Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 29 SPORTSillum Rosberg jirbaħ pole position kaotika -aħħar mumenti f 'Silverstone ISSEWWIEQ tal- Mercedes Nico Rosberg irnexxielu jikseb il-pole position ta' Silverstone fl-Ingilterra f 'pole position meqjusa bħala waħda kaotika hekk kif minbarra x-xita kontinwa li kkaraterizzat din il-pole, iż-żewġ Williams u Ferrari naqsu milli jagħmlu progress fl-istess trakka. Lewis Hamilton kellu vantaġġ ta' 0.194 sekondi fuq Rosberg meta bdiet nieżla x-xita sitt minuti qabel tmiem it-tielet fażi ta' kwalifikazzjoni. Is-sewwieq Ġermaniż kiseb ħin ta' minuta punt 35.766 sekondi b'Sebastain Vettel fuq Red Bull Racing Renault jikseb wieħed mill-aħjar ħinijiet personali tiegħu matul dan l-istaġun hekk kif illum se jkun qed jibda mit-tieni post waqt li s-sewwieq ta' McLaren- Mercedes irreġistra t-tielet l-iktar ħin veloċi fit-trakka ta' Silverstone. Rimarkabbli huwa l-fatt li s-sewwieq Brittaniku Lewis Hamilton illum se jkun qed jibda biss mis-sitt post. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa tal-F1 f 'Silverstone: 1 Nico Rosberg - Mercedes 2 Sebastian Vettel - Red Bull Racing-Renault 3 Jenson Button - McLaren-Mercedes 4 Nico Hulkenberg - Force India-Mercedes 5 Kevin Magnussen - McLaren-Mercedes 6 Lewis Hamilton - Mercedes 7 Sergio Perez - Force India-Mercedes 8 Daniel Ricciardo - Red Bull Racing-Renault 9 Daniil Kvyat - STR-Renault 10 Jean-Eric Vergne - STR-Renault 11 Romain Grosjean - Lotus-Renault 12 Jules Bianchi - Marussia-Ferrari 13 Max Chilton - Marussia-Ferrari 14 Esteban Gutierrez - Sauber-Ferrari 15 Pastor Maldonado - Lotus-Renault 16 Adrian Sutil - Sauber-Ferrari 17 Valtteri Bottas - Williams-Mercedes 18 Felipe Massa - Williams-Mercedes 19 Fernando Alonso - Ferrari 20 Kimi Räikkönen - Ferrari 21 Marcus Ericsson - Caterham-Renault 22 Kamui Kobayashi - Caterham-Renault Nico Rosberg fuq quddiem nett fil-pole position ta' Silverstone, fl-Ingilterra Suċċess għal ġinnasti Maltin f 'Korsika Kvitova tirbaħ it-titlu WARA r-rebħ tal-medalja tal-bronż tal-ġinnastika fil- kategorija tat-timijiet, waslu aktar suċċessi għal ġinnasti Maltin fl-individwali fejn Sana Grillo rebħet il-midalja tad-deheb fil-beam bi 11.60 punti kif ukoll dik tal-bronż fil-floor bl-istess punteġġ ta' 11.65 daqs Suzanne Buttigieg filwaqt li Peppina Dalli rebħet ukoll il-bronż fil-bars b'10.25 punti. Permezz tal-Kumitat Olimpiku Malti atleti żgħażagħ ħadu sehem fit-18 l-Edizzjoni tal-COJI – il-Logħob tal- Gżejjer li sar f 'Ajaccio f 'Korsika f 'dawn il-ġranet biċ-ċerimonja tal-għeluq issir l-Erbgħa filgħaxija. Fl-edizzjoni ta' din is-sena b'kollox ħadu sehem għaxar pajjiżi fi programm li jiġbor fih għaxar dixxiplini fejn Malta ħadet sehem ukoll fil-ġudo bil-ġudoki Francesco Aufieri, Kurt Butters u Alex Esposito li tilfu fil-kategoriji rispettivi