- logħob, terroristi kienu daħlu fil-Villaġġ Olimpiku fi Munich u qatlu 11-il atleta Iżraelit. Kontra x-xemx tiżreġ u s-sħana kbira li kien hemm fl-edizzjoni ta' erba' snin qabel, fil-Ġermanja s-sittax-il tim parteċipant sab xita kontinwa. Hekk saret iċ-ċerimonja tal- ftuħ. Fi Grupp A l-organizzaturi l-Ġermanja tal-Punent ltaqa' kontra ċ-Ċilì f 'Berlin. Iċ-Ċileni taw battikata lill- Ġermaniżi li però rebħu b'gowl pjuttost kmieni ta' Paul Breitner, li b'xutt tremend mid-distanza, wara pass ta' Franz Beckenbauer, kien għeleb lil Vallejos wara tmintax-il minuta. Fit-tieni logħba l-Ġermanja tal- Lvant warrbet it-theddida tad-debuttanti l-Awstralja b'żewġ gowls fit-tieni taqsima. Fit-tieni rawnd ta' logħbiet il-Ġermanja tal-Punent ftit tħabtet biex reġgħet rebħet, din id-darba mal-Awstralja. L-ewwel gowl ġie wara biss tnax-il minuta minn Wolfgang Overath. Għoxrin minuta wara Bernhard Cullmann skorja t-tieni gowl għall-Ġermaniżi minn pass ta' Uli Hoeness. Wara l-mistrieħ, l-istess plejer ta' Bayern Munich reġa' qassam il-ballun tat-tielet gowl, din id-darba skorjat minn Gerd Müller fit-53 minuta. F'Berlin tal-Punent, iċ-Ċilì żammew lill-Ġermanja tal-Lvant f 'parità ta' mingħajr gowls, biex b'hekk, l-aħħar logħba, li kellha tkun waħda storika, bejn il-kuġini Ġermaniżi, kellha tkun deċiżiva għal min jgħaddi, u fuq kollox għal min jirbaħ il-grupp. Dakinhar tat-22 ta' Ġunju 1974 f 'Hamburg, meta ż-żewġ pajjiżi ltaqgħu nkitbet paġna importanti fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, li bħalha ma kien qatt se terġa' sseħħ. Iż-żewġ nazzjonijiet kienu pajjiż wieħed għoxrin sena qabel, u reġgħu saru pajjiż magħqud għoxrin sena wara. Dakinhar, il-kuġini tal-Lvant ħarġu rebbieħa b'gowl ta' Jürgen Sparwasser fis-77 minuta. Il-plejer ta' FC għeleb lil Sepp Maier minn angolu diffiċli wara li qabeż lil Berti Vogts fuq il-lemin. Ir-rebħa tal-Ġermaniżi tal-Lvant fissret l-ewwel post fi Grupp A. Fil- verità t-telfa tal-Ġermanja tal- Punent kienet ta' benedizzjoni u swiethom mitqlu deheb. Il-Ġermanja tal-Punent spiċċat għaddiet mill-grupp bit-tieni post u b'hekk evitat lill-Brażil u l-Olanda fost oħrajn. Il-logħba tal-ftuħ bejn il- Brażil u l-Jugoslavja kienet minn Grupp B. Dakinhar taħt xita qalila l-logħba ntemmet f 'parità ta' mingħajr gowls però almenu ma kienx hemm inċidenti waqt il-logħba nnifisha – xi ħaġa li kienet saret komuni fl-edizzjonijiet ta' qabel, li iżda fil-Ġermanja ma seħħitx. Mal-Jugoslavi u l-Brażil, fil-grupp kien hemm ukoll l-Iskozja u ż-Żaire, li llum jissejjaħ ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Sa mill-bidu nett kien jidher li ż-Żaire kien it-tim l-inqas ikkwotat fil-grupp bit-timijiet l-oħra fl-istess livell, tant li l-logħbiet kollha ta' bejniethom spiċċaw f 'parità. Allura kien il-każ li se jikkwalifika min jiskorja l-aktar kontra ż-Żaire. Il-Jugoslavja marru l-aħjar għax skorjaw disgħa. Il- Brażiljani għelbuhom 3-0, però l-Iskoċċiżi sabuha aktar diffiċli, u minkejja li rebħu, spiċċaw skorjaw żewġ gowls biss. L-aħħar logħba tal-grupp bejn il-Jugoslavi u l-Iskoċċiżi kienet deċiżiva. Il-Britanniċi riedu rebħa iżda b'Kenny Dalglish mhux fl-aħjar tiegħu, kellhom jikkuntentaw b'parità. Grupp C ra t-twelid mill-ġdid tal-Olanda. Dan għaliex dawn kienu ilhom ma jikkwalifikaw 36 sena, mill-1938. Il-parteċipazzjoni tagħhom f 'din l-edizzjoni kellha tibqa' l-aktar imfakkra għas-sistema ta' futbol totali li wrew. L-Olandiżi ppreżentaw futbol veloċi u modern bi tqassim preċiż li qallagħhom it-titlu ta' Clockwork Orange, anke minħabba l-kulur oranġjo tal-flokkijiet. Rinus Michels għaqqad grupp tim kompetittiv