Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
28 illum Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 SPORTSillum Ir-rebbieħa tal-unuri tal-MFA HEKK kif fi tmiem il- ġimgħa li għaddiet sar l-unur personali mill-MFA lil min iddistingwa ruħu matul l-istaġun li għadda, matul din il-ġimgħa, dan il-ġurnal iltaqa' ma' wħud minn dawn ir-rebbieħa biex isaqsihom x'fisser għalihom dan l-unur. Bdejna biex tkellimna mal- MFA Plejer tas-Sena, Ryan Fenech li saħaq li: "L-unur ifisser li l-klabb għalaq staġun importanti u memorabbli – l-aktar ħaġa importanti hi li bħala skwadra nirbħu l-unuri, imbagħad li tirbaħ xi ħaġa personali tiġi wara. Bla dubju huwa unur li nibqa' ngħożż tul ħajti kollha. Tkellimna wkoll ma' Dorianne Theuma li rebħet l-unur prestiġjuż tal-aqwa plejer fil-kamp femminili li qalet li: "Dan l-unur ifisser ħafna għalija għax kien is-sitt wieħed fil-karriera tiegħi u t-tieni wieħed konsekuttiv. Ma stennejtx li nirbaħ dan l-unur għax kull min kien nominat kellu staġun tajjeb ħafna wkoll. Inħares lejn il-futur b'entużjażmu kbir u nkompli naħdem biex inkompli nġibu iktar suċċessi kemm għall-klabb kif ukoll mat- tim nazzjonali. Giovanni Galea rebaħ l-unur tal-aħjar plejer fit-tielet diviżjoni u qal: "Dawn kienu l-ewwel unuri personali tiegħi fil-karriera li temmew staġun memorabbli. Ninsab kuntent u onorat b'dawn iż-żewġ unuri personali u qegħdin jagħtuni iktar motivazzjoni għall-istaġun li ġej. Bla dubju ta' xejn fl-istaġun li ġej se nipprova nilgħab f 'kategoriji aħjar u nipprova nagħmel inħalli l-marka tiegħi f 'diviżjonijiet aħjar. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas tkellimna ma' Edward Herrera li rebaħ l-unur tal-isbaħ gowl tas- sena bil-gowl spettakolari li krossja matul l-istaġun li għadda kontra Hibernains. Huwa afferma li: "Dwar l-unur ninsab kuntent ħafna li rbaħtu u nispera li niskorja iktar gowls sbieħ u importanti matul l-istaġun li ġej." Ir-rebbieħa kollha tas-serata tal-unuri organizzata mill-MFA, flimkien mal-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo "Skużawni talli ma tajtkomx dak li kien jistħoqqilkom" – Paul Zammit LGĦADA li l-kowċ bravu u ħabrieki ta' Birkirkara FC, Paul Zammit, rebaħ l-unur tal-Kowċ tas- Sena fi premju mogħti lilu mill-MFA, huwa kiteb ittra miftuħa lill- partitarji Karkariżi li ġiet ippubblikata fuq is-sit elettroniku ta' Birkirkara FC. F'ittra emozzjonanti huwa saħaq li: "M'għandix kliem biex nirringrazzjakom għall- appoġġ li tajtu lili u lit-tim. Inħoss li jistħoqqilkom dan il-premju għax kontu magħna fit-tajjeb u fil- ħażin, u fuq kollox, intom kontu l-aktar li weġġajtu bit-telf tal-kampjonat. F'isem il-klabb, inħoss li għandi nitlobkom skuża talli ma tajtkomx dak li kien jistħoqqilkom, ir-rebħ tal- kampjonat. Iżda dan huwa l-futbol u xi kultant jaf ikun kiefer ħafna. Intom tħobbu lil dan il-klabb b'qalbkom kollha. Bir-rieda tagħkom se nħarsu 'l quddiem għal staġun ieħor mimli battalji. Nixtieq nirringrazzjakom talli lqajtuni u għamiltuni 'Karkariż' ieħor. Inwegħedkom li bħal dejjem, se nkun qed nagħmel l-aqwa tiegħi biex inġiegħlkom tħossukom kburin bit-tim tagħkom billi nisfidaw għall- unuri kollha u biex it-tim ta' Birkirkara jkomplu jkunu forza ewlenija fil-futbol Malti. Finalment Zammit saħaq li: "Flimkien nistgħu nkomplu nikbru. Birkirkara FC jistħoqqilhom li jkunu fil-quċċata tal-futbol Malti. Il-partitarji tal-klabb jistħoqqilhom l-aqwa. Grazzi talli kontu dejjem magħna. Nirrispettakom ħafna. Ejjew inħarsu 'l quddiem għall-istaġun li ġej fejn l-għaqda ta' bejnietkom hija s-saħħa tagħna." Paul Zammit It-timijiet nazzjonali tal-basketball f 'kampijiet ta' taħriġ fl-Italja NHAR l-Erbgħa, it-tim Nazzjonali tal-Irġiel tal- Basketball ħalla xtutna fi triqtu lejn Trieste biex jieħu sehem f 'kamp ta' taħriġ. Waqt dan il-kamp ta' taħriġ, it- tim immexxi mill-kowċ Paolo Di Fonzo qiegħed jilgħab bosta logħob ta' ħbiberija fosthom kontra t-tim Nazzjonali Taljan ta' taħt l-20 sena. Dawn il-logħbiet ta' ħbiberija se jservu ta' preparazzjoni għall-kompetizzjoni li se jieħdu sehem fiha wara, jiġifieri l-FIBA Europe Small Nations Championship (Div C). FIBA Europe Small Nations Championship (Div C) f 'Ġibiltà fis-7 ta' Lulju. Mill-banda l-oħra t-tim Nazzjonali Femminili taħt il-gwida tal-kowċ Angela Adamoli u Christoph Stolp, sejjer kamp ta' taħriġ, ukoll fl-Italja però din id-darba qrib Venezja. L-istess bħat-tim maskili, dan il-kamp ta' taħriġ qiegħed iservi ta' preparazzjoni għall-FIBA Europe Small States Championships (Women), li se jsiru fl- Awstrija mill-14 ta' Lulju 'l quddiem. Fil-fatt huma se jkollhom logħob ta' ħbiberija fosthom kontra t-tim nazzjonali Taljan ta' taħt it-18-il sena. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius żar liż-żewġ timijiet tal- basketball li kienu qed jitħarrġu fil-Padiljun il-ġdid tal-Basketball f 'Ta Qali. Filwaqt li awguralhom saħaq dwar l-importanza li bħala Maltin niltaqgħu ma' timijiet barranin u nilagħbu kontriehom biex inkabbru l-esperjenza tagħna. Chris Agius jiddiskuti mal-President tal-MBA, Pawlu Sultana, qabel it-timijiet nazzjonali tal-basketball ħallew pajjiżna biex jieħdu sehem f'żewġ kampijiet ta' taħriġ separati fl-Italja