tagħhom. Il-kontinġent Malti tmexxa minn Dr Sue Mercieca bħala 'chef de mission'. L-erba' ġinnasti Maltin li kisbu suċċess f'kompetizzjonijiet tal-ġinnastika fil-Logħob tal-COJI organizzati f'Korsika L-ewwel midalja internazzjonali fil-Kata Grand Prix ITTIM tal-Kata Malti, magħmul minn Joe Bonello u Joe Muscat fil-Katame- no-Kata, Ivan Esposito u Tiziana Apap fil-Ju-no- Kata, u George Fabri u Ray Fava fil-Kime-no-kata, ikkompetew fit-Trofeo Kata Sicily. Dan kien l-aħħar avveniment tar- ranking għall-Kata qabel il-Kampjonati Nazzjonali Taljani tal-Kata, fejn skont il-punti, imbagħad jiġi stabbilit it-tim tal-Kata Taljan għall-Kampjonati tad-Dinja. Dan l-avveniment kien it-tielet dehra għat-tim tal- Katame-no-Kata. Bonello u Muscat wettqu l-Katame- no-Kata għall-ewwel darba f 'Malta fil-Kampjonati tad-Dinja fl-2009 u ġabu 345 punt. Huma ġew is-7 fil-grupp tagħhom. Fl- 2013, kienu ġabu 382 punt fil-Kampjonati Ewropej f 'Malta. Fil-Grand Prix Taljan, Bonello u Muscat rebħu l-midalja tal-bronż. Din kienet l-ewwel darba li koppja tal-kata Maltija rebħet midalja f 'turnament Internazzjonali tal-Kata. Din il-kategorija tal-Kata ntrebħet mill-koppja Andrea Fregnan u Stefano Moregola, li huma rebbieħa ta' erba' midalji tad- deheb Ewropej u tnejn bronż mondjali. Iż-żewġ koppji l-oħra kellhom it-tieni esperjenza tagħhom f 'avveniment tal-Kata, l-ewwel waħda fil- Kampjonati Ewropej tal-Kata fl-2013 f 'Malta. Fabri u Fava kienu ġabu 443 punt f 'Malta. Fi Sqallija, din il-koppja ġabet 472 punt. Esposito u Apap kellhom 363 punt fl-Ewropej u din id-darba ġabu 386 punt. Dawn ir-riżultati huma inkoraġġanti ħafna għall-proliferazzjoni tal- Kata fl-isport tal-ġudo. Ringrazzjament kbir imur għat-tim, u l-Maestro Giovanni Strazzeri li qed jagħti għajnuna tremenda lit- tim tagħna. Il-parteċipanti tal-Kata Grand Prix ITTENNISTA Petra Kvitova ddominat u għelbet lil Eugenie Bouchard tal-Kanada biex kisbet it-titlu ferm prestiġjuż tal-Wimbledon fis-sezzjoni tan-nisa. B'hekk it-tennista mir-Reppublika Ċeka kklassifikata fin-numru 6 poġġiet warajha tliet snin ta' riżultati ta' tlugħ u nżul fit-tennis. Hija ddominata din il- logħba mill-bidu sal-aħħar kif jixhed il-fatt li kisbet din ir-rebħa f 'biss 55 minuta wara li għelbet lit-tennista Kanadiża klassifikata fin- numru 13 bl-iskor ta' 6-3, 6-0. Tajjeb ngħidu li din kienet l-ewwel finali tal-Grand Slan li ntlagħbet bejn żewġ tennisti li twieldu fis-snin 90. Rimarkabbli wkoll huwa l-fatt li din kienet l-iktar finali veloċi ta' Wimbledon f 'xejn inqas minn 31 sena ta' storja kif ukoll l-iktar finali li ntrebħet bi skor kbir sa minn meta Steffi Graf għelbet lil Monica Seles bl-iskor ta' 6-2, 6-1 lura fl-1992. It-tennista Petra Kvitova mir- Repubblika Ċeka tippoża bil-Venus Rosewater Dish wara li rebħet it- turnamnet prestiġjuż ta' Wimbledon