li kien jinkludi lil Van Hanegem u Wim Jansen ta' Feyenoord, Ruud Krol, Jan Neeskens, Arie Haan u Johnny Rep ta' Ajax. Fuq kulħadd, l-istilla Olandiża u ta' FC Barcelona, Johann Cruyff. Bil- flokk bin-numru tmienja, iżda fil-lasta, lagħab il-gowlkiper veteran ta' 34 sena, Jan Jongbloed. Fl-ewwel logħba kontra l-Urugwaj għaġbu lil kulħadd bil-logħob modern u ħafif tagħhom. L-avversarji tagħhom ftit kellhom risposta u bħalma ġara kemm-il darba fil-passat, irrikorrew għal logħob goff biex iwaqqfu lill- avversarji. L-Olandiżi rebħu l-logħba 2-0 b'żewġ gowls ta' Johnny Rep. Magħhom fil- grupp kien hemm il-Bulgarija u l-Iżvezja li kienet fil-grupp ma' Malta fil-kwalifikazzjoni. L-Iżvediżi kellhom tim fiżikament b'saħħtu ħafna. Il-logħba f 'Dusseldorf kontra l-Bulgarija spiċċat f 'parità ta' mingħajr gowls, bħalma spiċċat dik ta' kontra l-Olanda. Fl-aħħar logħba tal-grupp, l-Iżvediżi għelbu faċilment lill-Urugwaj 3-0, filwaqt li l-Olanda warrbet it-theddida tal-Bulgarija b'rebħa faċli ta' 4-1. Grupp D ukoll ra r-ritorn ta' pajjiż, li bħall-Olanda kien ilu ma jikkwalifika minn qabel il-gwerra, il-Polonja li diġà kienet impressjonat fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, meta eliminat lill-Ingilterra minn Grupp 5. L-ewwel impatt ma' dan il-mundial kien eċċellenti. Fi Grupp D telgħet biex tilgħab mal-Italja, l-Arġentina u Ħaiti. Fl-ewwel logħba tagħhom, il- Pollakki għelbu lill-Arġentina 3-2 kontra kull mistenni. L-Arġentina ġabet parità kontra l-Italja ta' Valcareggi – logħba li kienet ta' umiljazzjoni għat-Taljani minħabba l-logħob negattiv mimli daħliet goffi. Għal darb'oħra kien antagonista, bid-deċiżjonijiet tattiċi tiegħu. Min-naħa tagħhom il-Pollakki rebħu 7-0 kontra Ħaiti. Il-grupp kollu ta' Ħaiti kien taħt xokk kbir fuq dak li kien ġara wara l-logħba kontra t-Taljani, ftit jiem qabel. Dakinhar kellhom logħba tajba ferm kontra l-Italja ta' ħafna ismijiet kbar. Għalkemm tilfu 3-1, kien hemm atmosfera pożittiva ħafna anke għaliex l-attakkant Sanon kien waqqaf l-imbattibiltà ta' Dino Zoff. Il-gowlkiper Taljan kien ilu ma jsofri gowl 1,147 minuta. Sfortunatament għalihom, però, il-ferħ tagħhom kellu jieqaf ħesrem. Ħarġet l-aħbar li l-plejer bjond Jean-Joseph kien instab pożittiv f 'test ta' doping li kien sarlu. Aħbar li ħasdet lil kulħadd. Anke fil-kamp Arġentin kienet qed tirrenja atmosfera tqila ta' nkwiet. Wieħed mill-plejers kien akkużat li attakka fattiga fil-lukanda stess u kienet iddaħħlet il-pulizija. Minn dan approfittat il-Polonja li fl-aħħar logħba għelbet lill-Italja 2-1 bit-Taljani lanqas jgħaddu mill-grupp! It-tieni fażi ġabet bidla fil-format. Ma baqgħetx aktar ittella' żewġ timijiet kontra xulxin, iżda t-tmien nazzjonijiet li għaddew mill- gruppi tal-ewwel fażi nqasmu f 'żewġ gruppi oħra. Ir-rebbieħa tal-gruppi kellhom jilagħbu direttament għall-ewwel u t-tieni post filwaqt dawk li jiġu fit-tieni post tal-gruppi kellhom jilagħbu għat-tielet u r-raba' post. Fl-ewwel grupp tat-tieni fażi, l-Olanda għaddiet minn fuq kulħadd, minkejja li fil-grupp kien hemm l-Arġentina, il- Ġermanja tal-Lvant u l-Brażil. Cruyff u sħabu imponew il-futbol totali tagħhom u rnexxielhom jirbħu kull logħba, jiskorjaw tmien gowls fi tliet logħbiet, u ma jsofru l-ebda wieħed. Fl-ewwel logħba kontra l-Arġentina skorjaw erba' gowls mingħajr risposta. Is-Sud Amerikani kienu mingħajr Carlos Babington li kien sospiż. Dakinhar stess, u fl-istess ħin f 'Hannover, il-Brażil kien qed jeħodha kontra l-Ġermanja It-8 parti Pelè merfugħ fuq l-ispallejn wara li kien determinanti u fundamentali biex il-Brażil jirbħu l-edizzjoni tal-1970 l-Messiku

